Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1242

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]

    ĠU L 323, 4.12.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1242/oj

    4.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 323/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2013

    tal-25 ta’ Novembru 2013

    li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u speċjalment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 l-applikazzjoni ta’ Spanja biex tirreġistra l-isem “Cordero Segureño” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Cordero Segureño” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan qed tiġi rreġistrata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Dacian CIOLOȘ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU C 180, 26.6.2013, p. 21.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

    Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, iffumigati, eċċ.)

    SPANJA

    Cordero Segureño (IĠP)


    Top