This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1204
Commission Implementing Regulation (EU) No 1204/2013 of 25 November 2013 amending Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entry for the Republic of Moldova in the lists of third countries from which certain meat, meat products, eggs and egg products may be introduced into the Union Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni tar- Repubblika tal-Maldova fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċertu laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni tar- Repubblika tal-Maldova fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċertu laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 316, 27.11.2013, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
|
27.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2013
tal-25 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni tar- Repubblika tal-Maldova fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċertu laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli sanitarji ġenerali għall-annimali u li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-intoduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman tistipola għall-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi u ċertifikazzjoni għat-tranżitu. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3) jistabbilixxi li ċerti prodotti għandhom jiġu impurtati fi jew jgħaddu fi tranżitu mill-Unjoni biss minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fit-tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I ttiegħu. Dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-prodotti. Dawk ir-rekwiżiti jqisu wkoll jekk ġewx mitluba garanziji addizzjonali minħabba l-istatus tal-mard ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti. Il-garanziji addizzjonali li magħhom iridu jkunu konformi dawk il-prodotti huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
|
(3) |
Ir-Repubblika tal-Moldova hija elenkata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (4) u għandha pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-bajd |
|
(4) |
Ir-Repubblika tal-Moldova talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tal-bajd u ressqet l-informazzjoni rilevanti. It-trattament termali applikat għal prodotti tal-bajd jnaqqas il-potenzjal tar-riskji tas-saħħa tal-annimali ta’ dawn il-prodotti għal livell negliġibbli. Għalhekk, huwa xieraq li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fil-lista stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 l-entrata għar-Repubblika tal-Moldova tiddaħħal wara l-entrata “KR — Ir-Repubblika tal-Korea”:
|
“MD — Ir-Repubblika tal-Moldova |
MD-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP” |
|
|
|
|
|
|
|