This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1155
Commission Delegated Regulation (EU) No 1155/2013 of 21 August 2013 amending Regulation (EU) No 1169/2011 of the European Parliament and of the Council on the provision of food information to consumers as regards information on the absence or reduced presence of gluten in food
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2013 tal- 21 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi fir-rigward ta’ informazzjoni dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1155/2013 tal- 21 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi fir-rigward ta’ informazzjoni dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel
ĠU L 306, 16.11.2013, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/7 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2013
tal-21 ta’ Awwissu 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi fir-rigward ta’ informazzjoni dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jirrikjedi li l-informazzjoni li tista’ tiġi pprovduta minn operaturi tan-negozju tal-ikel ma tqarraqx bil-konsumatur, ma tkunx ambigwa jew toħloq konfużjoni għall-konsumaturi u, fejn ikun il-każ, tkun ibbażata fuq id-data xjentifika rilevanti. |
(2) |
Skont il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti għall-każijiet identifikati f’dak il-paragrafu. |
(3) |
Il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu jipprovdi għall-possibbiltà li l-paragrafu 3 jiġi ssupplimentat billi jiżdied każ speċifiku ieħor li fih il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-rekwiżiti sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu informati b’mod xieraq. |
(4) |
Persuni li għandhom il-marda coeliac ibatu minn intolleranza permanenti għall-glutina. Il-glutina tista’ tikkawża effetti avversi għal dawk il-persuni u għalhekk għandha tkun assenti jew preżenti f’ammonti baxxi ħafna fid-dieta tagħhom. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 (2) jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel. Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 41/2009 mill-20 ta’ Lulju 2016. |
(6) |
Il-konsumaturi għandhom ikomplu jkunu infurmati b’mod xieraq u ma jiġux imqarrqa jew konfużi meta l-informazzjoni dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel tingħata mill-operaturi tan-negozji tal-ikel wara t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 41/2009. Huwa għalhekk meħtieġ li l-paragrafu 3 tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiġi emendat sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-informazzjoni dwar l-ikel dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel li tista’ tingħata mill-operaturi tan-negozji tal-ikel, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:
“(d) |
informazzjoni dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta’ Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina (ĠU L 16, 21.1.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).