Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1152

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2013 tad- 19 ta’ Novembru 2013 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ungeriża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 311, 20.11.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 311, 20.11.2013, p. 1–163 (HU)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1152/oj

20.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1152/2013

tad-19 ta’ Novembru 2013

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ungeriża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10, l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ungeriża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 (2) fiha bosta żbalji li għandhom jiġu kkoreġġuti. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1129/2011 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ungeriża.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


Top