EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1124

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1124/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenoks Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 299, 9.11.2013, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1124/oj

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1124/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenoks

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Diretta tal-Kummissjoni 2008/66/KE (2) inkludiet il-bifenoks bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tniżżlu fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 il-Belġju ressaq talba lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-approvazzjoni tal- bifenoks fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid li jirriżulta mill-informazzjoni li tressqet lil dak l-Istat Membru min-notifikatur skont l-Artikolu 56(1) ta’ dak ir-Regolament. Dik l-informazzjoni kellha x’taqsam ma’ formazzjoni ta’ nitrofen li ġejja mill-applikazzjoni tal-bifenoks.

(4)

Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni li ressaq in-notifikatur. Fil-21 ta’ Marzu 2013 dan ressaq il-valutazzjoni tiegħu, fil-forma ta’ addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”.

(5)

Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet li l-bifenoks ma għadhiex tilħaq il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq il-kummenti tiegħu.

(7)

Billi f’ċerti kundizzjonijiet ambjentali, l-użu tal-bifenoks għandu l-potenzjal li jifforma nitrofen, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ma jistax jiġi eskluż riskju għall-ambjent ħlief bl-impożizzjoni ta’ aktar restrizzjonijiet.

(8)

Hu konfermat li s-sustanza attiva binefoks trid titqies li kienet ġiet approvata bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-potenzal tal-bifenoks li jifforma nitrofen u jimponu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-użu, meta xieraq.

(9)

Għalhekk l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine bħala sustanzi attivi (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 9).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 180, il-binefoks, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-bifenoks u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-14 ta’ Marzu 2008.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

is-sikurezza tal-operaturi u li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta’ tagħmir tal-protezzjoni personali meta xieraq;

(b)

l-esponiment dijetetiku tal-konsumaturi għar-residwu tal-bifenoks fi prodotti li ġejjin mill-annimali u minn uċuħ tar-raba’ rotazzjonali suċċessivi;

(c)

il-kundizzjonijiet ambjentali li jwasslu għall-formazzjoni potenzjali ta’ nitrofen.

L-Istati Membri għandhom jimponu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-użu, meta jixraq fid-dawl tal-punt (c).”


Top