This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1099
Commission Implementing Regulation (EU) No 1099/2013 of 5 November 2013 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code (enhancement of regular shipping services)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1099/2013 tal- 5 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (titjib ta' servizzi regolari ta' tbaħħir)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1099/2013 tal- 5 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (titjib ta' servizzi regolari ta' tbaħħir)
ĠU L 294, 6.11.2013, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
6.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1099/2013
tal-5 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (titjib ta' servizzi regolari ta' tbaħħir)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Azzjoni ewlenija 2 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “l-Att dwar is-Suq Uniku II, Flimkien għal tkabbir ġdid” (2) issejjaħgħat-twaqqif ta’ Suq Uniku reali għat-trasport marittimu billi oġġetti tal-Unjoni trasportati bejn il-portijiet tal-Unjoni ma jibqgħux soġġetti għal formalitajiet amministrattivi u doganali li japplikaw għal oġġetti li jaslu minn portijiet barranin. |
(2) |
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq pakkett “Blue Belt” b'inizjattivi leġiżlattivi u non-leġiżlattivi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi involuti fi trasport marittimu fi ħdan l-Unjoni għal livell li hu komparabbli ma’ dak ta’ mezzi oħrajn tat-trasport (bl-ajru, bil-ferrovija u t-triq). |
(3) |
Dan ir-Regolament jifforma parti mill-pakkett Blue Belt. |
(4) |
Skont l-Artikolu 313(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3), l-oġġetti li jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Komunità skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 mhux se jitqiesu bħala oġġetti Komunitarji sakemm ma jiġix stabbilit li għandhom status Komunitarju. |
(5) |
L-Artikolu 313(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jipprovdi li oġġetti trasportati bil-baħar bejn portijiet fit-territorju doganali tal-Komunità minn servizz tat-tbaħħir regolari awtorizzat għandhom jitqiesu li huma oġġetti tal-Komunità, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor. Bastimenti għal servizzi regolari tat-tbaħħir jistgħu wkoll jittrasportaw oġġetti mhux tal-Komunità, sakemm dawn jitqiegħdu taħt proċedura esterna ta’ tranżitu tal-Komunità. Barra minn hekk, l-użu ta’ bastimenti għal servizzi regolari tat-tbaħħir għat-trasport ta’ oġġetti mhux Komunitarji huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ kontrolli għal skopijiet oħrajn, inklużi dawk relatati għal xi annimal, riskji għas-saħħa pubblika jew tal-pjanti. |
(6) |
Qabel ma joħorġu awtorizzazzjoni għal servizzi regolari tat-tbaħħir, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha l-obbligu li tikkonsulta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħrajn kkonċernati minn dak is-servizz. Jekk, wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, id-detentur ta’ tali awtorizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem il-“detentur”) sussegwentement ikun jixtieq jestendi s-servizz lejn Stati Membri oħrajn, ikun hemm bżonn ta’ konsultazzjonijiet ulterjuri mal-awtoritajiet doganali ta’ dawn l-Istati Membri. Biex tiġi evitata kemm jista’ jkun il-ħtieġa li jsiru aktar konsultazzjonijiet wara li tkun ġiet konċessa l-awtorizzazzjoni, għandu jkun ipprovdut li l-applikanti jistgħu, barra l-lista tal-Istati Membri fil-fatt ikkonċernati mis-servizz, jispeċifikaw ukoll l-Istati Membri li jistgħu potenzjalment ikunu kkonċernati li jiddikkjaraw li għandhom pjanijiet għal servizzi futuri. |
(7) |
Mill-2010, kien qed jingħata perjodu ta’ 45 ġurnata għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri oħrajn. Madankollu, l-esperjenza wriet li dan il-perjodu huwa twil bla ħtieġa u għandu jitnaqqas. |
(8) |
L-użu ta’ sistema elettronika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni wassal biex l-Anness 42A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma jibqax meħtieġ. |
(9) |
Fuq talba tad-detentur, awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari tat-tbaħħir eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti biex iqisu kull Stat Membru li jista’ potenzjalment ikun kkonċernat li għalihom id-detentur jiddikjara li hu għandu pjanijiet għal servizzi futuri. |
(10) |
Is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni użata attwalment biex taħżen informazzjoni u biex tinnotifika lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħrajn dwar awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari tat-tbaħħir mhix is-sistema msemmija fl-Artikolu 14x tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Ir-referenzi għal din is-sistema għandhom jiġu kkoreġuti. |
(11) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens. |
(12) |
Il-bidliet fit-tul tal-perjodu permess għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri oħrajn u fin-numru ta’ Stati Membri li jistgħu jiġu speċifikati fl-applikazzjoni jeħtieġu bidliet fis-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta' servizzi regolari tat-tbaħħir u l-applikazzjoni differita tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 313b huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 313c(2), il-kliem “is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x” huma sostitwiti bil-kliem “is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta' servizzi regolari tat-tbaħħir msemmija fl-Artikolu 313b(2a).”, |
(3) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 313d(2), il-kliem “is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x” huma sostitwiti bil-kliem “is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta' servizzi regolari tat-tbaħħir msemmija fl-Artikolu 313b(2a).”, |
(4) |
Fl-Artikolu 313f(2), il-kliem “is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x” huma sostitwiti bil-kliem “is-sistema elettronika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni ta' servizzi regolari tat-tbaħħir msemmija fl-Artikolu 313b(2a).”, |
(5) |
L-Anness 42A jitħassar. |
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali li jawtorizzaw għandhom, fuq talba tad-detentur, jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari tat-tbaħħir li diġà jeżistu fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 sabiex jitqiesu l-Istati Membri li jistgħu potenzjalment ikunu kkonċernati li għalihom id-detentur jiddikjara li għandu pjanijiet għal servizzi futuri.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 1 (b) (i) u (ii) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) COM(2012) 573 final, 3.10.2012.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju(ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).