This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1076
Commission Implementing Regulation (EU) No 1076/2013 of 31 October 2013 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code as regards the temporary import, export and re-import of portable music instruments
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1076/2013 tal- 31 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità li jirrigwarda l-importazzjoni temporanja, l-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid ta’ strumenti mużikali portabbli
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1076/2013 tal- 31 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità li jirrigwarda l-importazzjoni temporanja, l-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid ta’ strumenti mużikali portabbli
ĠU L 292, 1.11.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1076/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità li jirrigwarda l-importazzjoni temporanja, l-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid ta’ strumenti mużikali portabbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
It-Tieni Taqsima tal-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tal-Parti I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) tistabbilixxi r-regoli dwar “dikjarazzjonijiet doganali magħmula minn kwalunkwe att ieħor”. Skont l-Artikoli 230, 231 u 232 ta’ dan ir-Regolament, ċerti kategoriji ta’ oġġetti għandhom jitqiesu li ġew dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni temporanja minn att li huwa kkunsidrat bħala dikjarazzjoni doganali fil-forom stabbiliti fl-Artikolu 233. |
(2) |
Madankollu, strumenti mużikali portabbli li huma temporanjament impurtati minn vjaġġaturi bl-intenzjoni li jużawhom bħala tagħmir professjonali għandhom jiġu ppreżentati lid-dwana u jiġu ddikjarati espliċitament għall-proċedura ta’ importazzjoni temporanja. |
(3) |
Inċidenti riċenti, li fihom artisti fis-settur tal-mużika kienu affettwati b’mod negattiv mill-applikazzjoni tar-regoli doganali fl-importazzjoni, indikaw li jeħtieġ li l-aċċess għall-proċedura ta’ importazzjoni temporanja jiġi ssimplifikat billi jkun permess li tali strumenti mużikali portabbli jiġu ddikjarati bi kwalunkwe att ieħor. Sabiex jiġi evitat li jinqalgħu problemi simili f’konnessjoni mal-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid, din is-simplifikazzjoni għandha tkopri wkoll strumenti mużikali portabbli li jkunu ddikjarati għall-esportazzjoni jew li jkunu ġew impurtati mill-ġdid u ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala oġġetti ritornati minn vjaġġaturi. |
(4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 230, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 231, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 232, paragrafu 1, il-punt (d) li ġej huwa miżjud:
|
(4) |
Fl-Artikolu 569, jidħol il-paragrafu 1a li ġej: “1a. L-eżenzjoni totali mid-dazji ta’ importazzjoni tingħata għal strumenti mużikali portabbli impurtati temporanjament minn vjaġġatur kif definit fl-Artikolu 236(A) bl-intenzjoni li jintużaw bħala tagħmir professjonali.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).