This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1034
Commission Implementing Regulation (EU) No 1034/2013 of 24 October 2013 approving aluminium phosphide releasing phosphine as an active substance for use in biocidal products for product type 20 Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal- 24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal- 24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 283, 25.10.2013, pp. 28–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1034/2013
tal-24 ta’ Ottubru 2013
li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-fosfid tal-aluminju. |
|
(2) |
Il-fosfid tal-aluminju ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 23, prodotti għall-kontroll ta’ vertebrati oħra, kif iddefiniti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 20 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-23 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati f’rapport ta’ valutazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-27 ta’ Settembru 2013. |
|
(5) |
Minn dak ir-rapport jidher li wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 23 u li fihom il-fosfid tal-aluminju jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi approvat il-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20. |
|
(7) |
Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni m’għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jitħalla jgħaddi qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda kif meħtieġ. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta’ skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodotti |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||
|
Fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina |
Isem tal-IUPAC: Fosfid tal-aluminju Nru tal-KE: 244-088-0 Nru tal-CAS: 20859-73-8 |
830 gm/kg |
fl-1 ta’ Lulju 2015. |
fit-30 ta’ Ġunju 2025. |
20 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-espożizzjonijiet, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm