This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1019
Commission Regulation (EU) No 1019/2013 of 23 October 2013 amending Annex I to Regulation (EC) No 2073/2005 as regards histamine in fishery products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2013 tat- 23 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward l-istamina fi prodotti tas-sajd Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1019/2013 tat- 23 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward l-istamina fi prodotti tas-sajd Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 282, 24.10.2013, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 282, 24.10.2013, p. 18–19
(HR)
In force
24.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1019/2013
tat-23 ta’ Ottubru 2013
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward l-istamina fi prodotti tas-sajd
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, (1) u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (2) jistipula kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jkunu konformi magħhom l-operaturi tan-negozju tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B’mod partikolari, huwa jipprevedi kriterji ta’ sikurezza tal-ikel għall-istamina u pjanijiet ta’ kampjunar għal prodotti tas-sajd minn speċi ta’ ħut li huma assoċjati ma’ ammont għoli ta’ istidina. |
(2) |
Zalza tal-ħut prodotta bil-fermentazzjoni hija prodott likwidu tas-sajd. Il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius (3) stabbiliet il-livelli massimi rakkomandati ġodda ta’ istamina f’tali zalza tal-ħut li huma differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005. Dik ir-Rakkomandazzjoni hija skont l-informazzjoni dwar id-dejta ta’ esponiment tal-konsumatur ppreżentata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) fl-opinjoni xjentifika tagħha dwar kontroll imsejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji ta’ formazzjoni amini bijoġeniċi f’ikel iffermentat (4). |
(3) |
Billi z-zalza tal-ħut hija prodott tas-sajd likwidu, jista’ jkun mistenni li l-istamina titqassam b’mod indaqs. Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni jista’ għalhekk ikun aktar sempliċi milli għal prodotti tas-sajd li jseħħu f’forma oħra. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit kriterju tas-sikurezza tal-ikel separat għal zalza tal-ħut prodotta permezz ta’ fermentazzjoni ta’ prodotti tas-sajd sabiex il-kriterju jiġi allinjat mal-istandard il-ġdid tal-Codex Alimentarius u l-opinjoni tal-EFSA. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (2) għandha tiġi emendata wkoll. |
(5) |
Il-pjan normali għat-teħid tal-kampjuni għall-preżenza tal-istamina fil-prodotti tas-sajd jikkonsisti minn disa’ kampjuni li jeħtieġu ħafna materjal tal-kampjuni. In-nota ta’ qiegħ il-paġna 18 i tas-sikurezza tal-ikel 1.26 għall-prodotti tas-sajd tiddikjara li jistgħu jittieħdu kampjuni individwali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. F’dawn il-każijiet, il-grupp kollu m’għandux jitqies mhux sikur minħabba riżultat ta’ kampjun wieħed. Madankollu, jekk wieħed mid-disa’ kampjuni analizzati jinstab li jkun ‘il fuq minn M il-grupp kollu għandu jitqies mhux sikur. Dan għandu jkun ukoll il-każ meta kampjuni singoli jinstabu li jkunu ogħla minn M. Konsegwentement, huwa xieraq li n-nota ta’ qiegħ il-paġna (18) tiġi emendata. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (18) għandha tiġi applikata wkoll għaż-żewġ kriterji tas-sikurezza tal-ikel 1.26 u 1.27. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(3) Il-Codex Alimentarius standard għal Zalza tal-Ħut (CODEX STAN 302 – 2011).
(4) The EFSA Journal 2011; 9(10):2393.
ANNESS
Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Ir-ringiela 1.27 tinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
Ir-ringiela 1.27 a li ġejja, hi miżjuda:
|
(3) |
In-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 tinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
In-nota ta’ qiegħ il-paġna 18 tinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
Taħt l-intestatura “Interpretazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar” l-aħħar paragrafu tat-test li għandu x’jaqsam mal-Istamina fi prodotti tas-sajd jinbidel b’dan li ġej: “Istamina fi prodotti tas-sajd:
|