This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1005
Commission Implementing Regulation (EU) No 1005/2013 of 17 October 2013 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Emmental français est-central (PGI)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2013 tas- 17 ta’ Ottubru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Emmental français est-central (IĠP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2013 tas- 17 ta’ Ottubru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Emmental français est-central (IĠP)]
ĠU L 279, 19.10.2013, p. 57–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/57 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1005/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Emmental français est-central (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 52 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
Skont l-ewwel Subparagrafu tal-Paragrafu 1 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Emmental français est-central”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3). |
(3) |
Minħabba li l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4). Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343 tal-14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93 tal-31.3.2006, p. 12.
(3) ĠU L 148 tal-21.6.1996, p. 1.
(4) ĠU C 352 tas-16.11.2012, p. 17.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Il-klassi 1.3. Ġobnijiet
FRANZA
Emmental français est-central (IĠP)