This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0977
Commission Implementing Regulation (EU) No 977/2013 of 11 October 2013 on the derogations from the rules of origin laid down in Annex II to the Agreement establishing an Association between the European Union and its Member States, on the one hand, and Central America on the other, that apply within quotas for certain products from Central America
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 977/2013 tal- 11 ta' Ottubru 2013 dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mill-Amerika Ċentrali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 977/2013 tal- 11 ta' Ottubru 2013 dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mill-Amerika Ċentrali
ĠU L 272, 12.10.2013, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 977/2013
tal-11 ta' Ottubru 2013
dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mill-Amerika Ċentrali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini spjegati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu provduti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet mill-Amerka Ċentrali. |
(3) |
Il-kwoti stabbiliti fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2). |
(4) |
L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffi għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif previst fil-Ftehim. |
(5) |
Minħabba li l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 għall-Anness II tal-Ftehim, fil-kwoti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti jkunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness II tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-kwoti stipulati fl-Anness jiġu ġestiti b’konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
ANNESS
L-AMERIKA ĊENTRALI
Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Il-perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota (f’tunnellati ta’ piż nett jekk mhux speċifikat mod ieħor) |
09.7014 |
1604 14 16 |
Qatgħat tat-tonn mingħajr xewk (fillets) magħrufin bħala “loins” |
Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju |
4 000 |
09.7015 |
3920 |
Pjanċi, folji, film, fojl u strixxa oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellulari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew hekk magħqudin ma’ materjali oħrajn |
Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju |
5 000 |
09.7016 |
8544 30 00 |
Settijiet ta’ sistemi ta’ wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta’ sistemi ta’ wajers ta’ tip użat f’vetturi, biċċiet tal-ajru jew bastimenti |
Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013 |
5 000 |
8544 42 |
Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 V, mgħammrin b’konnekters |
|||
8544 49 |
Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 V, mhux mgħammrin b’konnekters |
Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
12 000 |
|
8544 60 |
Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ ogħla minn 1 000 V |