Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0967

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 967/2013 tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mis- 27 ta’ Settembru 2013 sal- 4 ta’ Ottubru 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

    ĠU L 268, 10.10.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/967/oj

    10.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 967/2013

    tad-9 ta’ Ottubru 2013

    li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mis-27 ta’ Settembru 2013 sal-4 ta’ Ottubru 2013 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 277 988 tunnellata qamħirrum (in-numru tas-serje 09.4131).

    (2)

    L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 138 994 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 2 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (3)

    Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqin mis-27 ta’ Settembru 2013 mis-13:00 sal-4 ta’ Ottubru fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

    (4)

    Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

    (5)

    Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Kull applikazzjoni għal-liċenzja għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mis-27 ta’ Settembru 2013 mis-13:00 sal-4 ta’ Ottubru 2013 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 42,680622 %.

    2.   Il-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mill-4 ta’ Ottubru 2013, fis-13:00, ħin ta’ Brussell, huwa sospiż għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


    Top