This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0956
Commission Implementing Regulation (EU) No 956/2013 of 4 October 2013 amending Implementing Regulation (EU) No 543/2011 as regards payment of the aid to producer organisations in the fruit and vegetables sector
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2013 tal- 4 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Īmplimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-pagament tal-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2013 tal- 4 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Īmplimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-pagament tal-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix
ĠU L 263, 5.10.2013, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 956/2013
tal-4 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Īmplimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-pagament tal-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedu l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħxejjex. |
(2) |
B’sentenza tat-30 ta’ Mejju 2013, fil-każi konġunti T-454/10 u T-482/11 (3) il-Qorti Ġenerali annullat it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 52(2a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (4) u l-Artikolu 50(3) ekwivalenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni ta’ frott u ħaxix ikkummerċjalizzati maħsubin għall-ipproċessar. Il-Qorti Ġenerali annullat ukoll l-Artikolu 60(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 dwar l-eliġibbiltà ta’ azzjonijiet skont programmi ta’ tħaddim, rigward l-investimenti u l-azzjonijiet marbutin mat-trasformazzjoni ta’ frott u ħxejjex fi frott u ħxejjex ipproċessati. |
(3) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali żammet l-effetti tad-dispożizzjoni dwar il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata biss safejn il-pagamenti rilevanti jkunu saru diġà sad-data tal-ħruġ tas-sentenza. B’konsegwenza ta’ dan, l-Isati Membri jista’ jkun li ssospendew jew ittardjaw il-pagamenti sal-adozzjoni ta’ regoli ġodda li jissostitwixxu dawk annullati, jew sakemm ikun hemm appell li jkollu effett ta’ sospensjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-każijiet imsemmijin hawn fuq. L-appell tressaq quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta’ Awwissu 2013. Sakemm tinqata’ s-sentenza tal-Qorti dwar l-appell, u sakemm ma tistipulax mod ieħor il-Qorti, l-effetti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali huma sospiżi. |
(5) |
L-Artikolu 70 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula li l-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi trid titħallas sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ tħaddim. Jekk l-għajnuna titħallas wara din id-data, għandu japplika t-tnaqqis stipulat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (5). |
(6) |
Għalhekk jixraq li jiġi estiż il-limitu taż-żmien biex l-Istati Membri jħallsu l-għajnuna finanzjarja lill-Unjoni għall-programmi tat-tħaddim ikkonċernati rigward is-sena ta’ implimentazzjoni 2012, biex jitqies li sakemm għamlet it-talba tal-appell il-Kummissjoni, jista’ jkun li l-Istati Membri ssospendew l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-pagament matul dan il-perjodu. |
(7) |
Għalhekk jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 70 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“Iżda l-għajnuna għall-programmi implementati fis-sena 2012 rigward frott u ħxejjex maħsubin għall-ipproċessar ma jistgħux jitħallsu aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(3) L-Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav) (T-454/10) u l-Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon) et al. (T482/11) vs Il-Kummissjoni Ewropea; (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1).