Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0931

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2013 tas- 26 ta’ Settembru 2013 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit- 8 sal- 14 ta' Settembru 2013 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

    ĠU L 255, 27.9.2013, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/931/oj

    27.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 931/2013

    tas-26 ta’ Settembru 2013

    li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2013 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament dwar l-OKS unika”) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mit-8 sal-14 ta' Settembru 2013 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta’ Frar 2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (4), jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numri 09.4317, 09.4319, 09.4320, 09.4321 u 09.4367.

    (2)

    Għalhekk, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serje li ġġib in-numri 09.4317, 09.4319, 09.4320, 09.4321 u 09.4367 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dawk in-numri tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2013 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    2.   It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2013/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

    (4)  ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1.


    ANNESS

    Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL

    Is-sena tas-suq 2013/2014

    Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2013 sal-14.9.2013

    In-numru tas-serje

    Il-pajjiż

    Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

    (f’perċentwal)

    Iktar applikazzjonijiet

    09.4317

    L-Awstralja

    33,333333

    Sospiżi

    09.4318

    Il-Brażil

     (1)

     

    09.4319

    Il-Kuba

    50

    Sospiżi

    09.4320

    Kwalunkwe pajjiż terz

    3,451014

    Sospiżi

    09.4321

    L-Indja

    8,298755

    Sospiżi


    Iz-zokkor mill-Balkani

    Is-sena tas-suq 2013/2014

    Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2013 sal-14.9.2013

    In-numru tas-serje

    Il-pajjiż

    Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

    (f’perċentwal)

    Iktar applikazzjonijiet

    09.4324

    L-Albanija

     

    09.4325

    Il-Bożnija u Ħerzegovina

     (2)

     

    09.4326

    Is-Serbja

     (2)

     

    09.4327

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

     

    :

    Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


    Il-miżuri ta’ tranżizzjoni, iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali

    Is-sena tas-suq 2013/2014

    Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2013 sal-14.9.2013

    In-numru tas-serje

    It-tip

    Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

    (f’perċentwal)

    Iktar applikazzjonijiet

    09.4367

    Tranżizzjonali (il-Kroazja)

    33,333333

    Sospiżi

    09.4380

    Eċċezzjonali

     

    09.4390

    Industrijali

     (3)

     

    :

    Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


    (1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

    (2)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

    (3)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.


    Top