Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0913

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2013 tat- 23 ta’ Settembru 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa f’ċerti pejsts tal-frott u tal-ħaxix Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 252, 24.9.2013, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/913/oj

    24.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 913/2013

    tat-23 ta’ Settembru 2013

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa f’ċerti pejsts tal-frott u tal-ħaxix

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    Dik il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

    (3)

    Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata kemm fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u kemm fuq talba.

    (4)

    Fid-9 ta’ Mejju 2012 ġiet ippreżentata talba għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fil-prodotti kollha li jappartjenu għall-ikel tas-sottokategorija 04.2.5.3 “pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili” tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Dik is-sottokategorija tinkludi pejsts tal-frott u tal-ħaxix simili għall-ġelatini u għall-marmellati kif definiti mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (3). Sussegwentement l-applikazzjoni saret disponibbli lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

    (5)

    Id-Direttiva 2001/113/KE. Pejsts tal-frott u tal-ħaxix, simili għall-ġelatini u l-marmellati, li jaqgħu fis-sottokategorija tal-ikel 04.2.5.3, jista’ jkun fihom ingredjenti oħrajn apparti dawk elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/113/KE (eż. vitamini, minerali u ħwawar).

    (6)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jawtorizza l-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa: l-Aċesulfam K (E 950), l-Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na, K u Ca tiegħu (E 952), is-Sakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha (E 954), is-Sukralożju (E 955), in-Neoesperidina DC (E 959) u il-Glikosidi tal-istevjol (E 960) fil-ġamm, il-ġelatini u l-marmellati, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa, kif ukoll f’pejsts tal-frott oħra simili bħal pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud.

    (7)

    Estensjoni tal-użu ta’ dawk is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-pejsts tal-frott u tal-ħaxix simili l-oħra kollha b’valuri enerġetiċi mnaqqsa se tippermetti l-użu tagħhom b’mod simili bħal fil-ġamm, il-ġelatini u l-marmellati b’valuri enerġetiċi mnaqqsa.

    (8)

    Peress li l-pejsts tal-frott u tal-ħaxix jintużaw bħala alternattiva għall-ġamm, għall-ġelatini u għall-marmellati, l-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa f’dawk il-pejsts mhux se jwasslu għal żieda ta’ esponiment tal-konsumatur u għalhekk dan mhuwiex tħassib għas-sikurezza.

    (9)

    Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-estensjoni tal-użu tal-Aċesulfam K (E 950), tal-Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu (E 952), tas-Sakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha (E 954), tas-Sukralożju (E 955), tan-Neoesperidina DC (E 959) u tal-Glikosidi tal-istevjol (E 960) għall-pejsts tal-frott simili l-oħra kollha b’valuri enerġetiċi mnaqqsa, tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li mhuwiex mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, m’hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

    (10)

    Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67.


    ANNESS

    Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjoni fis-sottokategorija tal-ikel 04.2.5.3 “Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili” għal E 950 hija sostitwita b’dan li ġej:

     

    “E 950

    L-Aċesulfam K

    (1 000 )

     

    pejsts tal-frott u tal-ħaxix b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud”

    (2)

    L-annotazzjonijiet fis-sottokategorija tal-ikel 04.2.5.3 “Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili” għal E 952, E 954, E 955, E 959 u E 960 huma sostitwiti b’dan li ġej:

     

    “E 952

    L-Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

    (500)

    (51)

    pejsts tal-frott u tal-ħaxix b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

     

    E 954

    Is-Sakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

    200

    (52)

    pejsts tal-frott u tal-ħaxix b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

     

    E 955

    Is-Sukralożju

    400

     

    pejsts tal-frott u tal-ħaxix b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

     

    E 959

    In-Neoesperidina DC

    50

     

    pejsts tal-frott u tal-ħaxix b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

     

    E 960

    Il-Glikosidi tal-istevjol

    200

    (60)

    pejsts tal-frott u tal-ħaxix b’valuri enerġetiċi mnaqqsa biss u pejsts tal-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, b’valuri enerġetiċi mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud”


    Top