This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0877
Commission Delegated Regulation (EU) No 877/2013 of 27 June 2013 supplementing Regulation (EU) No 473/2013 of the European Parliament and of the Council on common provisions for monitoring and assessing draft budgetary plans and ensuring the correction of excessive deficit of the Member States in the euro area
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 tas- 27 ta’ Ġunju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 tas- 27 ta’ Ġunju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
ĠU L 244, 13.9.2013, pp. 23–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
22/07/2020
|
13.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/23 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 877/2013
tas-27 ta’ Ġunju 2013
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi monitoraġġ aktar mill-qrib għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li jinsabu fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv permezz ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali li jimmiraw biex jiżguraw il-prevenzjoni u l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew deċiżjonijiet biex jingħata avviż biex jiġi kkorreġut defiċit eċċessiv. |
|
(2) |
Monitoraġġ bħal dan jikkumplimenta l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 3(4)(a) u l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2) li jeħtieġu li Stat Membru f’proċedura ta’ defiċit eċċessiv soġġetta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat jew avviż magħmul b’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda sabiex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll tad-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jikkumplimenta dan ir-rapportar inizjali billi jobbliga l-ħtieġa ta’ rappuratar aktar frekwenti minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li għandhom defiċit eċċessiv. Dawn tal-aħħar se jkollhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) kull sitt xhur jekk ikunu soġġetti għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) u kull tliet xhur jekk ikunu suġġetti għal Deċiżjoni tal-Kunsill li jagħtu avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE dwar l-azzjoni meħuda sabiex jikkoreġu d-defiċit eċċessiv. Ir-rappurtar għandu jinkludi, għall-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja matul is-sena, l-impatt baġitarju ta’ miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tal-infiq kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tal-infiq u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta’ dawk mistennija sabiex jintlaħqu l-miri. Dan ir-rappuratar aktar frekwenti se jgħin lill-Kummissjoni u lill-KEF biex jimmonitorjaw kontinwament jekk l-Istat Membru konċernat ikunx fit-triq it-tajba biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, il-kontenut ta’ dan ir-rappurtar addizzjonali għandu jiġi speċifikat mill-Kummissjoni. Dan l-att iddelegat jipprovdi qafas ċar għall-informazzjoni biex tiġi rrappurtata minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Ir-rappurtar stabbilit minn dan ir-Regolament delegat se jipprovdi perspettiva strutturata u armonizzata tas-sitwazzjoni baġitarja tal-Istati Membri kkonċernati. Ir-rapport għandu jkun fih dejta annwali u trimestrali sabiex jipprovdi dettalji dwar korrezzjoni kontinwa. Id-dejta għandha tiġi rrappurtata fuq bażi tal-kassa u tad-dovuti (skont is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali ESA) sabiex ikun hemm fehim aħjar tad-dinamika tal-qagħda baġitarja. Minħabba li l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tista’ tkun miftuħa fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda bejn defiċit jew tad-dejn mal-PDG, valuri ta’ referenza tat-Trattat, l-evoluzzjoni tal-iżviluppi mill-komponenti ewlenin mid-defiċit u d-dejn tal-gvern ġenerali għandhom jiġu rrappurtati. |
|
(5) |
Id-dejta attwali rappurtata taħt dan l-att iddelegat għandha tkun konsistenti ma’ dejta rrapportata lill-Eurostat fil-kuntest tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-kontenut tar-rapporti li jistgħu jiġu mitluba mill-Kummissjoni minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv.
Artikolu 2
L-istruttura u l-kontenut tar-rappurtar
1. Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 1 ikollhom l-istruttura li ġejja:
|
— |
Bilanċi attwali, l-iżviluppi tad-dejn, u pjanijiet baġitarji aġġornati għall-perjodu ta’ korrezzjoni għall-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha; |
|
— |
Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-istrateġija fiskali f’termini nominali u strutturali (komponent ċikliku tal-bilanċ, netti ta’ miżuri ta’ darba jew temporanji) biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sad-data ta’ skadenza stipulata mill-Kunsill fid-dawl tal-aħħar rakkomandazzjoni tal-Kunsill jew deċiżjoni li jingħata avviż skont l-Artikolu 126(7) jew l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, li jinkludi tagħrif iddettaljat dwar il-miżuri baġitarji ppjanati jew diġà meħuda biex jintlaħqu dawn il-miri u l-impatt baġitarju tagħhom. |
2. Ir-rapporti għandhom jinkludu tabelli kif indikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Tabelli li għandhom jiġu inklużi fir-rapporti li jridu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
NB: Fit-tabelli hawn taħt, Sena t tikkorrispondi mas-sena tal-preżentazzjoni tar-rapport. Ir-rapportar għall-oġġetti indikati b’tipa grassa huwa obbligatorju. Il-qafas kunċettwali maqbul fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE (1) għandu jiġi implimentat.
Tabella 1a
Eżekuzzjoni baġitarja trimestrali ta’ sena fuq bażi ta’ kassa (1) għall-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha (2)
|
EUR miljuni |
Sena t (*1) |
|||||
|
Q1 |
Q2 |
Q3 |
Q4 |
|||
|
Bilanċ globali għal kull subsettur (6-7) |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
Għal kull subsettur (jekk jogħġbok indika liema) |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
Li minnhom (lista indikattiva): |
||||||
|
Taxxi, li minnhom: |
|
|
|
|
||
|
Taxxi Diretti |
|
|
|
|
||
|
Taxxi indiretti, li minnhom: |
|
|
|
|
||
|
VAT |
|
|
|
|
||
|
Kontribuzzjonijiet soċjali |
|
|
|
|
||
|
Bejgħ |
|
|
|
|
||
|
Dħul kurrenti ieħor |
|
|
|
|
||
|
Dħul kapitali |
|
|
|
|
||
|
Flussi ’l ġewwa minn operazzjonijiet fi strumenti finanzjarji |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
Li minnhom (lista indikattiva): |
||||||
|
Xiri ta’ oġġetti u servizzi |
|
|
|
|
||
|
Kumpens għall-impjegati |
|
|
|
|
||
|
Imgħax |
|
|
|
|
||
|
Sussidji |
|
|
|
|
||
|
Benefiċċji soċjali |
|
|
|
|
||
|
Spejjeż rikorrenti oħra |
|
|
|
|
||
|
Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu |
|
|
|
|
||
|
Investimenti kapitali |
|
|
|
|
||
|
Flussi ’l barra minn operazzjonijiet fi strumenti finanzjarji |
|
|
|
|
||
Tabella 1b
Eżekuzzjoni tal-baġit trimestrali tas-sena kurrenti u l-prospetti skont l-istandards tal-ESA u mhux aġġustat staġjonalment (3) għall-amministrazzjoni ġenerali u s-sub setturi tagħha
Id-dejta tal-eżekuzzjoni baġitarja pprovduta fit-Tabella 1a u 1b għandha tkun konsistenti; tabella ta’ rikonċiljazzjoni li turi l-metodoloġija tat-transizzjoni bejn iż-żewġ tabelli għandha tiġi kkomunikata.
|
EUR miljuni |
Kodiċi ESA |
Sena t (*2) |
|||||
|
Q1 |
Q2 |
Q3 |
Q4 |
||||
|
Self nett lil ħaddieħor (+)/self nett mingħand ħaddieħor (–) |
|||||||
|
S.13 |
|
|
|
|
||
|
S.1311 |
|
|
|
|
||
|
S.1312 |
|
|
|
|
||
|
S.1313 |
|
|
|
|
||
|
S.1314 |
|
|
|
|
||
|
Għal kull subsettur (jekk jogħġbok indika liema) |
|||||||
|
TR |
|
|
|
|
||
|
Li minnhom |
|||||||
|
Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni |
D.2 |
|
|
|
|
||
|
Taxxi kurrenti fuq dħul, ġid, eċċ. |
D.5 |
|
|
|
|
||
|
Taxxi kapitali |
D.91 |
|
|
|
|
||
|
Kontribuzzjonijiet soċjali |
D.61 |
|
|
|
|
||
|
Dħul minn proprjetà |
D.4 |
|
|
|
|
||
|
Oħrajn (4) |
|
|
|
|
|
||
|
TE |
|
|
|
|
||
|
Li minnha |
|||||||
|
Kumpens għall-impjegati |
D.1 |
|
|
|
|
||
|
Konsum intermedju |
P.2 |
|
|
|
|
||
|
Ħlasijiet soċjali |
D.62, D.632 (5) |
|
|
|
|
||
|
Infiq fuq l-interessi |
D.41 |
|
|
|
|
||
|
Sussidji |
D.3 |
|
|
|
|
||
|
Formazzjoni kapitali fissa gross (3) |
P.51 |
|
|
|
|
||
|
Trasferimenti ta’ kapital |
D.9 |
|
|
|
|
||
|
Oħrajn (6) |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Tabella 1c
Miri baġitarji annwali skont l-istandards tal-ESA tal-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha
|
|
Kodiċi ESA |
Sena t – 1 |
Sena t |
Sena t + … (*3) |
||
|
Self nett lil ħaddieħor (+)/self net mingħand ħaddieħor (–) għal kull subsettur (% tal-PDG) |
||||||
|
S.13 |
|
|
|
||
|
S.1311 |
|
|
|
||
|
S.1312 |
|
|
|
||
|
S.1313 |
|
|
|
||
|
S.1314 |
|
|
|
||
|
Amministrazzjoni ġenerali (S.13) (% tal-PDG) |
||||||
|
TR |
|
|
|
||
|
TE |
|
|
|
||
|
D.41 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
rata tal-bidla |
rata tal-bidla |
rata tal-bidla |
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
kontribuzzjonijiet: |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
% tal-PDG potenzjali |
% tal-PDG potenzjali |
% tal-PDG potenzjali |
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
Tabella 2
Il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-amministrazzjoni ġenerali (S.13) skont l-istandards tal-ESA
|
% tal-PDG |
Kodiċi ESA |
Sena t – 1 |
Sena t |
Sena t + 1 |
Sena t + … (*4) |
||
|
TR |
|
|
|
|
||
|
Li minnhom |
|||||||
|
D.2 |
|
|
|
|
||
|
D.5 |
|
|
|
|
||
|
D.91 |
|
|
|
|
||
|
D.61 |
|
|
|
|
||
|
D.4 |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
p.m.: Il-piż tat-taxxa (D.2 + D.5 + D.61 + D.91-D.995) (11) |
|
|
|
|
|
||
|
TE (12) |
|
|
|
|
||
|
Li minnhom |
|||||||
|
D.1 |
|
|
|
|
||
|
P.2 |
|
|
|
|
||
|
D.62, D.6311, D.63121, D.63131 (15) |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: Benefiċċji għall-qgħad (13) |
|
|
|
|
|
||
|
D.41 |
|
|
|
|
||
|
D.3 |
|
|
|
|
||
|
P.51 |
|
|
|
|
||
|
D.9 |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
Tabella 3a
Miżuri baġitarji adottati u previsti mill-amministrazzjoni ġenerali u s-sottosetturi tagħha kemm fuq in-nefqa kif ukoll fuq id-dħul sabiex jinkisbu l-miri preżentati fit-Tabella 2
|
Impatt baġitarju mistenni tal-miżuri adottati u previsti (16) |
||||||||||
|
Lista tal-miżuri |
Deskrizzjoni ddettaljata (17) |
Mira (nefqa/dħul) Kodiċi ESA |
Prinċipju tal-kontabbiltà (18) |
Status ta’ adozzjoni |
L-impatt baġitarju inkrementali fuq sena (EUR miljun) |
|||||
|
|
t – 1 |
t |
t + 1 |
t + 2 |
t + (*5) |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AMMONT TOTALI |
||||||||||
Tabella 3b
Fit-trimestru ta’ rappurtar ta’ matul is-sena dwar l-impatt baġitarju tal-miżuri ppreżentati f’Tabella 3a
|
Lista tal-miżuri (19) |
Rappurtar ta’ matul is-sena għal miżuri li jkollhom effett fuq is-sena t (agħżel waħda mill-alternattivi ta’ hawn taħt) (20) |
Impatt baġitarju annwali mistenni għas-sena t (EUR miljuni) (= Tabella 3a) |
||||
|
Impatt baġitarju osservat kull tliet xhur (EUR miljuni) (21) |
Impatt baġitarju osservat kumulattiv mill-bidu tas-sena (EUR miljuni) |
|||||
|
Q1 |
Q2 |
Q3 |
Q4 |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
Tabella 4
Amministrazzjoni ġenerali (S.13) l-iżviluppi tad-dejn u l-prospetti
|
|
|
Sena t – 1 |
Sena t |
Sena t + … (*6) |
||
|
|
Kodiċi ESA |
% tal-PDG |
% tal-PDG |
% tal-PDG |
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
Kontribuzzjonijiet għal bidliet f’dejn gross |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
D.41 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
p.m.: Rata tal-interessi impliċita fuq id-dejn (26) (%) |
|
|
|
|
||
|
Fatturi oħra varjabbli relevanti |
||||||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
||
(1) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(*1) Ir-rapportar huwa obbligatorju sat-trimestru kurrenti (inkluż). Jekk id-dejta tat-trimestru kurrenti mhux disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-aktar dejta ta’ kull xahar riċenti disponibbli, fejn tindika liema xahar tikkorrispondi għalih. Għall-bilanċ kumplessiv tal-gvern ġenerali, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni sal-aħħar trimestru disponibbli (jiġifieri q-1). L-assigurazzjoni ta’ kwalità normali u l-politika ta’ reviżjoni għandhom japplikaw.
(1) Ċifri ekwivalenti mill-kontabbiltà pubblika jistgħu jiġi provduti jekk dejta bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli; jekk jogħġbok speċifika l-bażi tal-kontabilità użata biex tingħata l-informazzjoni kollha pprovduta f’din it-tabella.
(2) Tikkorrispondi mar-rappurtar li jrid jiġi provdut skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE.
(*2) Ir-rappurtar għandu jdum għaddej sat-tmiem tas-Sena kurrenti t; Prospetti trimestrali mhumiex vinkolanti u huma rrapportati bħala stimi (li possibbilment huma suġġetti għal reviżjonijiet) għall-għanijiet ta’ informazzjoni u monitorjar.
(3) Għall-amminsitrazzjoni ġenerali, l-oġġetti mmarkati b’ “(a)” għandhom ikunu provduti addizzjonalment f’termini aġġustati staġjonalment; jekk ma jkunux jistgħu jiġu provduti mill-awtoritajiet nazzjonali, l-aġġustament staġjonali se jitwettaq mill-Eurostat b’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
(4) P. 11 + P. 12 + P.131 + D.39rec + D.7rec + D.9rec (għajr D.91rec).
(5) Taħt ESA95: D6311_D63121_D63131pay; in ESA2010 D632pay.
(6) D.29pay + D.4pay (għajr D.41pay) + D.5pay + D.7pay + P.52 + P.53 + K.2 + D.8.
(7) Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(*3) Wara t-talba mill-Kummissjoni biex jiġu attivati r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, ir-rappurtar jibda mis-sena tal-ftuħ tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, u jkompli għaddej sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjoni li tagħti avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.
(8) Il-bilanċ primarju huwa kkalkulat bħala (B.9, punt 8) flimkien ma’ (D.41, punt 9).
(9) sinjal ta’ plus ifisser miżuri li jnaqqsu d-defiċit.
(*4) Wara t-talba mill-Kummissjoni biex jiġu attivati r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, ir-rappurtar jibda mis-sena tal-ftuħ tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, u jkompli għaddej sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjoni li tagħti avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.
(10) P.11 + P.12 + P.131 + D.39rec + D.7rec + D.9rec (għajr D.91rec).
(11) Inklużi dawk miġbura mill-UE u inkluż aġġustament għal taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li ma nġabrux D.995), kif adatt.
(13) Tinkludi benefiċċji fi flus kontanti (D.621 u D.624) u benefiċċji in natura (D.631) marbuta mal-benefiċċji tal-qgħad.
(14) D.29 + D.4 (għajr D.41) + D.5 + D.7 + P.52 + P.53 + K.2 + D.8.
(15) In ESA2010: D.62, D.632.
(*5) Is-sena meta d-defiċit eċċessiv huwa ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjonijiet biex jingħata avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.
(16) Miżuri dettaljati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli biss għandhom jiġu rrappurtati.
(17) Inkluż ir-rappurtar li fuqu s-subsettur ikun qed jieħu l-miżura.
(18) Awtomatikament, l-impatt tal-miżuri se jiġi rrapportat fuq bażi tad-dovuti, iżda, jekk ma jkunx possibbli u r-rappurtaġġ ikun fi flus, għandu jiġi indikat b’mod espliċitu. L-impatt għandu jiġi rrekordjat f’termini inkrementali — kuntrarju għal-livelli — meta mqabbla ma’ projezzjoni ta’ linja bażi tas-sena preċedenti. Miżuri permanenti sempliċi għandhom jiġu rreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/- X fis-sena (snin) li jiġu introdotti u żero fil-bqija (l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq m’għandux jinnewtralizza). Jekk l-impatt ta’ miżura jvarja maż-żmien, huwa biss l-impatt inkrimentali li għandu jiġi rreġistrat fit-tabella. Min-natura tagħhom, miżuri ta’ darba għandhom jiġu dejjem irreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/- X fis-sena tal-ewwel impatt baġitarju u -/+ X fis-sena ta’ wara, jiġifieri l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq f’sentejn konsekuttivi għandu jkun żero.
(19) Agħżel il-miżuri rrappurtati fit-Tabella 3a li għandhom impatt baġitarju fis-sena t.
(20) Il-mili ta’ waħda miż-żewġ alternattivi hija obbligatorja: rappurtar trimestrali (stimi li possibbilment huma suġġetti għal reviżjonijiet) għallinqas sat-trimestru kurrenti u/jew totali tal-impatt baġitarju osservat sad-data preżenti.
(21) Indika għal kull trimestu jekk id-dejta rrapportata tikkorrispondix għad-dejta osservata; ir-rapportar huwa obbligatorju sat-trimestru kurrenti.
(*6) Wara t-talba mill-Kummissjoni biex jiġu attivati r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, ir-rappurtar jibda mis-sena tal-ftuħ tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, u jkompli għaddej sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjoni li tagħti avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.
(22) Kif definit fir-Regolament (KE) Nru 479/2009.
(23) Id-differenzi dwar l-infiq fuq l-interessi, infiq ieħor u dħul, jistgħu jiġu distinti meta jkun relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PGD huwa ogħla mill-valur ta’ referenza.
(24) Assi likwidi (munita), titoli tal-gvern, assi f’pajjiżi terzi, impriżi kkontrollati mill-gvern u d-differenza bejn assi kkwotati u mhux ikkwotati jistgħu jiġu distinti meta jkun relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG huwa ogħla mill-valur ta’ referenza.
(25) Id-differenzi minħabba movimenti fir-rata tal-kambju, u operat fit-tieni suq jistgħu jiġu distinti meta jkun relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG huwa ogħla mill-valur ta’ referenza.
(26) Miksuba min-nefqa fuq l-interessi diviżi mil-livell ta’ dejn tas-sena preċedenti.
(27) Assi likwidi hawnhekk huma definiti bħala AF.1, AF.2, AF.3 (konsolidati għall-amministrazzjoni ġenerali, jiġifieri kalkolu fuq pożizzjonijiet finanzjarji bejn entitajiet tal-gvern), A.F511, AF.52(biss jekk kkwotati fil-borża).