This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0807
Commission Implementing Regulation (EU) No 807/2013 of 26 August 2013 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards the survey of prices of certain bovine animals on representative Union markets
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2013 tas- 26 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2013 tas- 26 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni
ĠU L 228, 27.8.2013, pp. 5–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2018; Imħassar b' 32017R1182
|
27.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 807/2013
tas-26 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 (2) ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni attwali tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq ikkonċernati tal-Unjoni. Jinħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet jinġiebu f’konformità mal-ħtiġijiet tas-settur taċ-ċanga. Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 għandu għalhekk jiġi mħassar u sostitwit. |
|
(2) |
Sabiex ikollna stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fis-suq f’kull ħin, jinħtieġ li jkunu magħrufa l-prezzijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini ħlief dawk koperti mir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (3). |
|
(3) |
Sabiex titjieb il-preċiżjoni tad-dejta, għandhom isiru provvedimenti għall-istħarriġ tal-prezzijiet tal-għoġġiela maskili li jkollhom bejn tmint ijiem u erba’ ġimgħat, għal bovini mhux imsemmna li għandhom aktar minn sitt xhur imma inqas minn sentejn u għoġġiela maqtula fl-età ta’ inqas minn tmien xhur. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta għall-istħarriġ tal-prezzijiet għal kull wieħed minn dawk il-kategoriji tal-annimali bovini. |
|
(4) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ dawk il-kategoriji differenti ta’ annimali bovini u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minnhom għall-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ kull waħda minn dawk il-kategoriji. |
|
(5) |
Il-prezz irreġistrat fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni għandhom jittieħdu bħala medja tal-prezzijiet tal-annimali bovini kkonċernati fis-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru. Din il-medja għandha tkun korretta skont il-koeffiċjenti li jesprimu d-daqs relattiv tal-popolazzjoni relevanti tal-bovini ta’ kull Stat Membru għal kull kategorija kkumerċjalizzata f’perjodu ta’ riferenza. |
|
(6) |
Sabiex jinkisbu prezzijiet komparabbli tal-kategoriji tal-annimali bovini kkonċernati fl-Unjoni, jinħtieġ li jsiru provvedimenti biex ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet ikun jirreferi għal stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni definit sew ibbażat fuq il-kwotazzjonijiet li jeskludu t-taxxa fuq il-valur miżjud. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-preżentazzjoni ta’ referenza tal-Unjoni għall-karkassi tal-għoġġiela maqtula għandha tiġi determinata. F’dak il-kuntest, huwa xieraq li jkun hemm provvedimenti biex ċerti fatturi korrettivi jiġu speċifikati mill-Istati Membri biex il-preżentazzjonijiet li jużaw għall-preżentazzjoni jiġu aġġustati skont dik ta’ referenza tal-Unjoni. |
|
(8) |
Għandu jiġi magħżul is-suq jew is-swieq rappreżentattivi għal kull Stat Membru. Fejn hemm iktar minn suq rappreżentattiv wieħed fi Stat Membru, għandha titiqies il-medja kkoreġuta tal-prezzijiet irreġistrati f’dawn is-swieq. |
|
(9) |
Sabiex ikun żgurat li l-prezzijiet irrapportati jkunu jiirappreżentaw il-produzzjoni nazzjonali, jinħtieġ li, għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, l-Istati Membri jitħallew jagħżlu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħmlu kummerċ fi, jew jibagħtu għall-qatla, għadd sostanzjali tal-kategoriji relevanti ta’ annimali bovini. |
|
(10) |
Fin-nuqqas tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq pubbliċi jew mill-operaturi tal-biċċeriji, jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura, għandu jiġi pprovdut li l-prezzijiet jiġu rreġistrati mill-kmamar tal-agrikoltura, fiċ-ċentri tal-kwotazzjonijiet, il-kooperattivi tal-bdiewa jew il-unions tal-bdiewa u sorsi affidabbli oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(11) |
F’każ li l-Istati Membri jkunu waqqfu kumitati reġjonali biex jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini, għandhom isiru provvedimenti li l-prezzijiet iddeterminati minn dawk il-kumitati jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz nazzjonali, sakemm is-sħubija tagħhom tkun tiżgura approċċ ibbilanċjat u oġġettiv. |
|
(12) |
Bil-ħsieb li jsir monitoraġġ tar-rapportar tal-prezzijiet tal-kategoriji relevanti ta’ annimali bovini, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw perjodikament ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
(13) |
Għandhom isiru provvedimenti biex il-prezz medju nazzjonali jintbagħat lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. |
|
(14) |
L-Istati Membri jistgħu, minħabba regolamenti veterinarji jew tal-protezzjoni tas-saħħa, isibu li jkun hemm bżonn jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kwotazzjonijiet. F’tali ċirkustanzi, huma u jiġu rreġistrati l-prezzijiet tas-swieq mhux dejjem ikun xieraq li jitqiesu l-kwotazzjonijiet li ma jirriflettux it-tendenza normali tas-suq. Konsegwentement, għandhom ikunu stabbiliti ċerti regoli li jippermettu lill-Kummissjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex jinjora l-prezzijiet irreġistrati jew li juża l-aħħar prezzijiet irreġistrati. |
|
(15) |
Huwa meħtieġ li jkun ipprovdut li Stati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri sabiex jiżguraw ir-rappreżentattività u l-eżattezza tal-prezzijiet irrapportati. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull ras, ta’ għoġġiela maskili li jkollhom bejn tmint ijiem u erba’ ġimgħat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal għoġġiela maskili għat-trobbija għall-ħalib u għoġġiela maskili għat-trobbija għaċ-ċanga fis-swieq rappreżentattivi tal-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ dawk l-għoġġiela kif imsemmi fl-Anness I, li għandha tkun ikkoreġuta b’koeffiċjenti stabbiliti fuq il-bażi ta’:
|
(a) |
fir-rigward ta’ għoġġiela maskili għat-trobbija għall-ħalib, in-numru ta’ baqar tal-ħalib irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess f’konformità mal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(b) |
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għoġġiela maskili għat-trobbija għaċ-ċanga, in-numru ta’ baqar irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess f’konformità mal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008. |
2. Il-prezzijiet li għandhom jiġu rrapportati għal kull tip ta’ għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fis-swieq pubbliċi jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinnegozjaw numru sostanzjali ta’ dawk it-tipi ta’ għoġġiela u jkunu maħtura mill-Istat Membru.
Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet imħallsa f’dak l-Istat Membru fl-istess l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, bit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) mhux inkluża, għat-tip ikkonċernat u kkoreġuta b’koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti ta’ għoġġiela maskili għat-trobbija definiti mill-Istat Membru u l-importanza relattiva ta’ kull suq.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
“għoġol maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib” tfisser għoġol maskili għat-trobbija minn razza ta’ baqar għall-ħalib; |
|
(b) |
“għoġol maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga” tfisser għoġol maskili għat-trobbija minn razza ta’ baqar għal-laħam, minn razza ta’ baqar biż-żewġ użi, jew imwieled minn taħlit ma’ razza ta’ baqar għal-laħam. |
Artikolu 2
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull kilogramma ta’ piż ħaj, ta’ bovini għat-tismin għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal bovini għat-tismin ta’ età żgħira, bovini maskili għat-tismin ta’ sena u bovini femminili għat-tismin ta’ sena fis-swieq rappreżentattivi tal-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ dawk il-baqar kif imsemmi fl-Anness II, li għandha tkun ikkoreġuta b’koeffiċjenti stabbiliti fuq il-bażi ta’:
|
(a) |
fir-rigward tal-bovini għat-tismin ta’ età żgħira, in-numru ta’ bovini li ma jkollhomx aktar minn sena u ma jkunux għall-qatla irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008; |
|
(b) |
fir-rigward ta’ bovini maskili għat-tismin ta’ sena, in-numru ta’ bovini maskili li jkollhom iktar minn sena iżda inqas minn sentejn irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008; |
|
(c) |
fir-rigward ta’ bovini femminili għat-tismin ta’ sena, in-numru ta’ bovini maskili li jkollhom iktar minn sena iżda inqas minn sentejn u li jkunu għadhom ma kellhomx għoġġiela, irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008. |
2. Il-prezzijiet li għandhom jiġu rrapportati għal kull tip ta’ bovini għat-tismin imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fis-swieq pubbliċi jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinnegozjaw numru sostanzjali tal-bovini għat-tismin rilevanti u jkunu maħtura mill-Istat Membru.
Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet imħallsa f’dak l-Istat Membru fl-istess l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, bit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) mhux inkluża, għat-tip ikkonċernat u ikkoreġuta b’koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti tal-bovini għat-tismin definiti mill-Istat Membru u l-importanza relattiva ta’ kull suq.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
“bovini għat-tismin ta’ età żgħira” tfisser bovini maskili jew femminili li jkollhom sitt xhur jew aktar iżda anqas minn 12-il xahar, mixtrija wara li jinfatmu biex jissemmnu; |
|
(b) |
“bovini għat-tismin ta’ sena” tfisser bovini maskili jew femminili li jkollhom 12-il xahar jew aktar iżda inqas minn 24 xahar, mixtrija biex jissemmnu. |
Artikolu 3
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkassa, ta’ għoġġiela maqtula fl-età ta’ inqas minn tmien xhur għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal dawk l-għoġġiela fis-swieq rappreżentattivi tal-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni kif imsemmi fl-Anness III, li għandha tkun ikkoreġuta b’koeffiċjenti stabbiliti fuq il-bażi tal-produzzjoni netta ta’ dawk l-għoġġiela fl-Unjoni.
2. Il-prezz li jiġi rrappurtat għall-karkassi tal-għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati mill-operaturi ta’ kull biċċerija li toqtol tali għoġġiela jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibagħtu numru sostanzjali ta’ tali għoġġiela għat-tbiċċir u li jkunu maħtura mill-Istat Membru.
Dak il-prezz għandu jkun il-medja tal-prezzijiet imħallsa f’dak l-Istat Membru fl-istadju tad-dħul fil-biċċerija, mingħajr VAT, għall-karkassi tal-għoġġiela kkonċernati u ikkoreġuta b’koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti ta’ karkassi definiti mill-Istat Membru u l-importanza relattiva ta’ kull suq.
3. Bl-iskop tal-istabbiliment tal-prezzijiet tas-suq li għandhom jiġu rrapportati, il-karkassa għandha tiġi ppreżentata:
|
(a) |
mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras għandha tkun isseparata mill-karkassa fil-ġog atlojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu minn mal-ġogi karpometakarpali jew tarsometatarsali; |
|
(b) |
mingħajr l-organi li jinstabu fil-vojt toraċiku u dak addominali, u mingħajr il-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi, ix-xaħam pelviku, u l-falda l-irqiqa u l-ħoxna; |
|
(c) |
mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli mwaħħlin magħhom; |
|
(d) |
mingħajr ma jitneħħa x-xaħam ta’ barra. |
Meta, fil-mument tal-użin, il-preżentazzjoni tal-karkassa tvarja mill-preżentazzjoni prevista fl-ewwel sottoparagrafu, il-piż tal-karkassa għandu jkun aġġustat bl-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi speċifikati mill-Istat Membru sabiex ikun hemm konformità mal-preżentazzjoni ta’ referenza. F’dan il-każ, il-prezz għal kull 100 kg tal-piż tal-karkassa għandu jkun aġġustat kif xieraq.
4. Il-piż tal-karkassa li għandu jitqies għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ tal-karkassa.
Il-piż kiesaħ tal-karkassa għandu jikkorrispondi mal-piż sħun li jittieħed mhux aktar tard minn siegħa wara li l-annimal jiddendel, bi tnaqqis ta’ 2 %.
Artikolu 4
1. Fin-nuqqas tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq pubbliċi jew mill-operaturi tal-biċċeriji jew mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 1(2), 2(2) u 3(2), il-prezzijiet għandhom jiġu rreġistrati mill-kmamar tal-agrikoltura, iċ-ċentri tal-kwotazzjoni, il-kooperattivi tal-bdiewa jew il-unions tal-bdiewa fl-Istat Membru kkonċernat.
Madankollu, fejn Stat Membru jkun stabbilixxa kumitat biex jiddetermina l-prezzijiet għal reġjun, u fejn is-sħubija ta’ dan il-kumitat tkun magħmula b’mod indaqs minn xerrejja u bejjiegħa ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini jew karkassi ta’ dawn l-annimali, dak l-Istat Membru jista’ jużahom għall-kalkolu tal-prezzijiet li għandhom jiġu rrapportati.
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni s-swieq rappreżentattivi tagħhom, il-kwalitajiet li għandhom jiġu definiti u l-koeffiċjenti korretturi msemmija fl-Artikoli 1(2), 2(2) u 3(2), kif ukoll il-fatturi korrettivi msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(3) mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2014 u minn dakinhar ‘il quddiem mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
Fir-rigward tas-swieq rappreżentattivi, il-komunikazzjoni għandha tinkludi:
|
(a) |
il-metodu ta’ stħarriġ applikat flimkien ma’ indikazzjoni tat-tipi ta’ sorsi għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet imsemmija f’dan ir-Regolament; |
|
(b) |
indikazzjoni tas-sehem tal-volum irreġistrat, għal kull tip ta’ sors għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, espress bħala persentaġġ ta’ kull kategorija rilevanti ta’ annimali bovini nnegozjati jew maqtula. |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu lill-Istati Membri l-oħra.
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, nhar ta’ Erbgħa ta’ kull ġimgħa, il-prezzijiet medji nazzjonali għal kull tip ta’ annimali bovini msemmijin fl-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi rispettivi tagħhom. Huma ma għandhomx jikkomunikaw dawk il-prezzijiet lil xi korp ieħor qabel huma jkunu kkomunikawhom lill-Kummissjoni.
Dawk il-prezzijiet għandhom jirrelataw mal-perjodu ta’ sebat ijiem mit-Tnejn sal-Ħadd tal-ġimgħa ta’qabel dik li fiha tiġi kkomunikata l-informazzjoni.
Il-prezzijiet irrapportati għandhom jiġu espressi f’euro jew, fejn japplika, fil-munita nazzjonali.
Għall-komunikazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni disponibbli lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi l-koeffiċjenti ta’ kalkolu mniżżla fl-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) biex iqisu x-xejriet irreġistrati fil-livelli nazzjonali u l-livell tal-Unjoni.
Wara kull reviżjoni l-Kummissjoni għandha tikkomunika l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni riveduti lill-Istati Membri.
Artikolu 6
Meta Stat Membru jieħu l-miżuri għar-raġunijiet veterinarji u ta’ protezzjoni ta’ saħħa li jaffettwaw il-moviment normali fil-prezzijiet reġistrati fis-suq jew swieq rappreżentattivi tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizzah jew li jinjora l-prezzijiet reġistrati fis-suq jew swieq inkwistjoni, jew li juża l-aħħar prezzijiet reġistrati fis-suq jew swieq inkwistjoni qabel ma dawn il-miżuri daħħlu fis-seħħ.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività u l-eżattezza tal-prezzijiet kkommunikati skont l-Artikolu 4 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014 u minn dakinhar ‘il quddiem sa xahar wara kull emenda li jkollha x’taqsam ma’ dawk il-miżuri.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 huwa rrevokat.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità (ĠU L 347, 20.12.2002, p. 15).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1).
ANNESS I
Lista tal-Istati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib u taċ-ċanga kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)
|
A. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib:
|
|
B. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga:
|
ANNESS II
Lista tal-Istati Membri li rrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini għat-tismin ta’ età zgħira u bovini għat-tismin ta’ sena kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)
|
A. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini għat-tismin ta’ età zgħira:
|
|
B. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini maskili għat-tismin ta’ sena:
|
|
C. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini femminili għat-tismin ta’ sena:
|
ANNESS III
Lista tal-Istati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maqtula fl-età ta’ inqas minn tmien xhur kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)
|
|
Il-Belġju |
|
|
Il-Ġermanja |
|
|
Spanja |
|
|
Franza |
|
|
L-Italja |
|
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |