Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0763

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 763/2013 tas- 7 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ pjanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adattabilità tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 213, 8.8.2013, pp. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0384

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/763/oj

8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 763/2013

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ pjanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adattabilità tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 9(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u partikolarment l-Artikolu 9(6) tagħha,

Billi:

(1)

Fir-rigward ta’ ċerti speċi, il-kategoriji stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (3) għandhom jiġu adattati sabiex jitqiesu l-bidliet fil-klassifikazzjoni botanika internazzjonali. L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti diġà inkluda, f’Novembru 2012, dawk il-bidliet fil-"Linji gwida dwar l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwarhom".

(2)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)   ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 1, Kategoriji fi ħdan ġenus, ir-ringieli li jikkonċernaw il-kategoriji 4.1 u 4.2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

"Kategorija 4.1

Solanum tuberosum

Kategorija 4.2

Solanum lycopersicum, riżomi tat-tadam u tal-ibridi interspeċifiċi

Kategorija 4.3

Solanum melongena

Kategorija 4.4

Solanum għajr dak tal-kategoriji 4.1, 4.2 u 4.3"

(2)

Fit-Tabella 2, Kategoriji li fihom aktar minn ġenus wieħed, ir-ringieli li jikkonċernaw il-kategoriji 201 u 203 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

“Kategorija 201

Secale, Triticum, xTriticosecale

Kategorija 203 (*)

Agrostis, Dactylis, Festuca, xFestulolium, Lolium, Phalaris, Phleum u Poa


Top