Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0762

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 tas- 7 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 213, 8.8.2013, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/762/oj

8.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 762/2013

tas-7 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam tal-lista ta' sustanzi attivi approvati (2) tistipula s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram se jiskadu bejn it-30 ta’ April 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2016. L-applikazzjonijiet ġew ippreżentati għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa neċessarju li jitħalla biżżejjed żmien biex l-applikanti jlestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġix ippreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipola li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26.


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 107, MCPA, id-data tat-“30 ta’ April 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Ottubru 2017”.

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 108, MCPB, id-data tat-“30 ta’ April 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Ottubru 2017”.

(3)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 111, klorpirifos, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(4)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 112, klorpirifos-metil, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(5)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 113, maneb, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(6)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 114, mankożeb, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.

(7)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 115, metiram, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”.


Top