Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0754

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 754/2013 tal- 5 ta’ Awwissu 2013 li jemenda għall-198 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

ĠU L 210, 6.8.2013, pp. 11–12 (HR)
ĠU L 210, 6.8.2013, pp. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/754/oj

6.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 754/2013

tal-5 ta’ Awwissu 2013

li jemenda għall-198 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta’ Lulju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU iddeċieda li jemenda erba' entitajiet mil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

‘Abu Mohammed Al-Jawlani (magħruf ukoll bħala (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjana. Indirizz: Fis-Sirja f'Ġunju 2013. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.’

(2)

L-annotazzjoni 'Haji Muhammad Ashraf (magħruf ukoll bħala Haji M.Ashraf). Data tat-twelid: 1.3.1965. Nazzjonalità: Pakistana. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.12.2008. Informazzjoni oħra: L-isem tal-missier huwa Noor Muhammad' taħt l-intestatuta 'Persuna Naturali' għandu jinbidel b'li jmiss:

‘Haji Muhammad Ashraf (magħruff ukoll bħala (a) Haji M. Ashraf, (b) Muhammad Ashraf Manshah, (c) Muhammad Ashraf Munsha). Data tat-twelid: (a) 1.3.1965, (b) 1955. Post tat-twelid: Faisalabad, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Nru. tal-Passaport.: (a) AT0712501 (Pakistan, maħruġ fit- 12.3.2008, skada 11.3.2013), (b) A-374184 (Pakistan). Nru. ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: (a) 6110125312507 (Pakistan), (b) 24492025390 (Pakistan). Informazzjoni oħra: L-isem tal-missier huwa Noor Muhammad. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.12.2008.’

(3)

L-annotazzjoni Adil Muhammad Mahmud Abd Al-Khaliq (magħruf ukoll bħala (a) Adel Mohamed Mahmoud Abdul Khaliq; (b) Adel Mohamed Mahmood Abdul Khaled). Data tat-twelid: 2.3.1984. Post tat-twelid: Il-Baħrejn. Numru tal-passaport: 1632207 (il-Bahrejn). Informazzjoni oħra: Aġixxa f'isem, u pprovda appoġġ finanzjarju, materjali u loġistiku, lil Al-Qaida u lill-Grupp tal-Ġlied Iżlamiku Libjan, inkluż billi pprovda partijiet elettriċi użati fl-isplussivi, fil-kompjuters, f'apparat tal-GPS u f'apparat militari. Tħarreġ minn Al-Qaida f'armamenti żgħar u splussivi fl-Ażja ta' Isfel u ġġieled flimkien ma' Al-Qaida fl-Afganistan. Arrestat fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) f'Jannar tal-2007 fuq akkużi li huwa membru ta' Al-Qaida u tal-Grupp tal-Ġlied Iżlamiku Libjan. Wara li nstab ħati fl-Emirati Għarab Magħquda lejn tmiem l-2007 ġie trasferit lejn il-Baħrajn kmieni fl-2008 biex hemm jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu.' taħt l-intestatura 'Persuni Naturali' għandha tinbidel b'li ġej:

‘Adil Muhammad Mahmud Abd Al-Khaliq (magħruf ukoll bħala (a) Adel Mohamed Mahmoud Abdul Khaliq; (b) Adel Mohamed Mahmood Abdul Khaled). Data tat-twelid: 2.3.1984. Post tat-twelid: Il-Baħrejn. Nazzjonalità: Baħrejni. Numru tal-passaport: 1632207 (Baħrejni). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.’

(4)

L-annotazzjoni ‘Sayf al-Adl (magħruf ukoll bħala Saif Al-’Adil). Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: L-Eġittu. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li kellu ċittadinanza Eġizzjana; (b)Responsabbli għas-sigurtà ta' Usama bin Laden. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.’ taħt l-intestatuta 'Persuni Naturali' għandu jinbidel b'li jmiss:

‘Sayf-Al Adl (magħruf ukoll bħala (a) Saif Al-’Adil, (b) Seif al Adel, (c) Muhamad Ibrahim Makkawi, (d) Ibrahim al-Madani). Data tat-twelid: (a) 1963, (b) 11.4.1963, (c) 11.4.1960. Post tat-twelid: l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.’

(5)

L-annotazzjoni ‘Fazeel-A-Tul Shaykh Abu Mohammed Ameen Al-Peshawari (magħruf ukoll bħala (a) Shaykh Aminullah, (b) Sheik Aminullah, (c) Abu Mohammad Aminullah Peshawari, (d) Abu Mohammad Amin Bishawri, (e) Abu Mohammad Shaykh Aminullah Al-Bishauri, (f) Shaykh Abu Mohammed Ameen al-Peshawari, (g) Shaykh Aminullah Al-Peshawari). Indirizz: Ganj District, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) Madwar l-1967, (b) Madwar l-1961, (c) Madwar l-1973. Post tat-twelid: Konar province, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: F'detenzjoni sa minn Ġunju 2009. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.6.2009.’ taħt l-intestatuta 'Persuni Naturali' għandu jinbidel b'li jmiss:

‘Fazeel-A-Tul Shaykh Abu Mohammed Ameen Al-Peshawari (magħruf ukoll bħala (a) Shaykh Aminullah, (b) Sheik Aminullah, (c) Abu Mohammad Aminullah Peshawari, (d) Abu Mohammad Amin Bishawri, (e) Abu Mohammad Shaykh Aminullah Al-Bishauri, (f) Shaykh Abu Mohammed Ameen al-Peshawari, (g) Shaykh Aminullah Al-Peshawari). Nazzjonalità: Afgan. Data tat-twelid: (a) Madwar l-1967, (b) Madwar l-1961, (c) Madwar l-1973. Post tat-twelid: Shunkrai village, Sarkani District, Konar province, l-Afganistan. Indirizz: Ganj District, Peshawar, il-Pakistan. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.6.2009.’


Top