EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0748

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 513/2013, li jimponi dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/748/oj

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2013

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 513/2013, li jimponi dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (2), il-Kummissjoni imponiet dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (3) l-Kummissjoni aċċettat l-offerta ta’ impenn minn grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME).

(3)

L-aċċettazzjoni tal-impenn teħtieġ emendi tekniċi għar-Regolament (UE) Nru 513/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħlu intestatura J ġdida u premessa 282 ġdida:

“J.   DIKJARAZZJONI DOGANALI

(282)

Statistika ta’ pannelli solari u l-komponenti ewlenin tagħhom ta’ spiss hija espressa f’numru ta’ partijiet jew Watt. Madankollu, ma teżistix unità supplimentari bħal din għall-pannelli solari u l-komponenti ewlenin tagħhom speċifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (*). Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stipulat li mhux biss il-piż f’kilogrammi jew tunnellati iżda wkoll in-numru ta’ partijiet jew Watt għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat iridu jiddaħħlu fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. Il-partijiet għandhom jiġu indikati għall-kodiċi TARIC 3818001011 u 3818001019 u l-Watt għandhom jiġu indikati għall-kodiċi TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039.

(*)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”"

(2)

It-tabella fl-Artikolu 1, paragrafu 2 (ii) hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kumpanija

Rata tad-Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

Changzhou Youze Technology Co., Ltd

51,5  %

B791

Delsolar (Wujiang) Ltd

67,9  %

B792

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

55,9  %

B793

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

55,9  %

B927

JingAo Solar Co.Ltd.

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd.

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd.

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd.

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd.

58,7  %

B794

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

38,3  %

B795

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

48,6  %

B796

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

37,3  %

B797

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

47,6  %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

67,9  %

B999 ”

(3)

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu u l-Artikolu 4 jingħata numru ġdid bħala l-Artikolu 8:

“Artikolu 4

Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hija ppreżentata fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ dawk il-pannelli solari u komponenti ewlenin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi TARIC 3818001011, 3818001019, 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039, dawk il-kodiċi TARIC jitniżżlu fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

L-Istati Membri, fuq bażi ta’ kull xahar, jinfurmaw lill-Kummissjoni rigward in-numru tal-partijiet importati taħt il-kodiċi TARIC 3818001011 u 3818001019 u n-numru ta’ Watt għall-kodiċi TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039, u l-oriġini tagħhom.

Artikolu 5

Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hija ppreżentata fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 1 u 4, in-numru ta’ partijiet taħt il-kodiċi TARIC 3818001011, 3818001019, u n-numru ta’ Watt taħt il-kodiċi TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039 tal-prodotti importati jitniżżlu fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

Artikolu 6

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa għal prodotti li attwalment jinsabu fil-kodiċijiet NM ex 3818 00 10 (kodiċi TARIC 3818001011, 3818001019), il-kodiċi NM ex 8541 40 90 (kodiċi TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) li huma mogħnija b’fattura minn kumpaniji li l-impenji tagħhom ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, ikunu eżenti mid-dazju tal-antidumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

kumpanija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE immanifatturat, ittrasportat u ffatturat direttament il-prodotti msemmija hawn fuq jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha li hija wkoll elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE lill-kumpaniji relatati tagħhom l-Unjoni li jaġixxu bħala importatur u l-approvazzjoni tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni jew lill-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala importatur u l-approvazzjoni tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni; kif ukoll

(b)

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li jkun fiha mill-inqas il-punti u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; u

(c)

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn Ċertifikat ta’ Impenn ta’ Esportazzjoni skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament; u

(d)

il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tikkorrispondi preċiżament għad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-impenn.

2.   Dejn doganali jiġġarrab fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa:

(a)

meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li ma tiġix sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f’Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikulari u jiddikjaraw il-fatturi ta’ impenn rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 7

Il-kumpaniji li l-impenji tagħhom ikunu aċċettati mill-Kummissjonu u li l-ismijiet tagħhom ikunu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk, ukoll se joħorġu fattura għal tranżazzjonijiet li mhumiex eżentati mid-dazji tal-antidumping. Din il-fattura hija fattura kummerċjali li jkun fiha tal-inqas il-punti stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.”

(4)

L-Anness jinbidel u jingħata isem ġdid bħala l-Anness I u jiddaħħlu l-Annessi II-IV kif ġej:

ANNESS I

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Isem tal-Kumpanija

kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co., Ltd.

B801

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Arhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi’an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG’O SOLAR EQUIPMENT

B804

CSI Solar Power (China) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co. Ltd

B805

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd.

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd.

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd.

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd.

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co., Ltd

B810

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD.

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD.

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD.

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

DCWATT POWER Co. Ltd

B815

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

ET Solar Industry Limited

ET Energy Co.,Ltd

B819

Dotec Electric Co. Ltd

B928

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

B821

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd.

B822

GS PV Holdings Group

B823

Hangzhou Bluesun Solar Energy Technology Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co., Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co., Ltd

B825

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd.

B826

Hanwha SolarOne Co. Ltd

B829

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO.,LTD.

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp.,Ltd.

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Energy Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co. Ltd

B844

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

B850

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL Solar System (Suzhou) Limited

 

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Best Solar Energy Technology Co. Ltd

B855

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co.,Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd.

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

Qingdao Jiao Yang Lamping Co. Ltd

B867

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co., Ltd

B872

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST-Solar Co. Ltd

Jiangsu ST-Solar Co. Ltd

B876

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD.

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD.

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd.

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Winsun New Energy Co. Ltd

B887

Worldwide Energy and Manufacturing USA Co. Ltd

B888

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co., Ltd.

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co., Ltd.

B893

Wuxi UT Solar Technology Co. Ltd

B894

Xiamen Sona Energy Co. Ltd

B895

Xi’an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Xi’an LONGi Silicon Materials Corp.

Wuxi LONGi Silicon Materials Co., Ltd.

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Yunnan Tianda Photovoltaic Co. Ltd

B901

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Yutai Photovoltaic Material Co. Ltd

B930

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co. Ltd

B909

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang SOCO Technology Co. Ltd

B913

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

RENESOLA ZHEJIANG LTD

RENESOLA JIANGSU LTD

B921

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923

Zytech Engineering Technology Co. Ltd

B924

ANNESS II

L-elementi li ġejjin ikunu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta’ merkanzija li hija soġġetta għall-Impenn:

1.

L-Intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTI GĦAL IMPENN”.

2.

L-isem tal-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni f’lingwa ċara u eżatta tal-oġġetti u:

in-numru ta’ kodiċi tal-prodott (PCN),

speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi NM;

il-kwantità (għandha tingħata f’unitajiet espressi f’Watt għal moduli u ċelluli jew partijiet għal wejfers),

7.

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż:

prezz għal kull unità (Watt għal moduli u ċelluli jew partijiet għal wejfers),

it-termini applikabbli għall-ħlas,

it-termini applikabbli għall-kunsinna,

ir-roħs u r-ribass totali.

8.

L-isem tal-Kumpanija li taġixxi bħala importatur li lilha tinħareġ il-fattura direttament mill-Kumpanija.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-Kumpanija li tkun ħarġet il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Unjoni Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qed isir fil-kamp ta’ applikazzjoni u skont il-kundizzjonijiet tal-impenn offrut minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE. Jien niddikjara li l-informazzjoni provduta f’din ilfattura hija kompluta u korretta.”

ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA’ IMPENN TA’ ESPORTAZZJONI

Il-punti li ġejjin ikunu indikati fiċ-Ċertifikat ta’ Impenn ta’ Esportazzjoni li jinħaeġ minn CCCME għal kull Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta’ merkanzija li hija soġġetta għall-Impenn:

1.

L-isem, l-indirizz, in-numri tal-faks u tat-telefon tal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u ta’ Prodotti Elettroniċi (CCCME).

2.

L-isem tal-kumpanija msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, inklużi:

in-numru ta’ kodiċi tal-prodott (PCN),

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-oġġetti, in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpannija (CPC) (jekk applikabbli),

il-kodiċi NM;

7.

Il-kwantità preċiża f’unitajiet esportati espressi f’Watt (għal moduli u ċelluli jew partijiet (għal wejfers),

8.

In-numru u d-data tal-iskadenza (tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat.

9.

L-isem tal-uffiċjal ta’ CCCME li jkun ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li din il-liċenzja hi mogħtija għal esportazzjonijiet diretti lejn l-Unjoni Ewropea tal-merkanzija koperta mill-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li hu soġġett għall-impenn u li ċ-ċertifikat ikun maħruġ fil-kamp ta’ applikazzjoni u skont it-termini tal-impenn offrut minn [kumpanija] u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’dan iċ-ċertifikat hi korretta u li l-kwantità koperta b’dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu tal-impenn.”

10.

Data.

11.

Il-firma u s-siġill ta’ CCCME.

ANNESS IV

L-elementi li ġejjin ikunu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti li huma soġġetti għad-dazji tal-antidumping:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL DAZJI TAL-ANTIDUMPING”

2.

L-isem tal-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni f’lingwa ċara u eżatta tal-oġġetti u:

in-numru ta’ kodiċi tal-prodott (PCN),

speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi NM;

il-kwantità (għandha tingħata f’unitajiet espressi f’Watt għal moduli u ċelluli) jew partijiet għal wejfers),

7.

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż:

il-prezz għal kull unità (Watt għal moduli u ċelluli jew partijiet għal wejfers),

it-termini applikabbli għall-ħlas,

it-termini applikabbli għall-kunsinna,

ir-roħs u r-ribass totali.

8.

L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-Kumpanija li tkun ħarġet il-Fattura Kummerċjali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5

(3)  Ara l-paġna 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali


Top