Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0738

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2013 tat- 30 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti addittivi f’analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 204, 31.7.2013, p. 32–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 204, 31.7.2013, p. 24–26 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/738/oj

    31.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 204/32


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 738/2013

    tat-30 ta’ Lulju 2013

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ ċerti addittivi f’analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2) jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

    (3)

    Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ numru ta’ addittivi fi prodotti analogi tal-ħut abbażi tal-alka tressqet fl-1 ta’ Frar 2011 u saret disponibbli għall-Istati Membri.

    (4)

    L-analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka ġew żviluppati minn estratti tal-alka, li jammontaw għal madwar 85 % tal-prodott. Ingredjenti addizzjonali huma l-ilma, ħwawar u addittivi awtorizzati. L-analogi tal-ajd tal-ħut abbażi tal-alka jappartjenu għal kategorija tal-ikel 04.2.4.1 “Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż ix-xropp tal-frott” skont il-Parti D tal-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    (5)

    Peress li dawn il-prodotti mhumiex viżwalment attraenti, huwa meħtieġ l-użu ta’ ċerti kuluri tal-ikel. L-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa huwa meħtieġ biex tiġi aġġustata t-togħma, titgħatta t-togħma morra, u fl-istess ħin jiġi evitat li l-użu taz-zokkor jillimita l-istabbiltà mikrobijoloġika u l-ħajja tal-konsum ta’ dawn il-prodotti. Addittivi addizzjonalment mitluba huma meħtieġa bħala stabilizzaturi u antiossidanti.

    (6)

    L-analogi tal-ħut abbażi tal-alka huma primarjament maħsuba biex jintużaw bħala kontorn jew tiżjin fuq dixxijiet, bħala alternattiva għall-bajd tal-ħut. L-esponiment addizzjonali minħabba l-użu ta’ dawn l-addittivi għalhekk ikun negliġibbli meta mqabbel mal-użu tagħhom f’oġġetti tal-ikel oħrajn, u mhuwiex suxxettibbli li jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu ta’ ċerti kuluri, ħlewwiet, antiossidanti u stabilizzaturi fl-analogi tal-bajd tal-ħut.

    (7)

    Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ Kurkumina (E 100), Riboflavini (E 101), Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji (E 120), Kumplessi tar-ram tal-klorofilli u l-klorofillini (E 141), Karamelli sempliċi (E 150a), Karbonju veġetali (E 153), Karoteni (E 160a), Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin (E 160c), Beta-apo-8 ’-karotenal (C 30) (E 160e), Aħmar tal-pitravi, betanin (E 162), antoċijanini (E 163), dijossidu tat-titanju (E 171), Ossidi tal-ħadid u idrossidi (E 172), Estratti tal-klin (E 392), Aċidu fosforiku — fosfati — di-, tri- u polifosfati (E 338-452) u Sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju (E 954) f’analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li x’aktarx ma tħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

    (8)

    Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.


    ANNESS

    Fil-Parti E tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-kategorija ta’ ikel 04.2.4.1 “Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż x-xropp tal-frott”, hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-entrati li ġejjin huma mdaħħla f’ordni numeriku:

     

    “E 100

    Kurkumina

    50

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 101

    Riboflavini

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 120

    Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

    100

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 141

    Komposti tar-ram tal-klorofilli u klorofillini

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 150a

    Karamelli sempliċi

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 153

    Karbonju veġetali

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 160a

    Karoteni

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 160c

    Estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 160e

    Beta-apo-8’-karotenal (C 30)

    100

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 162

    Aħmar tal-Pitravi, betanin

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 163

    Antoċijanini

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 171

    Diossidu tat-titanju

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 172

    Ossidi u idrossidi tal-ħadid

    quantum satis

     

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 338-452

    Aċidu fosforiku - fosfati - di - tri- u polifosfati

    1 000

    (1) (4)

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 392

    Estratti tal-klin

    200

    (46)

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka

     

    E 954

    Sakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

    50

    (52)

    Biss analogi tal-bajd tal-ħut abbażi tal-alka”

    (2)

    In-nota ta’ qiegħ il-paġna li ġejja hija miżjuda wara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 34:

    “(46):

    Bħala s-somma ta’ karnosol u aċidu karnosiku”


    Top