Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0731

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 731/2013 tad- 29 ta’ Lulju 2013 li jemenda għall-197 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

    ĠU L 203, 30.7.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/731/oj

    30.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 203/10


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 731/2013

    tad-29 ta’ Lulju 2013

    li jemenda għall-197 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta' riżorsi ekonomiċi wara li ġiet ikkunsidrata talba għat-tħassir minn fuq il-lista ppreżentata minn din il-persuna u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1904(2009). Barra minn hekk, fid-19 ta' Lulju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kummissjoni,

    F’isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

    ‘Muhammad ‘Abdallah Salih Sughayr (ismijiet assunti (a) Muhammad’ Abdallah Salih Al- Sughayir, (b) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughaier, (c) Muhammad’ Abdallah Salih Al-Sughayer, (d) Mohd Al-Saghir, (e) Muhammad Al- Sugayer, (f) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sughair, (g) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Sugair, (h) Muhammad ‘Abdallah Salih Al-Suqayr, (i) Mohammad Abdullah S Ssughayer, (j) Abu Bakr, (k) Abu Abdullah. Data tat-twelid: 20.8.1972. Post tat-twelid: Al-Karawiya, Oneiza, l-Arabja Sawdija. Nru tal-Passaport: E864131 (mill-Arabja Sawdija, maħruġ fit-30.12.2001, skada fis-6.11.2006). Nazzjonalità: Mill-Arabja Sawdija. Tagħrif ieħor: Involut fil-forniment ta' finanzjamenti, ta' armi u ta' tipi oħra ta' assistenza lill-Grupp Abu Sayyaf, kif ukoll fir-reklutaġġ għall-Grupp. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.10.2007.’

    (2)

    L-annotazzjoni ‘Omar Mahmoud Uthman (ismijiet assunti (a) Al-Samman Uthman, (b) Umar Uthman, (c) Omar Mohammed Othman, (d) Abu Qatada Al- Filistini, (e) Abu Umr Takfiri, (f) Abu Omar Abu Umar, (g) Abu Umar Umar (e) Abu Ismail). Data tat-twelid: (a) 30.12.1960, (b) 13.12.1960. Post tat-twelid: Betlem, ix-Xatt tal-Punent, it-Territorji Palestinjani. Nazzjonalità: Mill-Ġordan. Indirizz: Ir-Renju Unit (mill-1993). Tagħrif ieħor: Detenut fir-Renju Unit bejn Ottubru 2002 u Marzu 2005 u bejn Awwissu 2005 u Ġunju 2008. Miżmum taħt arrest fir-Renju Unit minn Diċembru 2008 (is-sitwazzjoni f'Marzu 2009). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.’ taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi" tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    ‘Omar Mahmoud Uthman (ismijiet assunti (a) Al-Samman Uthman, (b) Umar Uthman, (c) Omar Mohammed Othman, (d) Abu Qatada Al-Filistini, (e) Abu Umr Takfiri, (f) Abu Omar Abu Umar, (g) Abu Umar Umar, (h) Abu Ismail). Data tat-twelid: (a) 30.12.1960, (b) 13.12.1960. Post tat-twelid: Betlem, ix-Xatt tal-Punent, it-Territorji Palestinjani. Nazzjonalità: Mill-Ġordan. Indirizz: Il-Ġordan (minn Lulju 2013). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.’


    Top