EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0709
Commission Implementing Regulation (EU) No 709/2013 of 24 July 2013 amending Regulation (EU) No 717/2010 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 709/2013 tal- 24 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 709/2013 tal- 24 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 200, 25.7.2013, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 709/2013
tal-24 ta’ Lulju 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2010 (2) ikklassifika hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost” taħt il-kodiċi NM 8533 40 10 bħal resistors varjabbli oħrajn. |
(2) |
Il-prodott ikklassifikat fir-Regolament (UE) Nru 717/2010 għandu jitqies bħala resistor fiss għaliex ir-reżistenza tiegħu mhix varjabbli minn sistema ta' kontroll, iżda tiddependi biss fuq it-temperatura. Huwa għalhekk meħtieġ li tinbidel il-klassifikazzjoni tal-prodott għall-kodiċi NM 8533 21 00. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 717/2010 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 717/2010 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax mar-Regolament (UE) Nru 717/2010, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 210, 11.8.2010, p. 24.
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
“ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
Prodott (hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost”) magħmul minn:
It-termistru huwa kapaċi jbiddel ir-reżistenza li għandu skont it-temperatura. Meta mqabbad, dan il-bdil fir-reżistenza jipproduċi bdil fil-kurrent tal-elettriku, li huwa trażmess lis-sistema li timmaniġġja l-magna. Il-prodott ma jistax jikkonverti l-eżitu tal-kurrent tal-elettriku f'kejl tat-temperatura jew juri t-temperatura. |
8533 21 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u d-diċitura tal-kodiċijiet NM 8533 u 8533 21 00 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9025 bħala termometru jew bħala parti minnu hija eskluża peress li l-prodott la jista' jkejjel t-temperatura u lanqas ma jista' juriha. Il-prodott huwa resistor mhux lineari li r-reżistenza tiegħu tinbidel skont it-temperatura u mhix varjabbli minn sistema ta' kontroll (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8533 (A) (5) u (B)). Għaldaqstant irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8533 21 00 bħala resistors fissi oħrajn għal kapaċità ta’ mmaniġġar ta’ enerġija mhux aktar minn 20 W.” |