This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0697
Council Regulation (EU) No 697/2013 of 22 July 2013 amending Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 697/2013 tat- 22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 697/2013 tat- 22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 198, 23.7.2013, p. 28–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/28 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 697/2013
tat-22 ta’ Lulju 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri ristrettivi kontra s-Sirja (1),
Wara li kkunsidra l-proposti konġunti tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2) sabiex jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri ristrettivi kontra s-Sirja (3) |
(2) |
Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/739/PESK (4) li ħassret u ssostitwiet id-Deċiżjoni 2011/782/PESK. |
(3) |
Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK skadiet. |
(4) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(5) |
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jelenka oġġetti li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel, qabel il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2b tar-Regolament Nru 36/2012. Dik il-lista għandha tkun estiża sabiex tinkludi aktar oġġetti. Għandha tiġi pprovduta eċċezzjoni għal prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur. |
(6) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' tali miżuri mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2 1. Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-provvista jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna barra min dak elenkat fl-Anness IA jew l-Anness IX, sew jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja. 2. Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq il-provvista ta' assitenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir imsemmi filp-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja."; |
(2) |
L-Artikolu 2a huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2a 1. Huwa pprojbit:
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni fir-rigward ta' tagħmir, prodotti jew teknoloġija kif elenkati fl-Anness IA, kemm-il darba t-tagħmir, il-prodotti jew it-teknoloġija jkunu intiżi għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn, jew għall-benefiċċju tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha."; |
(3) |
fl-Artikolu 2c il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: "2. Il-qbid u t-trattament ta' tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li l-forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-Artikoli 2a ta' dan ir-Regolament, jistgħu, b'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali jew mad-deċiżjoni ta' awtorità kompetenti, isiru a spejjeż tal-persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew, jekk ma jkunx possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu rkuprati minn dik il-persuna jew entità, l-ispejjeż jistgħu, b'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija jew tagħmir fit-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti."; |
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 2d Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni lejn is-Sirja tal-oġġetti b'użu doppju msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) No 428/2009."; |
(5) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej: "Artikolu 6a 1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajt elenkat fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali termini u kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, l-importazzjoni, l-akkwist jew it-trasport ta' żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petrolifiċi, jew l-għoti ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:
2. Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.; |
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 9a 1. B'deroga mill-Artikoli 8 u 9, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir jew tat-teknoloġija ewlenija elenkati fl-Anness VI, jew l-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:
2. Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."; |
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 13a 1. B'deroga mill-Artikolu 13(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju għal jew l-akkwist jew l-estensjoni tal-parteċipazzjoni fi, jew il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjan imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 13(2), kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:
2. Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."; |
(9) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 25 a 1. B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 25(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, il-ftuħ ta' kont bankarju ġdid jew uffiċċju rappreżentattiv ġdid, jew l-istabbiliment ta' fergħa jew sussidjarja ġdida, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:
2. Meta tapplika l-kondizzjonijiet skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."; |
(10) |
l-Anness I huwa mħassar.; |
(11) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(3) ĠU L 319, 2.12.2011, p 56.
(4) ĠU L 330, 30.11.2012, p. 21.
ANNESS I
Entrati msemmija fil-punt (11)(b)
Komposti definiti kimikament separati skont in-Nota 1 tal-Kapitoli 28 u 29 tan-Nomenklatura Magħquda (1), f'konċentrazzjoni ta' 90 % jew aktar, ħlief jekk indikat mod ieħor, kif ġej:
Aċetun, |
(CAS RN 67-64-1) |
(Kodiċi NM 2914 11 00 ) |
Aċitilena, |
(CAS RN 74-86-2) |
(Kodiċi NM 2901 29 00 ) |
Ammonja, |
(CAS RN 7664-41-7) |
(Kodiċi NM 2814 10 00 ) |
Antimonju, |
(CAS RN 7440-36-0) |
(intestatura 8110 ) |
Benżaldeide, |
(CAS RN 100-52-7) |
(Kodiċi NM 2912 21 00 ) |
Benżoin |
(CAS RN 119-53-9) |
(Kodiċi NM 2914 40 90 ) |
1-Butanol, |
(CAS RN 71-36-3) |
(Kodiċi NM 2905 13 00 ) |
2-Butanol, |
(CAS RN 78-92-2) |
(Kodiċi NM 2905 14 90 ) |
Iso-Butanol, |
(CAS RN 78-83-1) |
(Kodiċi NM 2905 14 90 ) |
Tert-Butanol, |
(CAS RN 75-65-0) |
(Kodiċi NM 2905 14 10 ) |
Karbur tal-kalċju, |
(CAS RN 75-20-7) |
(Kodiċi NM 2849 10 00 ) |
Monossidu tal-karbonju, |
(CAS RN 630-08-0) |
(Kodiċi NM 2811 29 90 ) |
Klorin, |
(CAS RN 7782-50-5) |
(Kodiċi NM 2801 10 00 ) |
Ċikloeżanol, |
(CAS RN 108-93-0) |
(Kodiċi NM 2906 12 00 ) |
Diċikloeżilammina (DCA), |
(CAS RN 101-83-7) |
(Kodiċi NM 2921 30 99 ) |
Etanol, |
(CAS RN 64-17-5) |
(Kodiċi NM 2207 10 00 ) |
Etilene, |
(CAS RN 74-85-1) |
(Kodiċi NM 2901 21 00 ) |
Ossidu tal-etilena, |
(CAS RN 75-21-8) |
(Kodiċi NM 2910 10 00 ) |
Fluworoapatite, |
(CAS RN 04/05/1306) |
(Kodiċi NM 2835 39 00 ) |
Klorur tal-idroġenu, |
(CAS RN 7647-01-0) |
(Kodiċi NM 2806 10 00 ) |
Sulfur tal-idroġenu, |
(CAS RN 04/06/7783) |
(Kodiċi NM 2811 19 80 ) |
Isoċjanatometan, |
(CAS RN 624-83-9) |
(Kodiċi NM 2929 10 00 ) |
Isopropanol, konċentrazzjoni ta' 95 % jew aktar, |
(CAS RN 67-63-0) |
(Kodiċi NM 2905 12 00 ) |
Aċidu mandeliku, |
(CAS RN 90-64-2) |
(Kodiċi NM 2918 19 98 ) |
Metanol, |
(CAS RN 67-56-1) |
(Kodiċi NM 2905 11 00 ) |
Klorur tal-metil, |
(CAS RN 74-87-3) |
(Kodiċi NM 2903 11 00 ) |
Jodur tal-metil, |
(CAS RN 74-88-4) |
(Kodiċi NM 2903 39 90 ) |
Merkaptan tal-metil, |
(CAS RN 74-93-1) |
(Kodiċi NM 2930 90 99 ) |
Monoetileneglikol |
(CAS RN 107-21-1) |
(Kodiċi NM 2905 31 00 ) |
Klorur tal-ossalil, |
(CAS RN 79-37-8) |
(Kodiċi NM 2917 19 90 ) |
Sulfid tal-potassju, |
(CAS RN 1312-73-8) |
(Kodiċi NM 2830 90 85 ) |
Tiosianat tal-potassju, (KSCN), |
(CAS RN 333-20-0) |
(Kodiċi NM 2842 90 80 ) |
Ipoklorit tas-sodju, |
(CAS RN 7681-52-9) |
(Kodiċi NM 2828 90 00 ) |
Kubrit, |
(CAS RN 7704-34-9) |
(Kodiċi NM 2802 00 00 ) |
Diossidu tal-kubrit, |
(CAS RN 05/09/7446) |
(Kodiċi NM 2811 29 05 ) |
Triossidu tal-kubrit, |
(CAS RN 09/11/7446) |
(Kodiċi NM 2811 29 10 ) |
Klorur tat-tiofosforil, |
(CAS RN 3982-91-0) |
(Kodiċi NM 2853 00 90 ) |
Fosfat tat-tri-iżobutil |
(CAS RN 1606-96-8) |
(Kodiċi NM 2920 90 85 ) |
Fosfru abjad/isfar |
(CAS RN 12185-10-3, 7723-14-0) |
(Kodiċi NM 2804 70 00 ) |
(1) Kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad- 9 ta' Ottubru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1).
ANNESS II
Entrati msemmija fil-punt (11)(c)
IX.A2.010 |
Tagħmir Tagħmir tal-laboratorju, inklużi parts u aċċessorji għal dan it-tagħmir, għall-analiżi (distruttiva jew mhux distruttiva) jew is-sejbien ta' sustanzi kimiċi, bl-eċċezzjoni ta' tagħmir, inkluż partijiet jew aċċessorji, diżinjati speċifikament għall-użu mediku. |