EUR-Lex Euroopan unionin oikeus ulottuvillasi

Takaisin EUR-Lexin etusivulle

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 32013R0670

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 670/2013 tad- 9 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 193, 16.7.2013, s. 2—3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Asiakirjan oikeudellinen asema Ei enää voimassa, Voimassaolon päättymispäivämäärä: 29/09/2019; Imħassar b' 32019R1391

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/670/oj

16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 670/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun previst li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tat-tessut waqt l-importazzjoni fl-Unjoni, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli jinvoka tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tat-tessut waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ jinvoka t-tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett magħmul minn bosta pannelli ta’ drapp tat-tessut minsuġ fitt (tila), meħjutin flimkien biex jifformaw “forma” tridimensjonali, li fiha madwar 2,70 × 2,70 × 1,60 m, bi sporġenza dekorattiva fuq kull naħa bi strixxa dejqa meħjuta matul ix-xifer. F’kull rokna fuq in-naħa ta’ ġewwa hemm but żgħir biex iżomm l-oġġett f’postu fuq qafas. Għandu wkoll żigarelli tad-drapp tul l-ħjatat biex jorbtuh mal-qafas.

L-oġġett huwa ppreżentat mingħajr qafas, lasti jew aċċessorji.

6306 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6306  u 6306 90 00 .

L-intestatura 6306 tkopri firxa ta’ oġġetti tat-tessut normalment magħmula minn kanvas b’saħħtu, minsuġ fitt (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 6306 , l-ewwel paragrafu).

Minħabba l-karatteristiċi tiegħu (disinn tridimensjonali, il-materjal użat, id-daqs, l-irfinatura), l-oġġett huwa maħsub li jsir kopertura ta’ barra.

L-oġġett huwa preżentat mingħajr qafas, lasti jew aċċessorji, iżda għandu l-karattru essenzjali ta’ kopertura ta’ barra (eż. għandu kopertura tal-kanvas fis-saqaf li toffri protezzjoni mill-elementi) skont it-tifsira ta’ GIR 2 (a).

Il-klassifikazzjoni bħala tinda taħt is-subintestatura 6306 22 00 jew 6306 29 00 hija eskluża, minħabba li ma għandux naħat jew ħitan, li jippermettu l-formazzjoni ta’ post magħluq (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 6306 (4)).

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6306 90 00 bħala “oġġett ieħor għall-ikkampjar”.


Alkuun