Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0631

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 631/2013 tat- 28 ta’ Ġunju 2013 li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 546/2006 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 233/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 84–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/631/oj

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/84


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 631/2013

tat-28 ta’ Ġunju 2013

li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 546/2006 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 233/2012

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari il-punt (b)(iii) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (“TSEs”) fl-annimali. L-Anness VIII tiegħu jipprevedi l-approvazzjoni, u l-emendar li jirriżulta, tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tal-iscrapie tal-Istati Membri jekk dawn jikkonformaw ma’ ċerti kriterji stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006 tal-31 ta’ Marzu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tal-iscrapie u garanziji addizzjonali u li jidderoga minn ċerti kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2003 (2) japprova l-programmi nazzjonali għall-kontroll tal-iscrapie ta’ ċerti Stati Membri. Jistabbilixxi wkoll il-garanziji addizzjonali li jistgħu jibbenefikaw minnhom dawk l-Istati Membri b’rabta mal-movimenti tal-anninmali ovini u kaprini, kif ukoll tal-isperma u l-embrijuni tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 233/2012 tas-16 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-iscrapie emendat għad-Danimarka (3) japprova l-programm nazzjonali emendat għall-kontroll tal-iscrapie għad-Danimarka.

(4)

Sabiex il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun ċara u sempliċi, l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jistipula l-lista tal-Istati Membri bi programm nazzjonali approvat għall-kontroll tal-iscrapie klassika u l-garanziji addizzjonali korrispondenti li jibbenefikaw minnhom dawk l-Istati Membri b’rabta mal-movimenti tal-annimali ovini u kaprini, kif ukoll tal-isperma u l-embrijuni tagħhom.

(5)

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 stipulati fir-Regolament (UE) Nru 630/2013 japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2013. Għalhekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 546/2006 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 233/2012 ma jibqgħux japplikaw minn dakinhar. Għal finijiet marbuta maċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, dawk ir-Regolamenti għalhekk għandhom jiġu rrevokati fl-istess data.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2006 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 233/2012 huma rrevokati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)   ĠU L 94, 1.4.2006, p. 28.

(3)   ĠU L 78, 17.3.2012, p. 13.

(4)  Ara paġna 60 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top