EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0627

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 627/2013 tas- 27 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 43–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/627/oj

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/43


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 627/2013

tas-27 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Biex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta’ ċerti prodotti li mhumiex prodotti b’mod suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1). Prodotti li ma jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji jistgħu jkunu impurtati b’rati ta’ dazju żero jew imnaqqsa. Għall-istess raġunijiet relatati mal-forniment u d-disturbi huwa neċessarju li jinfetħu, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, kwoti tariffarji ġodda b’rata ta’ dazju żero għal volumi xierqa tal-prodotti bin-numri tas-serje 09.2644 u 09.2663 sa 09.2671.

(2)

Barra minn hekk, għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tas-serje 09.2620 u 09.2633 id-deskrizzjoni tal-prodott għandha tkun addattata u għan-numru tas-serje 09.2629 għandu jiżdied kodiċi ieħor tat-TARIC.

(3)

Għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tas-serje 09.2917 u 09.2632 għandha tiddaħħal id-data tal-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 2013, billi mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti kwoti bħal dawn lil hinn minn dik id-data.

(4)

Ladarba l-kwoti tariffarji l-ġodda għandhom isiru effettivi mill-1 ta’ Lulju 2013, dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn dik id-data u jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli bin-numri tas-serje 09.2644 u 09.2663 sa 09.2671 stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament huma inseriti;

(2)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.2620, 09.2629, 09.2632, 09.2633 u 09.2917 huma sostitwiti bir-ringieli stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


ANNESS I

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 1

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni

Perijodu tal-kwota

Volum tal-kwota

Dazju fuq il-kwota (%)

09.2663

ex 1104 29 17

10

Granuli tas-sorgu mitħuna li tal-inqas kienu mnaddfa u deġerminati sabiex jintużaw fil-manifattura ta’ prodotti tal-ippakkjar biex jimlew (1)

1.7-31.12

750 tunnellata

0  %

09.2664

ex 2008 60 19

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut, jew mingħajr, ta’ zokkor ta’ 9 % f’piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1)

1.7-31.12

500 tunnellata

10 % (2)

ex 2008 60 39

30

09.2665

ex 2916 19 95

30

(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju

(CAS RN 24634-61-5)

1.7-31.12

4 000 tunnellata

0  %

09.2666

ex 3204 17 00

55

Żebgħa C.I. Pigment Red 169

(CAS RN 12237-63-7)

1.7-31.12

20 tunnellata

0  %

09.2644

ex 3824 90 97

96

Preparazzjoni li skont il-piż fiha:

55 % jew aktar, iżda mhux iżjed minn 78 % ta’ Gluterat Dimetiliku

10 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 28 % ta’ Adinat Dimetiliku u

mhux aktar minn 25 % ta’ Suċċinat tad-Dimetiliku

1.7-31.12

3 000 tunnellata

0  %

09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

Li jkun fih bejn 17,5 sa 20 % mol ta’ gruppi idrossoli u

u li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6 mm

1.7-31.12

5 500 tunnellata

0  %

09.2667

ex 8537 10 99

51

Swiċċ bord elettromekkanika:

bi swiċċ b’ħames pożizzjonijiet,

b’konduttur tal-elettriku,

b’ċirkwit integrat,

b’riċevitur tal-infra aħmar jew mingħajru

biex jintuża fil-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu fl-intestaturi 8521  u 8528  (1)

1.7-31.12

3 000 000 unità

0  %

09.2668

ex 8714 91 10

21

Qafas ta’ biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (1)

1.7-31.12

38 000 unità

0  %

ex 8714 91 10

31

09.2669

ex 8714 91 30

21

Furketta ta’ quddiem ta’ biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (1)

1.7-31.12

26 000 unità

0  %

ex 8714 91 30

31

09.2670

ex 9405 40 39

30

Il-komponenti kollha ta’ dawl li jaħdem bl-elettriku li jinkludi:

ċirkwiti stampati u

dajowds li jarmu d-dawl (LEDs)

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazzjoni għas-settijiet tat-televiżjoni ċatti (1)

1.7-31.12

8 500 000  biċċa

0  %


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).

(2)  Ir-rata ta’ dazju speċifiku hija applikabbli.


ANNESS II

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 1

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni

Il-perijodu tal-kwota

Il-volum tal-kwota

Dazju fuq il-kwota (%)

09.2632

ex 2921 22 00

10

Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4)

1.1-31.12.2013

40 000 tunnellata

0  %

09.2917

ex 2930 90 13

90

Ċistina (CAS RN 56-89-3)

1.1-31.12.2013

600 tunnellata

0  %

09.2629

ex 7616 99 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

1.1-31.12

800 000 unità

0  %

ex 8302 49 00

91

09.2633

ex 8504 40 82

20

Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, għall-użu fil-manifattura tal-apparat li jaqa’ fl-intestaturi 8509 80  u 8510  (1)

1.1-31.12

4 500 000 unità

0  %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni, mingħajr display, u piż ta’ mhux aktar minn 2 500  g

1.1-31.12

3 000 000 unità

0  %


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).


Top