EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0600

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2013 tal- 24 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ analiżijiet iżotopiċi fuq il-prodotti tal-inbid fil-Kroazja għal perjodu tranżitorju

ĠU L 172, 25.6.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/600/oj

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 600/2013

tal-24 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ analiżijiet iżotopiċi fuq il-prodotti tal-inbid fil-Kroazja għal perjodu tranżitorju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikulari l-Artikolu 41(1) tiegħu (2),

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-analiżi iżotopika tal-prodotti tal-inbid li għandha titwettaq hekk kif imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (3). Analiżi iżotopika bħal din hija metodu analitiku użat għall-kontroll tas-settur tal-inbid u biex wieħed jikkumbatti l-frodi f’dan is-settur u teħtieġ għarfien xjentifiku u tagħmir tekniku speċjali ħafna. Il-Kroazja mhijiex mgħammra biex twettaq dan il-metodu ta’ analiżi. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ kontroll, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq l-analiżi f’isem il-Kroazja għal perjodu li jippermetti ’l dan il-pajjiż jikseb l-għarfien u t-tagħmir meħtieġa biex iwettaq dan il-kompitu.

(2)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 89

Għal perjodu li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2015, sakemm jiġi stabbilit it-tagħmir analitiku adegwat, il-Kroazja għandha tibgħat il-kampjuni tal-inbid tagħha liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-analiżi.

Il-Kroazja tista’ taħtar korp kompetenti li jkun awtorizzat ikollu aċċess għat-tagħrif dwar il-kampjuni fit-territorju tagħha.”.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

(2)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

(3)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.


Top