This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0591
Council Regulation (EU) No 591/2013 of 29 May 2013 on the allocation of the fishing opportunities under the Protocol setting out fishing opportunities and the financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Côte d’Ivoire (2013-18)
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 591/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jiffissal-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (2013-2018)
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 591/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jiffissal-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (2013-2018)
ĠU L 170, 22.6.2013, pp. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
22.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/21 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 591/2013
tad-29 ta’ Mejju 2013
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jiffissal-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (2013-2018)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 242/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim ta’ Sħubija”). |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Jannar 2013 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”). Il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/303/UE (2) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. |
|
(4) |
Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), f’każ li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Ftehim ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. F’każ li ma tintbagħatx risposta sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita dik l-iskadenza. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet tas-sajd tagħhom, il-Protokoll il-ġdid jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mill-1 ta’ Lulju 2013. Għaldaqstant, jeħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll li jiffissal-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal- Côte d’Ivoire (2013-2018) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
|
Tip ta’ bastiment |
Stat Membru |
Opportunitajiet ta’ sajd |
|
Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friżer |
Spanja |
16 |
|
|
Franza |
12 |
|
Bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ |
Spanja |
7 |
|
|
Portugall |
3 |
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija.
3. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll il-ġdid, il-Kummissjoni tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom skont il-Ftehim, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BRUTON
(1) ĠU L 75, 18.3.2008, p. 51.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.