Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0589

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2013 tal- 20 ta’ Ġunju 2013 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

    ĠU L 169, 21.6.2013, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/589/oj

    21.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/66


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 589/2013

    tal-20 ta’ Ġunju 2013

    li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4318 ġew sospiżi mis-27 ta’ Settembru 2012 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jiffissa l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

    (2)

    Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 879/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4318 mis-27 ta’ Settembru 2012 qed tiġi irtirata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

    (3)  ĠU L 259, 27.9.2012, p. 3.


    Top