Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0518

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 518/2013 tat- 13 ta’ Mejju 2013 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-qasam tal-protezzjoni tal-pjanti, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

    ĠU L 158, 10.6.2013, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/518/oj

    10.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 158/72


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 518/2013

    tat-13 ta’ Mejju 2013

    li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-qasam tal-protezzjoni tal-pjanti, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux previsti f'dak l-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni.

    (2)

    L-Att Finali tal-Konferenza li kienet fasslet it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni, u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

    (3)

    Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1) li jiddefinixxi żoni magħmula minn Stati Membri b’kundizzjonijiet ta' agrikoltura, ta' saħħa tal-pjanti u ta' ambjent (inklużi ta' klima) li huma komparabbli, b’mod partikolari sabiex jiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet u l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Unjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjonijiet, jeħtieġ li jiġi emendat. Jeħtieġ li l-Kroazja tiżdied maż-żona tan-Nofsinhar minħabba li l-kundizzjonijiet ta' agrikoltura, ta' saħħa tal-pjanti u ta' ambjent fil-Kroazja huma komparabbli ma' dawk tal-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall.

    (4)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ ta', it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. COVENEY


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS I

    Definizzjoni ta' żoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 3(17)

    Żona A – It-Tramuntana

    L-Istati Membri li ġejjin jappartjenu għal din iż-żona:

    Danimarka, Estonja, Latvja, Litwanja, Finlandja, Svezja

    Żona B – Iċ-Ċentru

    L-Istati Membri li ġejjin jappartjenu għal din iż-żona:

    Belġju, Repubblika Ċeka, Ġermanja, Irlanda, Lussemburgu, Ungerija, Pajjiżi l-Baxxi, Awstrija, Polonja, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Renju Unit

    Żona C – In-Nofsinhar

    L-Istati Membri li ġejjin jappartjenu għal din iż-żona:

    Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru, Malta, Portugall”.


    Top