This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0502
Council Regulation (EU) No 502/2013 of 29 May 2013 amending Implementing Regulation (EU) No 990/2011 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of bicycles originating in the People’s Republic of China following an interim review pursuant to Article 11(3) of Regulation (EC) No 1225/2009
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
ĠU L 153, 5.6.2013, pp. 17–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 29/08/2019
|
5.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/17 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 502/2013
tad-29 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(3), (5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (2), il-Kunsill impona dazju tal-antidumping definittiv ta’ 30,6 % fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż konċernat”) (l-“investigazzjoni oriġinali”). Wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, dan id-dazju ġie estiż permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3) għall-importazzjonijiet ta’ ċertu komponenti tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ. Barra minn hekk ġie deċiż li tinħoloq “skema ta’ eżenzjoni” abbażi tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Id-dettalji tal-iskema kienu previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (4). Biex jirċievu eżenzjoni mid-dazju estiż il-produtturi tar-roti fl-Unjoni jridu jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jirrispettaw proporzjon ta’ anqas minn 60 % komponenti tar-roti Ċiniżi fl-operat tagħhom jew iż-żieda ta’ valur ta’ aktar minn 25 % għall-komponenti kollha użati fl-operat. Sa issa ngħataw aktar minn 250 eżenzjoni. |
|
(2) |
Wara t-twettiq ta’ rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (5), iddeċieda li l-miżuri msemmija hawn fuq għandhom jinżammu. |
|
(3) |
Wara t-twettiq ta’ rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“li jemenda r-rieżami interim”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (6), iddeċieda li jżid id-dazju tal-antidumping fis-seħħ għal 48,5 %. |
|
(4) |
Wara rieżami tal-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13(4) u 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 171/2008 (7), iddeċida li jżomm l-estensjoni tad-dazju tal-antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw fir-RPĊ għall-importazzjonijiet ta’ ċertu komponenti tar-roti mir-RPĊ. |
|
(5) |
Wara t-twettiq ta’ rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 (8) (l-“investigazzjoni preċedenti”), iddeċieda li l-miżuri msemmija hawn fuq għandhom jinżammu. |
2. Ftuħ ta’ investigazzjoni ex-officio
|
(6) |
Wara r-rieżami tal-iskadenza li sar f’Ottubru 2011, il-Kummissjoni kellha evidenza li indikat li, sa fejn huma konċernati d-dumping u l-ħsara, iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew imposti l-miżuri eżistenti setgħu nbidlu u li dawn il-bidliet jistgħu jkunu ta’ natura dewwiema. |
|
(7) |
L-evidenza prima facie li għandha l-Kummissjoni indikat li s-sistema tal-kwoti tal-esportazzjoni li tapplika għall-produtturi tar-roti fir-RPĊ, u li kienet ta’ ostaklu għall-produtturi esportaturi biex jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq fir-rieżami interim ta’ emenda, ġiet abolita f’Jannar 2011. |
|
(8) |
Barra minn hekk, saru bidliet sinifikanti fl-istruttura tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, bosta produtturi tal-Unjoni għaddew miċ-ċiklu komplut ta’ produzzjoni għal operazzjonijiet ta’ immuntar (parzjali) bl-użu ta’ komponenti importati. |
|
(9) |
Barra minn hekk, minħabba t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea tal-2004 u l-2007, għadd sinifikanti ta’ produtturi ssieħbu fl-industrija tar-roti tal-Unjoni. Barra minn hekk, bosta produtturi li kienu parti mill-industrija tal-Unjoni qabel iż-żewġ rawnds ta’ tkabbir ċaqilqu l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħhom jew stabbilixxew faċilitajiet ġodda fl-Istati Membri l-ġodda. B’riżultat ta’ dan, il-livell tal-kost tal-industrija tal-Unjoni seta’ nbidel. |
|
(10) |
Fl-aħħar nett, il-livell attwali tal-eliminazzjoni tal-ħsara ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ roti magħmulin mill-azzar, filwaqt li jidher li bħalissal-maġġoranza tar-roti huma magħmula minn ligi tal-aluminju. |
|
(11) |
Dawn l-iżviluppi kollha jidhru li huma ta’ natura dewwiema u għalhekk jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ rivalutazzjoni tas-sejbiet dwar il-ħsara u d-dumping. |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-għadd ta’ kumpanniji li jibbenefikaw mill-iskema ta’ eżenzjoni qed jikber malajr, u l-iskema qatt ma ġiet adattata minn meta ddaħlet fl-1997. B’żieda ma’ dan, is-sistema ta’ monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-komponenti li huma eżentati mill-miżuri tal-antidumping saret kumplessa ħafna u tinvolvi ħafna xogħol, u dan jista’ jaffettwa ħażin l-effikaċja tagħha. |
|
(13) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għall-ftuħ ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ notifika (“Avviż ta’ ftuħ”) (9), pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Marzu 2012, il-bidu, fuq bażi ex officio, ta’ rieżami interim tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ. |
3. Investigazzjoni parallela ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni
|
(14) |
Fil-25 ta’ Settembru 2012, permezz tar-Regolament (UE) Nru 875/2012 (10), il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri tal-antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-RPĊ minn importazzjonijiet kunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni (“investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżuri”). |
|
(15) |
F’Mejju 2013, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 501/2013 (11) (“Regolament ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni”), estenda l-miżuri tal-antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ għall-importazzjonijiet tar-roti kunsinjati mill-Indonesja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, peress li dawn l-importazzjonijiet instabu li qed jiċċirkomvenzjonaw il-miżuri b’operazzjonijiet ta’ trasbord u/jew immuntar skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku. |
4. Investigazzjoni parallela kontra s-sussidji
|
(16) |
Fis-27 ta’ April 2012, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż pubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea (12), il-ftuħ ta’ proċedura tal-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ roti li joriġinaw mir-RPĊ (“investigazzjoni kontra s-sussidji”). |
|
(17) |
F’Novembru 2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13), li s-sejbiet fl-investigazzjoni ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni jistgħu jintużaw fl-investigazzjoni kontra s-sussidji msemmija fil-premessa (14) u (15). |
|
(18) |
F’Mejju 2013 il-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni (2013/227/UE) (14), temmet l-investigazzjoni kontra s-sussidji mingħajr ma imponiet miżuri. |
5. Partijiet konċernati mill-investigazzjoni
|
(19) |
Il-Kummissjoni notifikat uffiċjalment lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u lil assoċjazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, lir-rappreżentanti tal-pajjiż konċernat, lill-importaturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi, lill-produtturi magħrufa tal-komponenti tar-roti fl-Unjoni u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom u lil assoċjazzjoni magħrufa tal-utenti dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż tal-ftuħ. |
|
(20) |
Fid-dawl tal-għadd għoli ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati li kien jidher, fl-Avviż tal-ftuħ ġie previst it-teħid ta’ kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux se jkun meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel il-kampjuni, il-produtturi esportaturi kollha u l-assoċjazzjoni magħrufa tagħhom, u l-produtturi kollha tal-Unjoni u l-importaturi mhux relatati kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-Avviż tal-ftuħ, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott konċernat matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2011. |
|
(21) |
Peress li r-rappreżentanti tal-pajjiż konċernat ma preżentawx ruħhom mal-ftuħ, il-Kummissjoni kuntattjat madwar 70 kumpannija Ċiniża diġà magħrufa mas-servizzi tal-Kummissjoni mill-investigazzjoni preċedenti. Fi stadju aktar tard, meta l-investigazzjoni kontra s-sussidji msemmija fil-premessa (16) kienet bdiet, il-Kummissjoni identifikat madwar 300 produttur esportatur addizzjonali Ċiniżi li wkoll ġew ikkuntattjati fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami interim. |
|
(22) |
Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinkiseb kooperazzjoni, tmien gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi biss preżentaw irwieħhom, li minnhom erbgħa biss rappurtaw l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perijodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“PIR”), definiti fil-premessa (37) aktar ‘l isfel, li jirrappreżentaw inqas minn 4 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ ta’ roti matul il-PIR. |
|
(23) |
Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ. |
|
(24) |
Kif imsemmi fil-premessi (63) sa (64) u (131) hawn taħt, l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku kienet iġġustifikata għal grupp esportatur Ċiniżi wieħed, Giant China. Konsegwentement, il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kompliet tonqos anki aktar. |
|
(25) |
Kif spjegat fil-premessi (32) sa (35) hawn taħt, intgħażel kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. |
|
(26) |
Kif spjegat fil-premessa (36) iktar ‘l isfel, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjun ma kienx meħtieġ għall-importaturi mhux relatati. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma konċernati u lill-partijiet l-oħra kollha li talbu dan sal-iskadenzi stabbiliti fl-Avviż tal-ftuħ, jiġifieri produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-produtturi esportaturi li kooperaw fir-RPĊ, importaturi mhux relatati li preżentaw irwieħhom kif deskritt fil-premessa (36) iktar ‘l isfel u lill-produtturi magħrufa tal-komponenti tar-roti fl-Unjoni. |
|
(28) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarji u sottomissjonijiet oħra waslu mingħand erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u mir-rappreżentant tagħhom, mit-tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, minn assoċjazzjoni waħda tal-utenti u tmien assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni, 53 produttur tal-komponenti tar-roti u assoċjazzjoni waħda tal-produtturi tal-komponenti tar-roti. Ħadd mill-importaturi mhux relatati kkuntattjati ma ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa gћad-determinazzjoni tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni u wettqet verifiki fuq il-post fil-kumpanniji li ġejjin:
|
|
(30) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jigi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li jista’ jkun li ma jingħatawx TES, saret żjara ta’ verifika biex jiġi stabbilit il-valur normali abbażi ta’ data minn pajjiż analogu, fil-post tal-kumpanniji li ġejjin:
|
|
(31) |
Wara l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali (“l-iżvelar”) xi partijiet argumentaw li ma ngħatax perijodu adegwat lill-partijiet biex jikkummentaw. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-partijiet ingħataw biżżejjed żmien biex jagħmlu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku. L-argument għalhekk ġie miċħud. |
6. Teħid ta’ kampjun tal-Produtturi tal-Unjoni
|
(32) |
Fl-Avviż ta’ ftuħ, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi mill-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tmien kumpanniji, minn total ta’ iktar minn 380 produttur mill-Unjoni li kienu magħrufa qabel ma nfetħet l-investigazzjoni, magħżula b’mod partikolari fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ li jista’ jiġi raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli filwaqt li titqies il-firxa ġeografika. Il-kampjun kopra l-akbar pajjiżi produtturi klassifikati skont il-volumi tal-produzzjoni. Għal kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, il-kumpanniji inklużi fil-kampjun kienu fost l-akbar produtturi rappreżentattivi li kooperaw. Il-kampjun kopra wkoll entitajiet mill-akbar gruppi li kooperaw. F’dan il-każ ingħatat attenzjoni partikolari għal teħid ta’ kampjuni minn għadd ugwali ta’ kumpanniji mill-Istati Membri l-antiki u l-ġodda. |
|
(33) |
Il-kampjun rappreżenta aktar minn 25 % tat-total estimat tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni matul il-PIR. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl u jikkummentaw dwar l-idonietà ta’ din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Avviż tal-ftuħ. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ. |
|
(34) |
Ċerti partijiet interessati qajmu oġġezzjonijiet dwar it-teħid tal-kampjun tal-produtturi mill-Unjoni. Huma argumentaw li: (i) il-kampjun proviżorju inkluda biss ċerti entitajiet ġuridiċi li jappartjenu għal gruppi ta’ kumpanniji relatati aktar milli l-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-entità ekonomika sħiħa li tipproduċi l-prodott inkwistjoni; u (ii) il-proposta inkludiet kumpannija li riċentament kienet qed topera b’telf, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni kienu sejrin tajjeb matul dak il-perijodu. Barra minn dan,ġie affermat li dan it-telf ma kienx marbut mal-prodott konċernat. |
|
(35) |
Dawn l-argumenti ma ġewx aċċettati fuq il-bażi li ġejja: (i)L-entitajiet li jagħmlu parti minn gruppi akbar li nstabu li kienu joperaw indipendentement minn sussidjarji oħra tal-istess grupp tqiesu bħala rappreżentattivi tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġi investigat il-grupp kollu fuq bażi konsolidata. (ii) Il-parti interessata konċernata ma ssostanzjatx l-argument tagħha li l-kumpannija magħżula fil-kampjun u li allegatament kellha telf fil-fatt ma kinitx rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, filwaqt li l-kampjun magħżul għandu jkun rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni, il-kumpanniji magħżula ma għandhomx bżonn ikunu bilfors omoġenji. L-argument ta’ din il-parti għalhekk kellu jiġi miċħud. |
7. Teħid tal-kampjun tal-Importaturi Mhux Relatati
|
(36) |
It-teħid tal-kampjun tal-importaturi mhux relatati wkoll kien previst fl-Avviż tal-Ftuħ. L-importaturi mhux relatati magħrufa kollha ġew ikkuntattjati mal-ftuħ. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet li waslu fil-qafas tal-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni, ma ntgħażilx kampjun. L-importaturi mhux relatati kollha li ppreżentaw irwieħhom ġew mistiedna jikkooperaw u rċievew kwestjonarju. Ħadd mill-importaturi mhux relatati ma provda tweġiba għall-kwestjonarju, u lanqas ma kooperaw aktar fl-investigazzjoni attwali. |
8. Perijodu ta’ investigazzjoni
|
(37) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2011 (“perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet fil-kuntest tal-analiżi tal-ħsara kopra l-perijodu bejn Jannar 2008 sa tmiem il-PIR (il-“perijodu kunsidrat”). |
B. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Prodott konċernat
|
(38) |
Il-prodott suġġett ta’ din l-investigazzjoni ta’ rieżami huwa r-roti u roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati (il-“prodott rieżaminat”) li joriġina mir-RPĊ, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 |
|
(39) |
Bħal fl-investigazzjoni preċedenti, ir-roti ġew ikklassifikati fil-kategoriji li ġejjin:
|
|
(40) |
Kull tip ta’ rota kif definit hawn fuq għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Barra minn hekk, jinbiegħu permezz ta’ kanali simili bħal bejjiegħa bl-imnut speċjalizzati, ktajjen ta’ ħwienet tal-isport u negozjanti bil-massa fis-suq tal-Unjoni. Billi l-applikazzjoni bażika u l-użu tar-roti huma identiċi, fil-biċċa l-kbira tagħhom huma interskambjabbli u għaldaqstant mudelli minn kategoriji differenti jikkompetu ma’ xulxin. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-kategoriji kollha jifformaw prodott wieħed uniku. |
|
(41) |
Parti waħda argumentat li t-tipi differenti ta’ roti għandhom karatteristiċi u użi maħsuba differenti b’mod sinifikanti kif ukoll prezzijiet sinifikament differenti, filwaqt li mill-perspettiva tal-konsumaturi dawn it-tipi differenti ta’ roti mhumiex interskambjabbli. Barra minn hekk, kien argumentat li r-roti tal-azzar u tal-aluminju mhumiex ikkunsidrati bħala interskambjabbli u li l-prezzijiet tagħhom huma differenti wkoll. |
|
(42) |
Biex issostni l-argument tagħha, il-parti sottomettiet studju dwar il-karatteristiċi u l-użi bażiċi fiżiċi u tekniċi ta’ ħames tipi differenti ta’ prodotti kif ukoll l-interskambjabbiltà tagħhom. Għandu jiġi nnutat li l-istudju ngħad li kien ibbażat fuq it-tweġibiet ta’ 36 individvu, madankollu mhuwiex ċar kif intgħażlu r-rispondenti. Jidher ukoll li kien imħejji speċifikatament għal din l-investigazzjoni. L-istudju ma jinkludi l-ebda data kwantifikabbli. Ta’ min jinnota li l-kontenut ta’ dan l-istudju apparentement huwa bbażat fuq stqarrijiet ta’ konsumaturi u/jew produtturi tar-roti minflok fuq evidenza verifikabbli. Għalhekk, ir-rappreżentattività tar-riżultati ta’ dan l-istudju hija dubjuża. |
|
(43) |
Il-parti ma ġabitx aktar evidenza biex issostni l-argument tagħha. |
|
(44) |
L-investigazzjonijiet ikkonfermaw li t-tipi kollha ta’ roti kif definiti hawn fuq għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi. B’mod partikolari, instab li l-użu ta’ materja prima differenti ma kellux impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi ta’ rota. Għalkemm l-azzar u l-aluminju għandhom xi karatteristiċi tekniċi differenti bħall-piż, il-karatteristiċi bażiċi tar-roti magħmula mill-azzar u l-aluminju jibqgħu simili. |
|
(45) |
Bl-istess mod, ma kien hemm l-ebda evidenza speċifika mogħtija mill-parti li roti magħmula mill-azzar fuq naħa u dawk magħmula mill-aluminju min-naħa l-oħra kellhom fil-fatt karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi differenti. |
|
(46) |
Rigward l-applikazzjoni speċifika, l-użu u l-perċezzjoni tal-konsumaturi, l-investigazzjoni attwali konfermat li r-roti kollha għandhom l-istess l-applikazzjonijiet bażiċi u essenzjalment iwettqu l-istess funzjoni. Filwaqt li huwa minnu li l-kategoriji differenti huma fil-prinċipju maħsuba biex jissodisfaw rekwiżiti ta’ utenti finali differenti, l-utenti finali regolarment jużaw rota ta’ kategorija partikolari għal varjetà ta’ użi. |
|
(47) |
Għalhekk ma hemm l-ebda linja ċara li taqsamhom ibbażata fuq l-użu tal-utenti finali u fuq il-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-kategoriji differenti. |
|
(48) |
Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni nfushom ta’ spiss ma jagħmlux distinzjoni bejn ir-roti klassifikati f’kategoriji differenti fir-rigward tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-kontabbiltà. Fil-fatt, ta’ sikwit ikollhom proċessi ta’ produzzjoni simili għall-kategoriji kollha ta’ roti. |
|
(49) |
Barra minn hekk, ir-roti ta’ kategoriji varji jinbiegħu permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni simili, bħal bejjiegħa bl-imnut speċjalizzati, ktajjen ta’ ħwienet tal-isport u negozjanti bil-massa fis-suq tal-Unjoni. |
|
(50) |
Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-kategoriji kollha jifformaw prodott wieħed uniku. |
|
(51) |
Parti waħda qajmet il-punt li l-investigazzjoni attwali tkopri żewġ kodiċijiet NM kif iddikjarat fil-premessa (38) filwaqt li fl-investigazzjoni preċedenti, kif iddikjarat fil-premessa (5) kopriet tliet kodiċijiet NM jiġifieri ex 8712 00 10 , 8712 00 30 u ex 8712 00 80 . F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li t-tibdil tal-kodiċijiet sar minħabba emendi fin-Nomenklatura Magħquda imposti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 li daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012 (15). |
|
(52) |
F’dan il-kuntest, il-parti argumentat li r-roti mingħajr bolberings ma għandhomx jitqiesu bħala prodott uniku mar-roti bil-bolberings. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li r-roti bil-bolberings u r-roti mingħajr bolberings jikkondividu l-istess karatteristiċi tekniċi u użi. Barra minn hekk, il-parti ma ssostanzjat l-argument tagħha bl-ebda evidenza ta’ sostenn u għalhekk, l-argument ġie rrifjutat. |
|
(53) |
Barra minn dan, il-parti argumentat li hemm differenza sinifikanti fil-prezzijiet medji tal-importazzjoni kif irreġistrat fl-Eurostat bejn iż-żewġ kodiċijiet NM li jkopru l-prodott konċernat. F’dan ir-rigward, huwa enfasizzat li, kif iddikjarat fil-premessa (157) aktar ‘l isfel, minħabba taħlita ta’ prodotti l-prezz medju kif irreġistrat fl-Eurostat jista’ iservi biss ta’ indikatur tax-xejriet tal-prezzijiet, iżda mhuwiex utli meta jitqabblu l-prezzijiet tal-bejgħ bejn diversi pajjiżi u l-Unjoni. |
|
(54) |
Wara l-iżvelar waħda mill-partijiet tenniet l-argument tagħha li t-tipi differenti ta’ roti koperti mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni mhumiex prodotti simili u argumentat li kienet ippreżenta evidenza pożittiva b’sostenn tad-differenzi fil-materja prima, il-karatteristiċi fiżiċi, il-karatteristiċi teknoloġiċi u l-użi aħħarin li allegatament jeżistu fost id-diversi tip ta’ roti. |
|
(55) |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-evidenza pożittiva li l-parti qalet li kienet issottomettiet fil-fatt hija l-istudju vvalutat mill-Kummissjoni fil-premessa (42). Wara l-valutazzjoni dovuta, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rappreżentattività tar-riżultati ta’ dan l-istudju kienet dubjuża għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (42). |
|
(56) |
Il-partijiet qalu li r-roti tat-tfal definiti mill-parti bħala roti bid-daqs tar-rota ta’ anqas minn, u inkluż, 16-il pulzier għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Dawn l-argumenti kienu bbażati fuq is-suppożizzjoni, b’mod partikolari, li t-tul taż-żmien tal-użi u s-sempliċità fil-karatteristiċi jiddividu b’mod ċar lil dawn ir-roti minn tipi oħra ta’ roti li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali. |
|
(57) |
Madankollu, dawn l-argumenti tqiesu mhux biżżejjed biex jeskludu roti bid-daqs tar-rota ta’ inqas minn, u inklużi, 16-il pulzier mid-definizzjoni tal-prodott konċernat minħabba li ma kinux issostanzjati b’biżżejjed evidenza li turi li f’din l-investigazzjoni tista’ tinġibed linja ċara li tifred ir-roti bid-daqs tar-rota ta’ inqas minn, u inklużi, 16-il pulzier u tipi ta’ roti oħra fl-ambitu tal-investigazzjoni. Fil-fatt, instab bil-kontra li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzjali tar-roti bid-daqs tar-rota ta’ inqas minn, u inklużi, 16-il pulzier kienu l-istess bħal dawk tal-prodott konċernat - vettura potenzjata mill-bniedem, misjuqa bil-pedali li jkollha aktar minn rota waħda mehmuża mal-qafas — kienu ferm aktar importanti minn kwalunkwe differenza (jiġifieri essenzjalment id-daqs tar-rota). Barra minn hekk, deher li l-produzzjoni, il-kanali tal-bejgħ u s-servizz għall-konsumatur ma kinux fundamentalment differenti minn tipi ta’ roti oħra fl-investigazzjoni. Il-fatt biss li r-roti bid-daqs tar-rota ta’ inqas minn, u inklużi, 16-il pulzier jifformaw sottogrupp distint tal-prodott fl-ambitu tal-prodott konċernat ma jiġġustifikax l-esklużjoni mill-ambitu tal-prodott. Tabilħaqq, instab li ma hemmx linja ċara li tifred ir-roti bid-daqs tar-rota ta’ inqas minn, u inklużi 16-il pulzier u l-prodott konċernat, imma li, bil-maqlub, hemm koinċidenza kbira fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodott konċernat, notevolment li huma vetturi potenzjati mill-bniedem, misjuqa bil-pedali li għandhom aktar minn rota waħda u essenzjalment użati għat-trasport u l-isport. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni żvelat li wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw kien fil-fatt qed jesporta lejn l-Unjoni roti bid-daqs tar-rota ta’ 12-il pulzier li ma tqisux neċessarjament roti għat-tfal iżda li kienu fil-fatt roti jingħalqu użati mill-adulti li għalihom il-ħażna kienet karatteristika importanti tar-roti. |
|
(58) |
Għalhekk it-talba biex ir-roti bid-daqs tar-rota ta’ inqas minn, u inklużi, 16-il pulzier jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni hija miċħuda. |
2. Prodott simili
|
(59) |
Ir-roti prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, dawk prodotti u mibjugħa fis-suq tal-pajjiż analogu u dawk importati fis-suq tal-Unjoni u li joriġinaw mir-RPĊ għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użi u huma għalhekk meqjusal-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. Trattament tal-Ekonomija tas-Suq
1.1. Valutazzjoni tat-TES
|
(60) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet tal-antidumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:
|
|
(61) |
Fl-investigazzjoni attwali, il-gruppi esportaturi kollha li inizjalment kooperaw fl-investigazzjoni talbu TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba tat-TES sal-iskadenzi mogħtija. |
|
(62) |
Għall-gruppi esportaturi kollha li inizjalment kooperaw mal-investigazzjoni, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għat-TES fil-bini tal-gruppi konċernati. |
|
(63) |
It-tweġiba ta’ grupp wieħed, Giant China, tqieset li kellha nuqqas sinifikanti peress li ma kinitx tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-istruttura tal-grupp, minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa mill-grupp. |
|
(64) |
Kif meħtieġ mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, Giant China ġie infurmat dwar il-probabbiltà tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli dwaru u ġie mistieden jikkummenta. Peress li Giant China, madankollu, irrifjuta li jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa, ġie applikat l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u t-talba għal TES ġiet irrifjutata. |
|
(65) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li t-TES ma seta’ jingħata lill-ebda grupp ta’ kumpanniji Ċiniżi billi ħadd minnhom ma ssodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, għar-raġunijiet li ġejjin: |
|
(66) |
L-ebda grupp ta’ esportaturi li koopera ma seta’ juri li jissodisfa l-Kriterju 1 minħabba l-interferenza tal-Istat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-materja prima prinċipali (azzar u aluminju). L-ispiża tal-azzar u l-aluminju għall-gruppi tal-esportaturi li kooperaw tirrappreżenta tal-inqas madwar 20 % sa 25 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott konċernat. Ħafna kumpanniji huma kompletament integrati vertikalment, li jfisser li jixtru lingotti tal-aluminju jew tal-azzar biex jipproduċi tubi li mbagħad jintużaw biex jipproduċu frejms/frieket u finalment ir-roti. |
|
(67) |
L-investigazzjoni wriet li t-tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw akkwistaw l-azzar u l-aluminju użat għall-produzzjoni tal-prodott konċernat mis-suq domestiku Ċiniż. |
|
(68) |
Il-prezzijiet huma bbażati fuq il-kwotazzjoni tal-aluminju fis-suq tal-Kambju tal-Metalli mhux ferrużi ta’ Shanghai kontrollat mill-Istat (“il-Kambju” jew “SHFE”). L-SHFE huwa kambju miftuħ biss għall-kumpanniji reġistrati fiċ-Ċina u għaċ-ċittadini Ċiniżi u huwa kkontrollat mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli tal-Istat. Diversi regoli li jirregolaw il-funzjonament tal-Kambju jikkontribwixxu għall-volatilità u prezzijiet baxxi li ma jirriflettux il-valur fis-suq fis-SHFE: il-varjazzjonijiet ta’ kuljum fil-prezzijiet huma limitati għal 4 % fuq jew taħt il-prezz tas-saldu tal-jum ta’ negozju preċedenti, in-negozjar iseħħ fi frekwenza baxxa (sal-15-il jum ta’ kull xahar), il-kuntratti tal-futuri huma limitati għal tul ta’ żmien sa 12-il xahar, u jiġu imposti tariffi tat-tranżazzjonijiet kemm mill-Kambju kif ukoll mis-sensara. |
|
(69) |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-SHFE, il-konsenja fiżika tista’ ssir biss f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fil-kambji internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ ssir mad-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li l-SHFE huwa pjattaforma għal skambji fiżiċi biss (ma jinbiegħux derivattivi), dan jiżola kompletament is-suq tal-aluminju Ċiniż. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ mal-punt ta’ referenza dinji, il-London Metals Exchange (“LME”) jew swieq oħra huwa prattikament impossibbli u l-kambju jiffunzjona f’iżolament minn swieq oħra madwar id-dinja. Għalhekk, ma jistax isir arbitraġġ bejn dawn is-swieq. Matul il-PIR il-prezzijiet primarji tal-aluminju kienu madwar 7 % inqas fl-SHFE (eskluża l-VAT) meta mqabbla mal-LME (wkoll eskluża l-VAT), imqabbla fuq bażi ta’ prezz spot. |
|
(70) |
L-Istat jinterferixxi wkoll fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE peress li huwa kemm bejjiegħ kif ukoll xerrej, permezz tal-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat u Korpi Statali oħrajn, tal-aluminju primarju. Barra minn hekk, l-Istat jiffissal-limiti tal-prezzijiet ta’ kuljum permezz tar-regoli tal-SHFE li ġew approvati mir-Regolatur tal-Istat, il-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (is-“CSRC”). |
|
(71) |
Ir-RPĊ tgħin l-ipproċessar ta’ prodotti tal-aluminju billi tagħti rifużjoni parzjali tal-VAT fuq l-esportazzjoni ta’ ħafna prodotti tal-aluminju (għar-roti, ir-rata hija ta’ 15 %); fil-każ ta’ esportazzjonijiet ta’ aluminju primarju minflok, ma hemmx rifużjoni. Dan huwa inċentiv għall-industrija Ċiniża biex tkompli tipproċessa aluminju ulterjorment u għandu impatt dirett fuq id-disponibbiltà u l-prezz tal-aluminju primarju fis-suq domestiku. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal 17 % taxxa, filwaqt li ebda taxxa ta’ esportazzjoni mhi applikata fuq l-esportazzjonijiet tar-roti. Dan isaħħaħ is-sejba ta’ interferenza mill-Istat Ċiniż fis-suq domestiku ta’ aluminju. Dawn l-għodod għandhom impatt ‘l isfel fuq il-prezzijiet domestiċi li jinkoraġġixxi lill-industrija domestika timmanifattura oġġetti lesti li jinkorporaw aluminju (bħalma huwa l-prodott konċernat) kemm għas-suq domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni. |
|
(72) |
Distorsjoni ulterjuri mill-Istat Ċiniż issir fil-forma ta’ interventi fis-suq mill-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat (“SRB”) li huwa parti mill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Iżvilupp Nazzjonali (“NDRC”). Fi tmiem l-2008 u fil-bidu tal-2009 l-SRB beda jixtri stokkijiet ta’ aluminju primarju mingħand il-funderiji tal-aluminju Ċiniżi, sabiex jistimula l-prezz tal-komodità. Il-SRB biegħ l-aluminju primarju lura fis-suq, bħal kif għamel fil-bidu ta’ Novembru 2010 kif rappurtat minn Bloomberg (16). L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Xinhua rapportat il-miżuri tal-istokkjar f’Diċembru 2008, u spjegat li kien ippjanat li jiġu akkumulati 300 000 tunnellata aluminju bi prezzijiet li kienu 10 % ogħla mill-prezz tas-suq f’miżura mfassla biex togħlli l-prezzijiet (17). Il-pjan ta’ stokkjar tal-SRB involva x-xiri mingħand diversi funderiji Ċiniżi għalkemm madwar nofs l-ammont inxtara mingħand Aluminium Corporation of China Ltd. Dan juri kif l-Istat Ċiniż għandu rwol primarju fl-iffissar tal-prezzijiet tal-aluminju primarju u li jinterferixxi fis-suq. |
|
(73) |
Il-fatt li l-interferenza sinifikanti mill-Istat, kif deskritt hawn fuq, hija mmirata biċ-ċar, huwa fost l-oħrajn evidenzjat mit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ 5 Snin għall-Aluminju (2011-2015) li permezz tiegħu l-Gvern tar-RPĊ jistqarr espliċitament l-intenzjoni tiegħu li “jaġġusta t-taxxa u r-ribassi fuq it-taxxi tal-esportazzjoni u ingranaġġi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u esportazzjonijiet ta’ prodotti primarji”. Dan il-pjan ikompli l-politika li kienet teżisti fil-Pjan għall-Aluminju ta’ qabel. Barra minn hekk dawn il-pjanijiet ġew implimentati għal ħafna snin u, kif muri hawn fuq, matul il-PIR kienu operattivi diversi miżuri implimentattivi. |
|
(74) |
Għalhekk id-distorsjonijiet multipli maħluqa mill-Istat fil-prezzijiet primarji tal-aluminju Ċiniż affettwaw il-prezzijiet tal-materja prima. Barra minn hekk, il-produtturi jgawdu minn vantaġġ permezz ta’ dawn id-distorsjonijiet, fis-sens li dawn normalment jixtru mis-suq Ċiniż minn fornituri lokali bl-użu tal-prezzijiet spot tas-suq Ċiniż (jew SHFE) bħala punt ta’ referenza. Matul il-PIR, dawn il-prezzijiet kienu madwar 7 % inqas mill-prezzijiet fis-suq dinji. Fit-teorija, il-kumpanniji Ċiniżi jistgħu wkoll jixtru ċerti kwantitajiet bil-prezzijiet tal-LME meta l-prezzijiet fis-suq Ċiniż ikunu ogħla bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat – filwaqt li l-oppost mhux possibbli għal operaturi mhux Ċiniżi. |
|
(75) |
Għalhekk ġie konkluż li s-suq tal-aluminju Ċiniż jiġi mgħawweġ minħabba intervent sinifikanti mill-Istat. |
|
(76) |
L-interferenza mill-Istat Ċiniż fis-settur tal-azzar tidher mill-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-produtturi l-kbar tal-azzar Ċiniżi huma proprjetà tal-Istat u r-rata tal-kapaċità u l-produzzjoni tal-azzar huma influwenzati mid-diversi Pjanijiet Industrijali ta’ ħames snin, partikolarment dak attwali li huwa t-12-il Pjan ta’ Ħames Snin (2011-2015) għas-settur tal-ħadid u l-azzar. |
|
(77) |
L-Istat jeżerċita wkoll kontroll sinifikanti fuq is-suq tal-materji primi. Il-kokk (li flimkien mal-minerali tal-ħadid, huwa l-materja prima prinċipali fil-produzzjoni tal-azzar) huwa soġġett għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet u għal dazju tal-esportazzjoni ta’ 40 %. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li s-suq tal-azzar Ċiniż huwa mgħawweġ minħabba interferenza sinifikanti mill-Istat. |
|
(78) |
Investigazzjoni tal-antidumping li saret mill-Kummissjoni (18) kkonfermat l-importanza tal-intervent tal-Istat fis-settur speċifiku tal-pajpijiet u t-tubi wkoll, li huma l-materja prima ewlenija użati għall-produzzjoni tar-roti tal-azzar. |
|
(79) |
Għalhekk ġie konkluż li s-suq tal-azzar Ċiniż huwa mgħawweġ minħabba intervent sinifikanti mill-Istat. |
|
(80) |
Taħt tali ċirkostanzi, l-ebda kumpannija ma kienet f’pożizzjoni li tagħti prova li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha fir-rigward tax-xiri tal-materja prima mhumiex soġġetti għal interferenza sinifikanti mill-Istat u li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. Għalhekk, ma setgħux juru li jissodisfaw il-kriterju 1. |
|
(81) |
Dwar l-erba’ kriterji l-oħra, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw kienu kapaċi juru li jissodisfaw il-bqija tal-kriterji. |
|
(82) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq dwar il-kriterju 1, ġie kkunsidrat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li t-TES għandu jiġi miċħud għat-tliet grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-kumpanniji konċernati fir-RPĊ u lill-ilmentatur. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari li għandu jinstemgħu. |
1.2. Kummenti mill-partijiet
|
(84) |
Wara l-iżvelar tat-TES, kumpannija waħda argumentat li r-rifjut li tingħata TES kien ibbażat fuq l-industrija tar-roti Ċiniża kollha kemm hi, u mhux fuq bażi ta’ kumpannija individwali. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li għalkemm il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tas-setturi tal-azzar u l-aluminju fiċ-Ċina, hemm rabta ċara bejn is-swieq tal-azzar u tal-aluminju fir-RPĊ u x-xiri ta’ prodotti tal-azzar u tal-aluminju bħala materja prima mill-gruppi li kooperaw. |
|
(85) |
Barra minn hekk kien argumentat li l-vantaġġ fl-ispejjeż għall-produtturi tar-roti Ċiniżi fir-rigward tal-azzar u l-aluminju huwa insinifikanti peress li jirrappreżenta biss bejn 1,4 % u 1,75 % meta wieħed iqis li l-aluminju u l-azzar primarji jgħoddu għal 20 %-25 % tal-ispiża tal-produzzjoni tar-roti u li d-differenza fil-prezz bejn prezzijiet LME u dawk SHFE kienet ta’ 7 % matul il-PIR. |
|
(86) |
F’dan ir-rigward huwa enfasizzat li fattur prinċipali fl-analiżi huwa l-proporzjon ta’ materja prima fl-ispejjeż tal-produzzjoni (li f’dan il-każ kien sinifikanti peress li jammonta għal mill-inqas 20 %-25 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni) u l-fatt li hemm distorsjoni tas-suq tal-materja prima fir-RPĊ. L-impatt kwantitattiv preċiż tad-distorsjoni fl-ispejjeż tal-kumpannija mhux meqjus bħala fattur deċiżiv. |
|
(87) |
Barra minn hekk, kien argumentat li f’investigazzjoni oħra l-Kummissjoni analizzat il-prezzijiet tal-materja prima diretta użata fil-produzzjoni tal-prodott konċernat u mhux il-prezz tal-materja prima primarja u, għalhekk, fil-każ attwali, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-interferenza tal-Istat fil-prezzijiet tal-materja prima diretta, jiġifieri l-estrużjoni tal-liga tal-aluminju, pjuttost milli l-aluminju primarju li huwa l-materja prima primarja. |
|
(88) |
F’dan ir-rigward huwa nnutat li kull investigazzjoni hija analizzata skont il-merti tagħha. Barra minn hekk, il-fatt li s-suq tal-aluminju primarju huwa kkontrollat mill-Istat jindika li lanqas is-suq tal-prodotti intermedjarji tal-aluminju ma jopera taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, jiġifieri billi jirrispondi għall-provvista u d-domanda. Għaldaqstant l-argument ġie rrifjutat. |
|
(89) |
Kien argumentat ukoll li kwalunkwe differenza fil-prezz tal-aluminju primarju bejn is-SHFE u l-LME ma setgħetx twassal għal differenza fil-prezz tal-estrazzjonijiet tal-liga tal-aluminju bejn is-swieq rispettivi, u li jeħtieġ li jitqiesu fatturi bħal fl-effiċjenza tal-produzzjoni, il-kapaċità residwa, u l-kost tal-obbligi ambjentali. |
|
(90) |
F’dan ir-rigward, huwa enfasizzat li ma tressqet l-ebda evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tanalizza u tivverifika din l-allegazzjoni, li għalhekk kienet miċħuda. |
|
(91) |
Barra minn hekk, ġie argumentat li, billi jiġi injorat il-fatt li hemm għadd ta’ prodotti intermedjarji sussegwenti, il-Kummissjoni injorat il-karatteristiċi u l-fatturi reali għall-ipprezzar tal-prodotti finishing tar-roti. B’mod partikolari, peress li r-roti jinbiegħu direttament lill-konsumatur finali (mhux bħall-aluminju primarju), fatturi oħrajn apparti l-prezz tal-materja prima jiddeterminaw il-prezz tar-roti bħall-karatteristiċi tekniċi speċifiċi tar-rota u d-domanda tal-konsumaturi. |
|
(92) |
Madankollu, ma ngħatawx dettalji konkreti dwar dawn il-karatteristiċi u l-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati u għalhekk ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tikkummenta dwarhom. |
|
(93) |
Ġie allegat ukoll li l-Kummissjoni għamlet valutazzjoni żbaljata tal-prinċipji li topera taħthom is-SHFE. Kien argumentat li s-CSRC tirregola l-funzjonijiet tas-SHFE bl-istess mod, fost oħrajn, bħall-Autorité des marchés financiers (“AMF”) fi Franza jew il-Financial Services Authority (“FSA”) fir-Renju Unit u li r-rwol tas-CSRC u l-miżuri regolatorji/ta’ superviżjoni tagħha huma konsistenti mal-prinċipji tal-G-20. Bħala konsegwenza l-konklużjonijiet tat-TES li huma bbażati fuq ir-rwol tas-CSRC u l-operat tas-SHFE ma għandhomx mertu. |
|
(94) |
Huwa nnutat li l-kumpannija naqset milli tqis il-fatt li filwaqt li l-FSA (19) u l-AMF (20) huma korpi indipendenti mhux governattivi, is-CSRC hija unità fil-livell ta’ ministeru li topera direttament taħt il-Kunsill tal-Istat (21). Il-Kunsill tal-Istat huwa l-ogħla organu eżekuttiv tal-poter tal-Istat, kif ukoll l-ogħla organu tal-amministrazzjoni tal-Istat (22). Dan huwa eżempju ieħor tal-fatt li l-Istat huwa involut attivament fir-regolamentazzjoni fis-suq tal-aluminju fir-RPĊ. F’dak li jirrigwarda l-konformità mal-prinċipji tal-G-20, il-kumpannija pprovdiet sempliċi dikjarazzjoni, mingħajr ma verament spjegat il-prinċipji li qed tirreferi għalihom. L-argument għalhekk ġie miċħud. |
|
(95) |
Barra minn dan, kumpannija waħda ma qablitx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li arbitraġġ bejn il-punt ta’ referiment dinji, il-LME, jew swieq oħra u l-prezzijiet tas-SHFE huwa prattikament impossibbli u li għalhekk is-SHFE tiffunzjona f’iżolament minn swieq oħra dinjin. |
|
(96) |
Huwa nnutat li dan jikkontradixxi aċċettazzjoni tal-kumpannija tad-differenza fil-prezz bejn is-SHFE u l-LME matul il-perijodu meta l-prezz tas-SHFE kien ogħla mill-prezzijiet tal-LME bl-argument li matul dak il-perijodu ta’ żmien il-produtturi Ċiniżi ħallsu aktar għall-prodotti tal-aluminju milli ħallsu l-produtturi tal-Unjoni. |
|
(97) |
Barra minn hekk, il-kumpannija argumentat li mill-2010 s-SHFE bdiet tippermetti l-konsenja fiżika ta’ aluminju f’imħażen liberi fiż-żona ta’ kummerċ ħieles ta’ Shanghai. Isegwi li din id-dikjarazzjoni ma tikkontradixxix, iżda pjuttost tikkonferma l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konsenji fiżiċi jistgħu jsiru biss f’maħżen fir-RPĊ li jkunu approvat mis-SHFE, mhux kif isir fil-kambji internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ ssir mad-dinja kollha. |
|
(98) |
Kien argumentat ukoll li s-SHFE hija suq tal-futuri u li kuntratti tal-futuri tal-aluminju ilhom jiġu nnegozjati fis-SHFE sa mill-1991 u għalhekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li fis-SHFE ma jinbigħux derivattivi hija ħażina. |
|
(99) |
Verament li s-SHFE hija suq tal-futuri. Madankollu, kuntratti tal-futuri nnegozjati fis-SHFE jiġu saldati permezz ta’ konsenja fiżika. Derivattivi tal-prodotti mingħajr konsenja fiżika, jiġifieri mhux realment eżerċitati imma nnegozjati qabel id-data tal-konsenja tagħhom, huma limitati fir-RPĊ u għalhekk is-SHFE hija sempliċiment pjattaforma għall-iskambji fiżiċi li tiżola s-suq tal-aluminju Ċiniż. |
|
(100) |
Kien argumentat ukoll li r-raġunament tal-Kummissjoni dwar l-effetti fuq l-ipprezzar tar-roti tal-VAT/miżuri tat-taxxa u miżuri tal-inventarju marbuta mal-aluminju primarju huma ekonomikament dubjużi u mhux iġġustifikati biżżejjed. |
|
(101) |
Madankollu, billi l-kumpannija ma spjegatx liema elementi l-Kummissjoni mhux qed tqis fl-analiżi tagħha, u lanqas ma kompliet tissostanzja dan l-argument, ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tikkummenta. |
|
(102) |
Barra minn hekk, kien argumentat li hemm similaritajiet bejn il-politika industrijali fir-RPĊ u l-politiki tal-UE u li l-Kummissjoni ma wrietx li l-politika industrijali fir-RPĊ għandha impatt dirett jew sinifikanti fuq id-deċiżjonijiet tal-input, il-produzzjoni tar-roti jew operat tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tar-roti. |
|
(103) |
F’dan ir-rigward huwa nnutat li ma kienx speċifikat għal liema politiki tal-UE l-kumpannija kienet qed tirreferi, u għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tikkummenta dwar din l-allegazzjoni. Barra minn hekk, rigward id-dikjarazzjoni li ma kienx muri li l-politika industrijali tar-RPĊ għandha impatt sinifikanti fuq id-deċiżjonijiet tal-input, il-produzzjoni jew il-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tar-roti, huwa nnutat li l-eżistenza ta’ Pjan ta’ 5 snin fis-settur tal-Aluminju fir-RPĊ, id-distorsjonijiet fil-prezz tal-aluminju li jiġi nnegozjat f’Kambju iżolat meta l-aluminju jirrappreżenta 20-25 % tal-ispejjeż totali tal-produzzjoni ta’ rota, jindika rabta ċara bejn il-politika industrijali fir-RPĊ u d-deċiżjonijiet tal-input, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tar-roti. |
|
(104) |
Kien argumentat ukoll li l-Kummissjoni kisret l-iskadenza ta’ tliet xhur speċifikata fir-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li minħabba l-fatt li l-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna, il-Kummissjoni għamlet sforz addizzjonali biex tikseb aktar kooperazzjoni billi kkuntattjat għadd kbir ta’ esportaturi addizzjonali li ġew identifikati aktar tard fl-investigazzjoni. B’riżultat ta’ dan, ma kienx possibbli li ssir id-determinazzjoni tat-TES fil-perijodu stipulat. Madankollu, huwa mfakkar li l-Qorti Ġenerali (23) riċentament sabet li determinazzjoni ta’ TES li ma ssirx sal-iskadenza ta’ tliet xhur prevista fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku fiha nnifisha mhijiex biżżejjed biex twassal għal annullament ta’ regolament li jimponi miżuri antidumping. Huwa wkoll innotat li l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku sadanittant ġie emendat bl-effett li l-Kummissjoni għandha tagħmel biss determinazzjonijiet tat-TES fir-rigward tal-kumpanniji inklużi fil-kampjun u li tali determinazzjoni normalment għandha ssir fi żmien seba’ xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien xhur, wara l-ftuħ tal-investigazzjoni (24). Din l-emenda hija applikabbli għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha, inkluż din. Id-determinazzjonijiet saru fi żmien tmien xhur mid-data tal-ftuħ. |
|
(105) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argument marbut mal-ksur tal-iskadenza ta’ tliet xhur qiegħed jiġi miċħud. |
1.3. Talba tal-partijiet
|
(106) |
Parti waħda talbet illi d-dikjarazzjonijiet tat-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“TES”) tal-produtturi fir-RPĊ li ma baqgħux jesportaw lejn l-Unjoni għandhom jiġu analizzati wkoll. Ġie allegat li dawk il-produtturi waqfu jesportaw lejn l-Unjoni unikament minħabba d-dazji tal-antidumping fis-seħħ mill-2005. |
|
(107) |
F’dan ir-rigward huwa enfasizzat li s-sejbiet fir-rigward tad-dumping u l-ħsara jirrigwardaw il-perijodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“PIR”) stabbilit skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. Dan ifisser li d-data miġbura mingħand il-produtturi esportaturi bil-għan li jiġi stabbilit valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni wkoll tirrelata biss u strettament ma’ dak il-perijodu. L-analiżi tat-TES isir fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur normali tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ li mbagħad jiġi mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni matul l-istess perijodu. Jekk produttur ma esportax il-prodott konċernat matul il-PIR, l-ebda prezz tal-esportazzjoni ma jista’ jiġi stabbilit u l-ebda marġni ta’ dumping ma jista’ jiġi kkalkulat. Għalhekk, ma hemmx raġuni biex jiġi eżaminat it-TES ta’ produttur li ma esportax il-prodott konċernat matul il-PIR. Madankollu, huwa mfakkar li l-produtturi esportaturi kollha għandhom il-possibbiltà jitolbu “rieżami interim” biex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi riveduta skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku jew, dawk il-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott konċernat matul il-perijodu tal-investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri, għandhom il-possibbiltà jitolbu “rieżami għal esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tal-istess Regolament. |
|
(108) |
Barra minn hekk, fit-talba tagħha, il-parti semmiet ukoll is-Sentenza Brosmann (25) tal-Qorti u deher li kienet qed timplika li fuq dik il-bażi, produtturi fir-RPĊ għandhom jitħallew jissottomettu formola ta’ dikjarazzjoni tat-TES anki jekk dawn ma esportawx il-prodott konċernat lejn l-Unjoni matul dan il-perijodu ta’ investigazzjoni. Ta’ min jinnota li s-sentenza ma tindirizzax is-sitwazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-TES minn produtturi esportaturi li ma esportawx matul il-perijodu tal-investigazzjoni u għalhekk mhix rilevanti f’dan il-kuntest. |
|
(109) |
Għaldaqstant, din it-talba ma ntlaqatx. |
|
(110) |
Kien argumentat ukoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-kumpanniji mingħajr esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fil-PIR għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra. |
|
(111) |
F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma jimplikax pożittivament li għandu jinħadem prezz tal-esportazzjoni għall-produtturi tal-pajjiż konċernat f’każ li dawn ma esportaw l-ebda kwantità lejn l-Unjoni. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jirreferi għal prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott importat bħala bażi biex jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni, u għal aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jimplika li fil-fatt saru importazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-“kwalunkwe bażi raġonevoli” fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tirreferi għal każijiet speċifiċi fejn il-metodoloġiji preċedenti msemmija fiha ma jistgħux jiġu applikati. Dan ma jnaqqasx mill-fatt li l-Artikolu jimplika li matul il-PIR saru importazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
1.4. Konklużjoni
|
(112) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ebda grupp Ċiniż li talab TES ma seta’ juri li ssodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku. Għalhekk tqies li t-TES għandu jiġi miċħud għal dawn il-gruppi kollha. |
2. Trattament Individwali
|
(113) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 765/2012 (26), li daħal fis-seħħ fis-6 ta’ Settembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill emendaw l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 765/2012 stipula li l-emenda għandha tapplika biss għal investigazzjonijiet miftuħa wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Konsegwentement, billi l-investigazzjoni attwali nfetħet fid-9 ta’ Marzu 2012, l-emenda ma kinitx tapplika għal din l-investigazzjoni. |
|
(114) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, f’każ li jiġi stabbilit, gћal dawk il-pajjiżi li jaqgћu taћt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ћlief gћal dawk il-każijiet fejn il-kumpanniji jkunu kapaċi juru, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet tagћhom kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgћ huma determinati b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe interferenza mill-Istat ma tkunx tali li tippermetti ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi jingћataw rati differenti ta’ dazju. |
|
(115) |
It-tliet gruppi ta’ esportaturi li kooperaw li talbu t-TES talbu wkoll trattament individwali f’każ li ma jingħatawx TES. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, huwa stabbilit li t-tliet gruppi fir-RPĊ jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal trattament individwali. |
3. Valur normali
3.1. Pajjiż analogu
|
(116) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES, gћandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali maħdum f’pajjiż analogu. |
|
(117) |
Għal dan il-għan, fl-Avviż tal-ftuħ il-Kummissjoni ssuġġerixxiet il-Messiku, li kien ukoll il-pajjiż analogu użat fl-investigazzjoni preċedenti fil-każ tal-RPĊ. |
|
(118) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu previst. |
|
(119) |
Parti waħda argumentat li l-Messiku ma jirrappreżentax l-aħjar għażla ta’ pajjiż analogu, iżda li t-Tajwan kien għażla aħjar minħabba l-fatt li t-Tajwan huwa produttur ewlieni tar-roti, kellu komunalità akbar mar-RPĊ mill-Messiku u li probabbilment iwassal għal valur normali aktar affidabbli. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni ppruvat tikseb kooperazzjoni minn 15-il pajjiż, jiġifieri l-Bangladexx, il-Kanada, il-Kambodja, l-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Messiku, in-Norveġja, il-Filippini, is-Sri Lanka, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija u l-Istati Uniti. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand tliet produtturi tar-roti Messikani biss, li aċċettaw ukoll verifika tat-tweġibiet tagħhom fuq il-post tagħhom. L-ebda kumpannija oħra minn l-ebda pajjiż ikkuntattjat ma kkooperat. Dawn it-tliet produtturi kellhom bejgħ domestiku li jirrappreżenta aktar minn 30 % tas-suq Messikan, li kien stmat li kien ta’ madwar 1,7 miljun unità fl-2011. Instab li aktar minn 14-il produttur u diversi importaturi kienu joperaw f’ambjent kompetittiv. L-importazzjonijiet tar-roti fl-2011 kienu joriġinaw prinċipalment mir-RPĊ (aktar minn 60 %) u mit-Tajwan (20 %). Dawn l-importazzjonijiet jirrappreżentaw xi 5 % tas-suq domestiku (sors: rapport annwali tal-ANAFABI, l-assoċjazzjoni tal-manufatturi tar-roti). |
|
(122) |
Il-profil tas-suq tal-Messiku għall-prodott konċernat, l-għadd ta’ operaturi, il-kompetizzjoni domestika u l-karatteristiċi tal-proċess tal-produzzjoni kkonfermaw li l-Messiku kien għadu pajjiż analogu xieraq. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-suq Messikan jista’ jitqies bħala rappreżentattiv u kompetittiv. Kien konkluż li l-Messiku kien pajjiż analogu xieraq. |
3.2. Determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż analogu
|
(123) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni verifikata li waslet mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu kif tidher hawn taħt: |
|
(124) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodott konċernat kien mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Messikan. |
|
(125) |
Aktar minn hekk, ġie analizzat jekk jistax jitqies li qed jinbiegħ fil-proċess normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-PIR. |
|
(126) |
Meta l-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju ppeżat ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dan it-tip matul il-PIR, irrispettivament minn jekk il-bejgħ kienx bi profitt jew le. |
|
(127) |
Meta l-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, jew meta l-prezz medju ppeżat ta’ dan it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku reali, kalkulat bħala medja ppeżata ta’ bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss. |
|
(128) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda tip ta’ prodott fejn ma sar l-ebda bejgħ bi profitt. |
4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(129) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott konċernat kien esportat lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni realment imħallsa jew pagabbli. |
|
(130) |
F’każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur jew negozjant relatat, il-prezzijiet tal-esportazzjoni nħaddmu skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-importatur relatat lill-ewwel konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Twettqu aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż il-bejgħ, l-infiq ġenerali u amministrattivi u l-profitt. Fir-rigward tal-marġini ta’ profit, intuża l-profitt realizzat minn importatur/negozjant mhux relatat tal-prodott konċernat peress li l-profitt reali tal-importatur/negozjant relatat ma tqiesx affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur/negozjant relatat. |
|
(131) |
Kif imsemmi fil-premessi (63) u (64), Giant China rrifjutat li tipprovdi lis-servizzi tal-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-istruttura tal-grupp u informazzjoni essenzjali dwar il-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott konċernat lejn l-Unjoni fil-PIR tal-parti tal-kumpannija Jinshan Development and Construction Ltd group (‘Jinshan Group’) involuta fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat fir-RPĊ u konsegwentement, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku kien applikat fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(132) |
Giant China kontestati l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku kemm fir-rigward tar-rifjut tal-TES kif ukoll tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli għall-kalkoli tal-prezz tal-esportazzjoni. Argumenta li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping. F’dan ir-rigward, Giant China argumentat li l-informazzjoni mitluba mill-Jinshan Group li jinsab fir-RPĊ ma kinitx pertinenti għall-valutazzjoni tat-TES jew għall-kalkoli tal-prezz tal-esportazzjoni peress li kien relatat ma’ Giant China u l-kumpanniji relatati magħha (“Giant Group”) b’mod tassew indirett. |
|
(133) |
Madankollu, l-investigazzjoni konfermat li waħda mis-sussidjarji tal-Giant Group, ipproduċiet u esportat attivament il-prodott konċernat lejn l-Unjoni matul parti mill-PIR, jiġifieri Shanghai Giant & Phoenix Bicycles Co Ltd (“GP”), kienet relatata, permess ta’ ishma komuni, rabtiet strutturali u l-maniġment mal-Jinshan Group u li dan il-grupp kien involut fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat. Fin-nuqqas ta’ tweġiba għall-formola tat-talba tat-TES u għall-kwestjonarju tal-antidumping mill-parti tal-kumpanniji tal-Jinshan Group li kienu involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat fir-RPĊ, ma setax jiġi vvalutat sa liema punt il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat tal-Jinshan Group kellu impatt fuq id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni fir-rigward tal-GP u bħala konsegwenza għal Giant bħala grupp sħiħ. Barra minn hekk ma setax jiġi investigat jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku kinux issodisfati. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan ir-rigward, l-argumenti ta’ Giant China kellhom jiġu miċħuda. |
|
(134) |
Barra minn hekk, Giant China argumentat li ma hemmx bżonn li titqies l-informazzjoni dwar il-prezz relatata ma’ produtturi esportaturi oħra meta jiġi kkalkulat il-marġini individwali ta’ produttur esportatur sakemm Giant Group u Jinshan Group ma jiffurmawx entità waħda minħabba rabtiet eżistenti finanzjarji, kummerċjali u ta’ maniġment. |
|
(135) |
L-evidenza fil-fajl tappoġġja s-sejba li GP u Jinshan Group huma relatati u għandhom rabtiet mill-qrib fl-ishma, fl-istruttura u ta’ maniġment. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni kompluta dwar il-partijiet kollha relatati ma’ GP, b’mod partikolari dwar produtturi esportaturi tar-roti Ċiniżi li huma sussidjarji ta’ Jinshan Group, huwa impossibbli li jitwettqu kalkoli sħaħ u affidabbli tal-prezz tal-esportazzjoni u għalhekk li jiġi stabbiliti marġini individwali għal GP u bħala konsegwenza għal Giant Group kollu kemm hu. |
|
(136) |
Ġie argumentat ukoll li l-informazzjoni mitluba qiegħdet piż mhux raġonevoli fuq Giant China u li din għamlet ħilitha kollha fl-investigazzjoni. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-ebda evidenza ma ġiet sottomessa, ħlief kummenti għall-iżvelar definittiv, li turi li Giant China għamlet xi sforzi biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fil-formola tat-talba għat-TES u għall-kwestjonarju tal-antidumping għall-parti tal-kumpanniji ta’ Jinshan Group, involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott konċernat. Matul l-investigazzjoni Giant China argumentat li ma kienx hemm bżonn tipprovdi l-informazzjoni mitluba iżda ma argumentatx li l-ksib ta’ din l-informazzjoni kien piż mhux raġonevoli. Giant China ressqet evidenza tal-isforzi allegati biss wara l-iżvelar finali, fi stadju fejn dik l-informazzjoni ma kinitx verifikabbli. Għalhekk ma setgħetx titqies aktar. |
|
(137) |
Giant China argumentat li fi kwalunkwe każ ma kienx hemm riskju ta’ ċirkomvenzjoni ta’ xi miżuri tal-antidumping potenzjali billi, pereżempju, il-produzzjoni tiġi spostata bejn iż-żewġ gruppi għax GP, l-unika rabta bejn iż-żewġ gruppi, waqqfet l-operazzjonijiet kollha f’Settembru 2011. F’dan ir-rigward, wieħed għandu jinnota li fi tmiem il-PIR, GP kienet għadha teżisti bħala entità kif konfermat ukoll minn Giant China. Għaldaqstant, l-attività ta’ produzzjoni setgħet terġa’ tibda fi kwalunkwe mument fil-ġejjieni u l-fatt li GP allegatament waqqfet l-operazzjonijiet kollha f’Settembru 2011 mhuwiex rilevanti. Barra minn hekk, Giant China argumentat li r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni seta’ jiġi indirizzat b’mod differenti jiġifieri bil-klawżola ta’ monitoraġġ imsemmi fil-premessi (276) u (277) iktar ‘l isfel. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-klawżola ta’ monitoraġġ tapplika biss għal kumpanniji mhux relatati, b’hekk ir-riskji involuti mhumiex ta’ natura simili u ma setgħux jiġu applikati l-istess rimedji. |
|
(138) |
Barra minn hekk, Giant China argumentat li kien messu sar l-kontroll fuq il-post fil-bini ta’ GP fir-RPĊ sabiex jiġu kkontrollati l-attivitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ GP wara ta’ Settembru 2011. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li ma kienx meqjus rilevanti jekk GP waqqfietx l-attivitajiet tagħha wara Settembru 2011. Tabilħaqq, anki jekk dan kien il-każ, GP setgħet reġgħet bdiet il-produzzjoni tar-roti u l-attivitajiet ta’ bejgħ tagħha f’kwalunkwe ħin u kontroll fuq il-post ma kienx ser inaqqas dan ir-riskju. |
|
(139) |
Barra minn hekk, Giant China sottomettiet xi evidenza li turi li l-ishma ta’ Gaint Group f’GP nbiegħu fit-30 ta’ Marzu 2013. Madankollu, għandu jiġi nnutat li din it-tranżazzjoni seħħet wara l-PIR u flimkien mal-istadju avvanzat tal-investigazzjoni, din l-informazzjoni ma tistax tiġi vverifikata u lanqas mhi pertinenti fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni. F’dan ir-rigward, jekk Giant titlob rieżami tas-sitwazzjoni tagħha wara l-bejgħ tal-ishma, dan jista’ jiġi kkunsidrat fiż-żmien dovut skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |
|
(140) |
Fl-istess sottomissjoni Giant China pprovduti kjarifiki oħra għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, ma kinux tali li jbiddlu l-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni. |
|
(141) |
Għalhekk, is-sejbiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Gaint Group huma kkonfermati. |
5. Paragun
|
(142) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti, fejn kien xieraq, għal taxxi indiretti, skontijiet, livell ta’ kummerċ, trasport, assigurazzjoni, spejjeż tal-maniġġ u anċillari, ippakkjar, kreditu, imposti u kummissjonijiet bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, preċiżi u sostnuti b’evidenza. |
6. Marġini ta’ dumping
6.1. Għall-produtturi esportaturi li kooperaw
|
(143) |
Għat-tliet kumpanniji li kooperaw, il-marġinijiet tad-dumping ġew stabbiliti billi tqabbel il-valur normali medju ppeżat stabbilit għall-produtturi Messikani li kooperaw mal-prezz tal-esportazzjoni medju ppeżat ta’ kull kumpannija lejn l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. |
|
(144) |
Il-marġinijiet tad-dumping, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:
|
6.2. Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha
|
(145) |
Jekk wieħed iqis li l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet baxxa ħafna kif intqal fil-premessi (22) u (24), is-sejbiet għall-kumpanniji li kooperaw ma jistgħux jitqiesu rappreżentattivi għall-pajjiż. Għalhekk, il-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ ma jistax jiġi revedut. |
|
(146) |
Għaldaqstant, il-marġini tad-dumping għall-pajjiż qiegħda b’dan tiżamm l-istess kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, jiġifieri 48,5 %. |
D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
Produzzjoni tal-Unjoni u industrija tal-Unjoni
|
(147) |
Il-prodott simili huwa stmat li jiġi mmanifatturat minn madwar 380 produttur magħruf fl-Unjoni. Barra minn hekk, ippreżentaw ruħhom sitt assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(148) |
Intużat l-informazzjoni disponibbli kollha, inkluża data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll l-istatistika tal-produzzjoni disponibbli għand il-Kummissjoni biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali fil-Unjoni, li ammontat għal madwar 11-il miljun rota fil-PIR. |
|
(149) |
Il-produtturi tal-Unjoni li jgħoddu għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”. |
|
(150) |
Kif indikat hawn fuq, minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li kooperaw intgħażel kampjun ta’ tmien produtturi mill-Unjoni, li jirrappreżenta madwar 25 % tal-produzzjoni u l-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fil-PIR. Il-produtturi kollha fil-kampjun tal-Unjoni kienu jibbenefikaw mill-iskema ta’ eżenzjoni deskritta fil-premessa (1) aktar ‘il fuq. |
E. SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI
1. Konsum tal-Unjoni
|
(151) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġie vvalutat abbażi tad-data miġbura mill-produtturi fit-tweġibatal-formoli tat-teħid tal-kampjun u d-data miġbura mid-diversi assoċjazzjonijiet tal-produtturi tar-roti fl-Unjoni. |
|
(152) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-bejgħ tal-industrija kollha tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, kif stmat fil-premessa (151), flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha, kif rappurtat mill-Eurostat. |
|
(153) |
Il-konsum totali tal-Unjoni naqas minn 22 459 062 unità fl-2008 għal 20 116 602 unità fil-PIR, jiġifieri b’10 % matul il-perijodu kunsidrat. Dan huwa prinċipalment riżultat ta’ tnaqqis ta’ 8 % bejn l-2008 u l-2009, filwaqt li wara dan il-konsum baqa’ stabbli u naqas biss bi ftit fil-PIR (bi 2 %). Fl-2009, is-suq kien partikolarment influwenzat mill-impatt tal-kriżi ekonomika u baqa’ ma rkuprax. Tnaqqis ulterjuri fl-2011 kien prinċipalment ikkawżat mill-fatt li fil-klima ekonomika attwali l-infiq tal-konsumaturi baqa’ kawt. Tabella 1 Konsum
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Importazzjonijiet mir-RPĊ
2.1. Il-volumi ta’ importazzjonijiet iddampjati u s-sehem tas-suq tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ
|
(154) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fir-RPĊ ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni statistika pprovduta mill-Eurostat. Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas drastikament bejn l-2008 u l-2009 minn 941 522 unità għal 597 339 unità rispettivament, jiġifieri bi 37 %. Fl-2010 l-importazzjonijiet kienu qegħdin jiżdiedu, iżda fil-PIR reġgħu naqsu fejn laħqu 581 459 unità. It-tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi jikkoinċidi mal-kriżi ekonomika u minn dak iż-żmien baqa’ ma rkuprax. Kumplessivament, l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu bi 38 % matul il-perijodu kunsidrat. |
|
(155) |
Is-sehem Ċiniż mis-suq għalhekk naqas minn 4,2 % fl-2008 għal 2,9 % fil-PIR. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq kien parzjalment paċut bit-tnaqqis tal-konsum fl-Unjoni. |
|
(156) |
Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li s-sehem relattivament baxx u li għadu qed jonqos mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi irid jitqies fil-kuntest tas-sejbiet fl-investigazzjoni ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni parallela fis-seħħ imsemmija fil-premessi (14) u (15) (ara l-premessi (223) u (224)). Tabella 2 Importazzjonijiet mir-RPĊ
|
|||||||||||||||||||||||||||
3. Prezzijiet tal-importazzjonijiet konċernati
3.1. Evoluzzjoni tal-prezzijiet
|
(157) |
Kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, id-data tal-Eurostat setgħet tintuża biss sa ċertu punt biex ikunu stabbiliti x-xejriet tal-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati għall-perijodu bejn l-2008 u l-PIR għar-raġunijiet li ġejjin: |
|
(158) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni bbażati fuq id-data tal-Eurostat ma jikkunsidrawx it-tipi varji tal-prodott u d-differenzi sostanzjali tal-prezzijiet fost it-tipi varji tal-prodott konċernat. Il-prezzijiet medji għal kull pajjiż huma influwenzati sewwa mit-taħlita tal-prodott ta’ kull pajjiż. Barra minn dan, meta jsir tqabbil mudell b’mudell tal-importazzjonijiet minn esportaturi li kooperaw, jinstab li jeżistu differenzi sostanzjali fil-prezz li jiddependu fuq il-komponenti tar-roti anke fl-istess tipi u mudelli tal-istess prodott. Għalhekk, il-prezzijiet misjuba fl-Eurostat xorta waħda mhumiex konklużivi għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Eurostat għall-RPĊ, minn hawn ‘il quddiem indikati b’indiċi, jistgħu jservu biss ta’ indikatur tax-xejriet tal-prezzijiet iżda mhumiex utli meta jitqabblu l-prezzijiet tal-bejgħ bejn diversi pajjiżi u l-Unjoni. |
|
(159) |
Skont id-data tal-Eurostat, il-medja ppeżata tal-prezzijiet ta’ importazzjoni, minn issa ‘l quddiem indikati b’indiċi, mir-RPĊ żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perijodu meqjus kif jidher fit-Tabella 3. Madankollu, mingħajr ma jkun magħruf it-tip ta’ roti li kienu importati mir-RPĊ u jekk kienx hemm kwalunkwe bidla fit-taħlita tal-prodott minn sena għall-oħra, ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni. Tabella 3 Prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
||||||||||||||||||||||
3.2. Twaqqigħ tal-prezz
|
(160) |
It-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kooperaw li nstabu li qed iwettqu dumping ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezz reali verifikat tal-esportazzjoni tagħhom (CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni), kemm bid-dazju tal-antidumping kif ukoll mingħajru. Il-prezzijiet rilevanti tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu dawk għall-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, aġġustati fejn meħtieġ għal-livell ex-works. Matul il-PIR, abbażi tat-tipi differenti tal-prodott definiti fil-kwestjonarju, instab twaqqigħ għal wieħed biss mill-produtturi esportaturi li ammonta għal 61 % mingħajr id-dazju tal-antidumping u għal 44 % bid-dazju tal-antidumping. |
|
(161) |
Minħabba li l-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna u s-sejbiet għall-kumpanniji li kkooperaw ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-pajjiż, kif ukoll il-fatt li l-prezz medju tal-Eurostat ma setax jitqies konklussiv, kien ikkunsidrat li l-livelli ta’ twaqqigħ fil-prezz kif stabbilit matul l-aħħar rieżami tal-iskadenza mwettaq mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 imsemmi fil-premessa għandu jitqies bħala referenza meta jiġi stabbilit it-twaqqigħ għall-pajjiż kollu għar-RPĊ, billi ma kinitx disponibbli informazzjoni affidabbli oħra, jiġifieri 53 % wara t-tnaqqis tad-dazju tal-antidumping u 39 % bid-dazju. |
4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(162) |
Kif indikat fil-premessi (8), (9), u (10), din l-investigazzjoni analizzat jekk kienx hemm tibdil fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li jiġġustifika l-ħtieġa li jiġu vvalutati mill-ġdid is-sejbiet tal-ħsara tar-rieżami interim li jemenda. L-investigazzjoni konfermat li: (i) Minħabba x-xejra globali, il-produzzjoni tar-roti fl-Unjoni tikkonsisti primarjament f’xogħol intensiv ta’ mmuntar ta’ komponenti tar-roti li huma ddisinjati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumaturi u mixtrija minn postijiet differenti. (ii) Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni l-investigazzjoni wriet sforz kontinwu mill-industrija tal-Unjoni li tawtomatizza u tirrazzjonalizza l-proċess tal-immuntar. Barra minn hekk, xi produtturi tal-Unjoni bbenefikaw minn kost tax-xogħol relattivament orħos fiċ-Ċentru u l-Lvant tal-Ewropa meta mqabbel mal-perijodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami interim li jemenda. L-istatistika tal-produzzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tikkonferma din ix-xejra. (iii) L-investigazzjoni konfermat il-preferenza għal-liga tal-aluminju bħala materja prima, filwaqt li l-azzar baqa’ l-materja prima ewlenija għall-mudelli fin-naħa t’isfel tal-ispettru u għar-roti tat-tfal. Fid-dawl ta’ dawn il-bidliet is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ġiet eżaminata kif deskritt hawn taħt. |
|
(163) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(164) |
Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti kif ġej:
|
Indikaturi makroekonomiċi
(a)
|
(165) |
Matul il-perijodu kunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset kontinwament u b’pass aktar mgħaġġel mill-konsum tal-Unjoni kif muri aktar ‘il fuq fit-tabella nru 1 fil-premessa (153). Għalhekk, il-produzzjoni naqset minn 13 541 244 unità fl-2008 għal 11 026 646 unità fil-PIR, li jirrifletti tnaqqis ta’ 19 %. Tabella 4 Produzzjoni totali tal-Unjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(166) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’5 % bejn l-2008 u l-PIR, li paċa parzjalment l-impatt tat-tnaqqis ta’ 19 % tal-produzzjoni fuq ir-rata tal-użu tal-kapaċità. Din tal-aħħar naqset b’14-il punt perċentwali matul l-istess perijodu, u laħqet 74 % fil-PIR. Tabella 5 Kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b)
|
(167) |
Kumplessivament, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’mod simili bħall-konsum fl-Unjoni, bi tnaqqis ta’ 9 % matul il-perijodu kunsidrat, minn 12 441 446 unità fl-2008 għal 11 276 240 unità fil-PIR. Bejn l-2009 u l-2010 madankollu, il-bejgħ kompla jonqos filwaqt li l-konsum baqa’ stabbli, u dan ġie rifless fit-telf mis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni fl-2010 kif jidher hawn taħt fit-Tabella 7 fil-premessa (168) aktar ‘l isfel. Fil-PIR il-volumi tal-bejgħ reġgħu żdiedu imma ma laħqux il-livell tagħhom tal-2008. Tabella 6 Bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||
(c)
|
(168) |
Is-sehem mis-suq li kellha l-industrija tal-Unjoni żdied minn 55,4 % fl-2008 għal 56,1 % fil-PIR, jiġifieri żieda ta’ 0,7 punti perċentwali matul il-PIR. Dan it-titjib żgħir ta’ 0,7 punti perċentwali matul il-perijodu kunsidrat inkluda tnaqqis sinifikanti minn 56,4 % fl-2009 għal 52,9 % fl-2010. Iż-żieda kumplessiva tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, fl-isfond ta’ volumi tal-bejgħ li qed jonqsu (ara l-premessa (167)), tista’ tiġi spjegata mit-tnaqqis kumplessiv fil-konsum (ara l-premessa (153)). Tabella 7 Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||
(d)
|
(169) |
L-impjiegi diretti naqsu bi 17 %, minn 14 197 impjegat fl-2008 għal 11 783 matul il-PIR. Dan it-tnaqqis segwa t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. |
|
(170) |
Kumplessivament, il-produzzjoni naqset bi 2 % matul il-perijodu kunsidrat. It-tnaqqis fil-produzzjoni bejn l-2008 u l-2009 flimkien mal-impjiegi kostanti matul l-istess perijodu kkawża tnaqqis fil-produttività bejn l-2008 u l-2009. Dan kien segwit b’żieda fil-produttività bejn l-2009 u l-2010, li tista’ tiġi spjegata mir-ristrutturar tal-industrija u l-investimenti fi proċessi tal-produzzjoni aktar effiċjenti matul l-istess perijodu. Aktar tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fil-PIR flimkien ma’ tnaqqis inqas sostanzjali fl-impjiegi rriżulta fi tnaqqis ieħor fil-produttività fil-PIR. Tabella 8 Impjieg u produttività totali tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
(e)
|
(171) |
Matul il-perijodu kunsidrat il-konsum naqas b’10 %. Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament kostanti (b’żieda żgħira biss, jiġifieri bi + 0,7 punti perċentwali matul il-perijodu kunsidrat kif jidher fil-premessa (168)). It-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-Unjoni jindika li l-produtturi tal-Unjoni ma kellhom l-opportunità jibbenefikaw mill-ebda tkabbir. |
(f)
|
(172) |
Id-dumping mir-RPĊ kompla matul il-PIR kif spjegat fil-premessi (143) sa (145). Minħabba l-kapaċità żejda kbira fir-RPĊ (ara l-premessa (203)) u ċ-ċirkomvenzjoni li ġiet stabbilita (ara l-premessi (223) u (224)), l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli. |
(g)
|
(173) |
Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni rkupratx mill-effetti ta’ dumping fil-passat. Ġie konkluż li l-irkupru mistenni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi ma seħħx kif jidher, b’mod partikolari, mill-profittabbiltà persistentement baxxa u t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità. L-irkupru tal-industrija tal-Unjoni ġie wkoll imfixkel minn prassi ta’ ċirkomvenzjoni li ġew stabbiliti (ara l-premessa (223) u (224)). |
Indikaturi mikroekonomiċi
(h)
|
(174) |
L-istokkijiet tar-roti għall-produtturi tal-Unjoni kienu ta’ 517 977 unità sa tmiem il-PIR, ġeneralment stabbli f’relazzjoni mal-livell tagħhom fl-2008 minkejja tnaqqis ta’ 25 % bejn l-2008 u l-2009. |
|
(175) |
Xi produtturi tal-Unjoni kellhom livelli ta’ stokkijiet limitati ħafna minħabba li kienu qed ibigħu l-produzzjoni kollha tagħhom lil kumpanniji relatati fil-grupp rispettiv tagħhom. Barra minn hekk, instab li l-produtturi tal-Unjoni jipproduċu l-aktar fuq ordnijiet tal-konsumaturi. L-iżvilupp tal-istokkijiet matul il-perijodu kunsidrat kien mgħawweġ minn dawn il-fatturi kollha u għalhekk dan l-indikatur ma jistax jitqies li huwa affidabbli. Tabella 9 Stokkijiet
|
|||||||||||||||||||||||||||
(i)
|
(176) |
Il-medja tal-prezz tal-bejgħ ex-works fl-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perijodu kunsidrat minkejja żieda ta’ 3 % bejn l-2008 u l-2009. Il-prezz tal-bejgħ fil-PIR reġa’ naqas għal-livell tal-2008. Tabella 10 Prezz tal-bejgћ ta’ unità fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||
|
(177) |
L-ispejjeż tal-produzzjoni ġew ikkalkolati abbażi tal-medja ppeżata tat-tipi kollha tal-prodott simili prodott mill-produtturi fl-Unjoni. Il-kost tal-produzzjoni żdiedet ftit bi 2 % matul il-perijodu meqjus kif jidher fit-Tabella 11 iktar ‘l isfel. Tabella 11 Spiża tal-produzzjoni ta’ unità
|
||||||||||||||||||||||
(j)
|
(178) |
Il-livelli ta’ profittabbiltà kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati. L-industrija tal-Unjoni kienet kważi f’sitwazzjoni ta’ punt ta’ ekwilibriju bejn l-2010 u l-PIR. Kumplessivament, il-profitabbiltà ddeterjorat matul il-perijodu kkunsidrat, u wriet tnaqqis minn 1,9 % fl-2008 għal -0,1 % fil-PIR. Tabella 12 Profittabbiltà
|
||||||||||||||||||||||
(k)
|
(179) |
L-investimenti żdiedu b’mod sinifikanti b’16 % matul il-perijodu kunsidrat, minn EUR 7 952 150 fl-2008 għal EUR 9 263 184 matul il-PIR. Dan jirrifletti l-isforzi kontinwi tal-industrija tal-Unjoni biex iżżid l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni u tibqa’ kompetittiva. |
|
(180) |
Ir-redditu fuq l-investiment segwa xejra simili bħal dik tal-profitabbiltà. Fl-2008 ir-redditu mill-investiment kien pożittiv (14 %) iżda naqas għal -1 % matul il-PIR. Tabella 13 Investimenti u Redditu mill-Investiment
|
|||||||||||||||||||||||||||
(l)
|
(181) |
Il-fluss tal-flus segwa żvilupp simili bħall-profitabbiltà iżda baqa’ pożittiv matul il-perijodu kunsidrat. Jinsab espress fit-Tabella 14 aktar ‘l isfel bħala perċentwali tal-fatturat. |
|
(182) |
Il-produtturi tal-Unjoni li kienu parti minn gruppi ikbar biss ma rrappurtaw l-ebda problemi partikolari biex jiġbru kapital. Il-produtturi tal-Unjoni li ma kinux parti minn gruppi ikbar irrapportaw pressjoni akbar fuq is-sitwazzjoni tal-flus tagħhom marbuta mal-profittabbiltà baxxa u d-deterjorament tat-termini kummerċjali kemm tal-fornituri kif ukoll tal-konsumaturi. Il-kapaċità li jinġabar kapital kienet kompromessa aktar mir-riluttanza tal-banek li jiffinanzjaw is-suq tar-roti fil-klima ekonomika attwali. Tabella 14 Fluss tal-flus
|
||||||||||||||||||||||
(m)
|
(183) |
Matul il-perijodu kunsidrat, l-ispiża tal-pagi għal kull impjegat baqgħet ġeneralment stabbli, b’żieda biss fl-2009. Dan huwa dovut l-aktar għall-impatt tat-tnaqqis tal-persunal mill-bilanċ tas-salarji tal-kumpanniji filwaqt li żammew l-impjegati mħarrġa biex iżommu l-effiċjenza u l-kwalità. Tabella 15 Pagi
|
||||||||||||||||||||||
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(184) |
Minkejja l-miżuri fis-seħħ, il-maġġoranza tal-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar matul il-perijodu kunsidrat. B’mod partikolari, l-indikaturi makroekonomiċi bħall-volumi tal-produzzjoni (-19 %), il-kapaċità ta’ produzzjoni (-5 %), ir-rata tal-użu tal-kapaċità (-14 %) u l-impjiegi (-17 %) naqsu konsiderevolment. Barra minn hekk, l-indikaturi mikroekonomiċi relatati mal-profitt naqsu matul il-perijodu kunsidrat, b’profittabbiltà ta’ -0,1 % fil-PIR. |
|
(185) |
Dan ta’ hawn fuq juri li l-industrija tal-Unjoni baqgħet f’sitwazzjoni fraġli, bi profitti dejjem jonqsu u qrib sitwazzjoni ta’ punt ta’ ekwilibriju fl-2010 u l-PIR. Barra minn hekk, kwalunkwe possibbiltà ta’ aktar tkabbir u profitti ġiet mhedda mill-pressjoni tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ u minn importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni (ara l-premessi (223) u (224)). |
|
(186) |
Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u saħansitra żżid kemxejn is-sehem tagħha fis-suq f’suq li qiegħed jiċkien. Iż-żieda fl-investimenti matul il-perijodu kunsidrat (+ 16 %) turi l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tibqa’ kompetittiva. Dan flimkien mal-aħħar innovazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni deskritti fil-premessa (248) aktar ‘l isfel juri l-vitalità sottostanti u l-vijabbiltà ekonomika tagħha. |
|
(187) |
Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-industrija tal-Unjoni kompliet iġġarrab ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku u baqgħet f’sitwazzjoni vulnerabbli. |
|
(188) |
Wara l-iżvelar, xi partijiet argumentaw, billi semmew il-każ tal-Preserved Mandarins (27), li l-Kummissjoni kienet obbligata tieħu passi biex tirrimedja n-nuqqas ta’ ċerta informazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u meta naqset milli tagħmel hekk il-Kummissjoni kisret l-obbligi proċedurali tagħha skont ir-Regolament bażiku. Aktar minn hekk il-partijiet issuġġerew li tintuża l-istatistika Ċiniża tal-esportazzjoni, li tikkategorizza it-tipi ewlenien ta’ roti esportati lejn is-suq tal-UE mhux bħall-Eurostat, jew biex l-awtoritajiet dogonali nazzjonali tal-ikbar Stati Membri importaturi skont l-Artikolu 6(3) jew (4) tar-Regolament bażiku jintalbu jwettqu analiżi tat-tipi differenti importati mir-RPĊ. |
|
(189) |
Kif imsemmi fil-premessi (19) u (20) il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-assoċjazzjoni tal-produtturi Ċiniżi u lir-rappreżentanti tal-pajjiż konċernat dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkuntattjat madwar 70 kumpannija Ċiniża li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu diġà jafu bihom mill-investigazzjoni preċedenti u fi stadju aktar tard, meta bdiet l-investigazzjoni kontra s-sussidji msemmija fil-premessa (16), il-Kummissjoni identifikat madwar 300 produttur esportatur Ċiniżi addizzjonali li wkoll ġew ikkuntattjati fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami interim. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-pajjiż konċernat kienu nnotifikati waqt il-ftuħ tal-investigazzjoni li fil-każ li ma jkunx hemm kooperazzjoni suffiċjenti min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Kien enfasizzat li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun inqas vantaġġjuża għall-parti konċernata. |
|
(190) |
Fil-kawża tal-Preserved Mandarins l-element analizzat mill-Qorti kien il-grad tal-isforzi li l-Kummissjoni għandha tagħmel biex tikseb informazzjoni pertinenti dwar il-kalkolu tal-valur normali bbażat fuq il-prezz jew il-valur maħdum mill-produtturi domestiċi f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq billi tfittex kooperazzjoni minn swieq potenzjalment analogi identifikati. |
|
(191) |
Fl-investigazzjoni attwali, in-nuqqas ta’ informazzjoni huwa minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni estensiva mill-partijiet li huma realment soġġetti għall-investigazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa 186 il-partijiet ġew ripetutament mistiedna jikkooperaw imma ma għamlux hekk. Għalhekk, bil-kontra tal-kawża tal-Preserved Mandarins il-Kummissjoni b’mod attiv u ripetutament fittxet kooperazzjoni mingħand il-partijiet konċernati. Il-parallel bejn il-kawża tal-Preserved Mandarins u l-investigazzjoni attwali għalhekk mhuwiex sostanzjat. |
|
(192) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-utilità tas-sorsi l-oħra, inkluża l-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża. Ġie konkluż li sorsi alternattivi ma kinux xieraq għal din l-investigazzjoni minħabba l-fatt li l-livell ta’ dettalji ma kienx biżżejjed biex jippermettu kalkoli ta’ marġinijiet ġodda. Barra minn hekk, l-istatistika Ċiniża kienet ukoll inkumpatibbli mal-istatistika tal-Eurostat u kienet turi, pereżempju livell ta’ importazzjonijiet sinifikattivament ogħla minn dak rapportat fl-Eurostat. Is-sorsi alternattivi proposti għalhekk ma setgħux jintużaw. Xi partijiet issuġġerew ukoll li l-Kummissjoni tfittex kooperazzjoni mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-akbar Stati Membri biex twettaq analiżi tal-kategoriji differenti tal-prodott importati mir-RPĊ. Bi tweġiba għal dan l-argument, huwa meqjus li apparti l-impossibbiltà prattika, anki jekk kieku din id-data nġabret, ma setgħetx tissupplimenta l-laguna fl-informazzjoni kkawżata min-nuqqas ta’ kooperazzjoni. Dan għaliex, b’mod partikolari, il-livell tal-analiżi meħtieġ ma setax jiġi sempliċiment ibbażat fuq il-fatturi, li ma fihomx deskrizzjoni tat-tip ta’ prodott fil-livell ta’ dettall neċessarju għall-komparabbiltà sinifikanti tat-tip ta’ prodott. |
|
(193) |
Bosta partijiet argumentaw ukoll li l-Kummissjoni ma għamlitx analiżi tat-taħlita tal-prodott tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, sabiex tagħmel paragun ġust tal-importazzjonijiet ma’ roti prodotti fl-Unjoni għall-finijiet li jsir paragun oġġettiv u ġust fid-determinazzjoni tagħha tal-ħsara tat-twaqqigħ tal-prezz. Barra dan il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni semmiet iċ-ċifra tat-twaqqigħ tal-prezz determinata fl-investigazzjoni preċedenti msemmija fil-Premessa (5) li kienet ġiet ikkalkulata b’referenza għall-prezzijiet medji mill-Eurostat, mingħajr ma kienet magħrufa l-kompożizzjoni reali tal-importazzjonijiet. Barra minn hekk kien argumentat li l-Kummissjoni ma għamlitx sforz biex tiddetermina jekk il-prodotti importati kinux fil-fatt komparabbli mar-roti prodott fl-Unjoni u, għalhekk, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tal-Kummissjoni fir-rigward tal-produtturi li ma kooperawx hija difettuża. Għal dawn ir-raġunijiet, il-partijiet argumentaw li irid ukoll jiġi konkluż li l-Kummissjoni kienet naqset milli tagħmel valutazzjoni oġġettiva u spjegazzjoni adegwata dwar id-determinazzjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni għadha tbati ħsara materjali. |
|
(194) |
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li kif imsemmi fil-premessa (160) li t-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kooperaw li nstabu li qed iwettqu d-dumping ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni reali verifikat tagħhom (CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni), kemm bid-dazju tal-antidumping, kif ukoll mingħajru, meta wieħed iqis it-taħlita tal-prodott tal-esportazzjonijiet tagħhom matul il-PIR. Madankollu, peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw kienu ftit wisq u, konsegwentement, is-sejbiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li koperaw ma setgħux jitqiesu rappreżentattivi tar-RPĊ kollha kif imsemmi fil-premessa (145), il-livelli tat-twaqqigħ tal-prezz kif stabbiliti fir-rieżami interim li temenda imsemmi fil-premessa (3) ma setgħux jiġi mmodifikati. |
|
(195) |
Fid-dawl tan-nuqqas estensiv ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni kellha tiddependi fuq il-fatti disponibbli għad-determinazzjoni tad-dumping, it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-livelli tal-eliminazzjoni tal-ħsara għall-pajjiż kollu. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni qieset sorsi alternattivi ta’ informazzjoni li għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (192) sa (194) aktar ‘il fuq ma setgħux jintużaw. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ sejbiet kontradittorji, il-livelli tad-dumping għall-pajjiż kollu, it-twaqqiegħ tal-prezzijiet u l-eliminazzjoni tal-ħsara stabbiliti fir-rieżami interim li jamenda msemmi fil-premessa (3) ittieħdu bħala referenza għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(196) |
Huwa kkonfermat li għall-kuntrarju tal-argument tal-partijiet il-livelli ta’ referenza użati kienu dawk stabbiliti matul ir-rieażmi tal-iskadenza mwettaq bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 imsemmi fil-premessa (3) u mhux dawk stabbiliti fir-rieżami tal-iskadenza mwettaq mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011. |
|
(197) |
Barra minn hekk, kien argumentat li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-iżbalji doganali nazzjonali preteżi li jimpedixxu paragun ġust tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi. Huwa mfakkar li l-ebda paragun tal-prezz sinifikanti ma seta’ jitwettaq fl-investigazzjoni attwali minħabba n-nuqqas estensiv ta’ kooperazzjoni, għalhekk, taħt dawn iċ-ċirkostanzi, l-argument tqies irrilevanti. |
F. NATURA DEWWIEMA TA’ ĊIRKUSTANZI MIBDULA U PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING U ĦSARA
1. Dumping
|
(198) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kien analizzat jekk iċ-ċirkostanzi rigward id-dumping u l-ħsara nbiddlux sinifikattivament, u jekk din il-bidla jistax raġonevolment jingħadd li hija ta’ natura dewwiema. |
|
(199) |
It-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw ġew soġġetti għar-rata ta’ dazju reżidwu fl-investigazzjoni preċedenti filwaqt li fl-investigazzjoni attwali ġew ikkalkulati rati ta’ dazju individwali għalihom. Kif imsemmi fil-premessi (113) u (115), it-tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ issodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal trattament individwali. Ma kien hemm l-ebda informazzjoni fil-fajl li turi li s-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi li kooperaw konċernati tista’ tinbidel fil-futur prevedibbli. |
|
(200) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li s-sistema Ċiniża tal-kwoti tal-esportazzjoni applikabbli matul ir-rieżami interim li jemenda ġiet abolita mill-Gvern tar-RPĊ u x’aktarx mhux se tiġi riinstallata, b’mod partikolari wkoll minħabba li l-politiki tal-gvern għas-settur tar-roti huma orjentati lejn l-esportazzjoni kif indirizzati fil-premessa (203). Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-imġiba tal-prezz tal-esportazzjoni ta’ dawn it-tliet kumpanniji se tinbidel b’mod sinifikanti fil-futur prevedibbli. |
|
(201) |
Għalhekk, huwa meqjus li ċ-ċirkostanzi mibdula li wasslu għall-marġinijiet tad-dumping ikkalkolati għat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw huma ta’ natura dewwiema. |
|
(202) |
Rigward id-dazju għall-pajjiż kollu għar-RPĊ, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda ċirkostanza mibdula u huwa propost li jinżamm l-istess livell ta’ dazju kif stabbilit matul ir-rieżami interim li jemenda. |
|
(203) |
Ġie eżaminat ukoll jekk it-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżura għadhiex aktar meħtieġa biex jiġi paċut id-dumping. Skont l-Assoċjazzjoni Ċiniża tar-Roti, il-produzzjoni totali ta’ roti mill-RPĊ laħqet it-83,45 miljun unità fl-2011, żieda ta’ 2,3 % meta mqabbel mal-2010. Barra minn hekk, l-industrija tar-roti Ċiniża baqgħet orjentata lejn l-esportazzjoni. Għalhekk fl-2011, ir-RPĊ esportat 55,72 miljun rota jew 67 % tal-produzzjoni totali, tnaqqis ta’ 4,2 % mill-2010. Il-bejgħ domestiku kien madwar 23,73 miljun unità fl-2011. L-aktar reġjun importanti ta’ produzzjoni fir-RPĊ huwa Tianjin li produċa madwar nofs il-produzzjoni totali fl-2011. Skont il-Pjan tal-Muniċipju ta’ Tianjin għall-Iżvilupp tal-Industrija tat-Tessuti u l-Industrija Leġġera għat-12-il pjan ta’ ħames snin, f’din iż-żona qed jiġu żviluppati oqsma industrijali ġodda speċjalizzati fil-produzzjoni tar-roti. Minn dan isegwi li sal-2015 il-kapaċità tal-produzzjoni tar-roti fiż-żona ta’ Tianjin hija stmata li tlaħħaq il-55 miljun rota, żieda ta’ 44 % meta mqabbla mal-2011 filwaqt li madwar nofs il-produzzjoni se tkun għall-esportazzjoni (iżjed mill-konsum totali ta’ roti fl-Unjoni fil-PIR). |
|
(204) |
Barra minn hekk, it-tliet kumpanniji li kooperaw irrappurtaw rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ bejn 72 % u 81 % matul il-PIR. Permezz tal-estrapolazzjoni, nistgħu nistmaw kapaċità żejda tal-industrija Ċiniża ta’ aktar minn 25 miljun rota, li hija aktar mid-doppju tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR u 24 % ogħla mill-konsum totali tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba li l-produzzjoni tar-roti tirrikjedi ħafna ħaddiema, jidher li minħabba forza tax-xogħol sinifikattivament irħisa disponibbli fir-RPĊ, il-produtturi Ċiniżi huma kapaċi jibnu kapaċità ġdida pjuttost malajr. |
|
(205) |
Barra minn hekk, f’termini ta’ volum, is-suq tal-Unjoni huwa t-tieni l-akbar fid-dinja, wara s-suq Ċiniż u dan jagħmel lill-Unjoni attraenti ħafna f’termini ta’ potenzjal ta’ domanda. |
|
(206) |
Is-sejbiet fl-investigazzjoni ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni (ara l-premessa (14)(14)) tikkonferma li s-suq tal-Unjoni għadu suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u li fin-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jerġgħu jimmiraw volumi sinifikanti lejn l-Unjoni. |
|
(207) |
Barra minn hekk, swieq tal-esportazzjoni importanti potenzjali oħra għar-RPĊ għandhom fis-seħħ miżuri tal-antidumping (il-Kanada (28)) li qed inaqqsu l-potenzjal tas-swieq ta’ pajjiżi terzi disponibbli għall-esportazzjonijiet Ċiniżi mingħajr dazji. |
|
(208) |
Huwa mfakkar li fl-imgħoddi l-Istati Uniti kellhom produzzjoni domestika tar-roti u kellhom dazji tal-antidumping fis-seħħ kontra l-RPĊ. Madankollu, wara li d-dazji tal-antidumping ġew revokati fl-aħħar tad-disgħinijiet (90s), fis-suq tal-Istati Uniti daħlu importazzjonijiet Ċiniżi b’mod massiv. Il-produzzjoni domestika kważi spiċċat għal kollox fis-snin ta’ wara. Fl-2011 ġie stmat li 99 % tar-roti mibjugħa fl-Istati Uniti kienu importati; 93 % mir-RPĊ u 6 % mit-Tajwan. Il-produzzjoni domestika tar-roti fl-Istati Uniti hija stmata għal madwar 56 000 unità fis-sena b’konsum annwali ta’ madwar 16-il miljun rota. Is-suq totali tar-roti tal-Istati Uniti (inkluż il-bejgħ tal-komponenti u l-aċċessorji relatati) kien ivvalutat għal USD 6 biljun fl-2011. |
|
(209) |
Bħala konklużjoni, l-industrija Ċiniża tar-roti hija orjentata lejn l-esportazzjoni bi preċedent ta’ mġiba inġusta fl-ipprezzar f’diversi swieq madwar id-dinja. Barra minn hekk, is-sejbiet fl-investigazzjoni ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni konfermaw li l-interess tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni kompla. Barra minn hekk, din l-imġiba tissuġġerixxi li jekk il-miżuri jiġu revokati, is-suq tal-Unjoni wisq probabbli jkunu fil-mira ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx bil-ħsieb li jiddominaw is-suq domestiku. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li t-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżuri għadha meħtieġa biex tpaċi d-dumping. |
|
(210) |
Wara l-iżvelar kien argumentat li l-analiżi injorat il-fatt li t-tkabbir fil-produzzjoni fir-RPĊ qed jiġi ristrett mid-disponibbiltà ta’ ħaddiema u li r-RPĊ qed titlef il-vantaġġ fil-kost lavorattiv tagħha minħabba pajjiżi sud-Asjatiċi oħra li joperaw taħt ftehimiet kummerċjali preferenzjali. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-argument ma kienx verifikabbli u għalhekk twarrab. |
2. Ħsara
|
(211) |
F’dak li għandu x’jaqsam mar-raġunijiet għal ftuħ tar-rieżami interim ex officio, l-investigazzjoni eżaminat dawn il-bidliet fl-istruttura tal-industrija tar-roti tal-UE: (i) bidla minn ċiklu komplut ta’ produzzjoni għal operazzjonijiet ta’ mmuntar (parzjali) bl-użu ta’ komponenti importati; (ii) bidla fil-livell tal-ispejjeż minħabba t-tkabbir u r-rilokazzjoni u t-twaqqif ta’ faċilitajiet ġodda tal-produzzjoni fiċ-Ċentru u l-Lvant tal-Ewropa; (iii) żieda fil-bidla fl-użu ta’ materja prima minn azzar għal liga b’segwitu tax-xejriet tal-konsumaturi. Bħala riżultat tas-sejbiet spjegati fil-premessa (162), l-iżviluppi kollha msemmija aktar ‘il fuq għadhom għaddejjin u huma ta’ natura globali u għalhekk mhuwiex probabbli li jinbidlu fil-futur prevedibbli. |
|
(212) |
Rigward il-valutazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tal-ħsara, minħabba s-sitwazzjoni diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni, deskritta fil-premessi (184) sa (187), huwa wkoll probabbli li l-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu kapaċi jirreżistu għall-pressjoni ulterjuri tal-prezzijiet li tkun eżerċitata mill-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi u bħala konsegwenza se jkunu sfurzati joħorġu fis-suq tal-Unjoni bil-konsegwenza ta’ telf ta’ impjieg u investimenti, teknoloġija u kompetenzi (ara l-premessi (247) u (248)). Għalhekk jista’ jiġi konkluż li f’dan il-każ hemm probabbiltà li l-ħsara tkompli jekk jiġu revokati l-miżuri. |
Kummenti mill-partijiet
|
(213) |
Xi partijiet argumentaw li l-industrija tal-Unjoni mhijiex qiegħda ġġarrab ħsara materjali peress li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tissuġġerixxi li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha hija tajba. Għandu jiġi nnutat li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura u vverifikata matul l-investigazzjoni minn kampjun rappreżentattiv ta’ produtturi tal-Unjoni. Din il-valutazzjoni ma tistax tiġi ssostitwita b’informazzjoni disponibbli għall-pubbliku relatata ma’ xi produtturi tal-Unjoni anki jekk il-valur tal-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom allegatament huwa kbir. Għalhekk, is-sejbiet tal-investigazzjoni analizzati fil-premessi (162) sa (187) jikkontradixxu l-informazzjoni sottomessa minn dawn il-partijiet. Għalhekk, l-argumenti tagħhom tqiesu li kienu bla fundament. |
|
(214) |
Kien argumentat ukoll li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tal-antidumping kontra r-RPĊ tkun diskriminatorja peress li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra li allegatament huma ddampjati u jikkawżaw ħsara, b’mod partikolari mis-Sri Lanka, mhux qed jittieħdu miżuri tal-antidumping kontrihom. Bħala riżultat tal-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, il-miżuri tal-antidumping ġew estiżi għal importazzjonijiet ta’ roti, fost l-oħrajn mis-Sri Lanka. Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza li turi li l-produtturi ġenwini fil-pajjiż konċernat kienu qed jiddampjaw. Għalhekk, l-argument mill-parti tqies bħala wieħed bla bażi u ma ġiex aċċettat. |
G. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
|
(215) |
Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati konċernati. Fatturi magħrufin oħra minn barra l-importazzjonijiet iddampjati, li setgħu fl-istess ħin għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet iddampjati. B’mod partikolari ġew analizzati r-riżultati tal-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
2. Effett tal-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi
|
(216) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu matul il-perijodu kunsidrat, u rrappreżentaw 2,9 % mis-sehem tas-suq fil-PIR. Dan is-sehem mis-suq relattivament baxx u li qed jonqos għandu jitqies fil-kuntest tal-importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija (ara l-premessa (223) u (224)) |
|
(217) |
Kif imsemmi fil-premessa (160), ġie konkluż li l-importazzjoni mir-RPĊ baqgħu jitwaqqgħu b’mod sinifikanti taħt il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk ipoġġu pressjoni sinifikanti fuq il-livell tal-prezz fis-suq tal-Unjoni. |
|
(218) |
Fl-istess ħin, ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew xejra ta’ tnaqqis, b’mod partikolari fil-produzzjoni (– 19 %) u l-volum tal-bejgħ (– 9 %), il-kapaċità (– 5 %) u l-użu tal-kapacità (– 14 %). |
|
(219) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perijodu kunsidrat bl-industrija tal-Unjoni qrib il-punt tal-ekwilibriju anke minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi. Minħabba dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet għal livelli ta’ profitt mingħajr ma titlef sehem sinifikanti mis-suq. |
|
(220) |
Huwa għalhekk konkluż li l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet ta’ roti bi prezzijiet iddampjati kellhom impatt deċiżiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli attwali tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(221) |
Wara l-iżvelar kien argumentat li r-rilevanza tat-tnaqqis fil-livelli tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma kinetx ġustifikata b’mod adegwat, b’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li t-tnaqqis fil-produzzjoni kien ikkunsidrat li ma kellu l-ebda impatt fuq il-profittabbiltà. Huwa nnutat li l-elementi kollha tal-ħsara huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kemm jekk ikollhom jew jekk ma jkollhomx impatt fuq il-livelli ta’ profittabbiltà fil-każ partikolari. Kif spjegat fil-premessa (237) it-tnaqqis fil-profittabbiltà u ta’ indikaturi oħra tal-profittabbiltà relatati ma kienx ikkawżat mit-tiċkin tas-suq iżda jista’ jiġi attribwit għall-pressjoni kontinwata tal-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi. L-argument għalhekk ġie miċħud. |
|
(222) |
L-istess parti argumentat ukoll li l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinetx analizzata adegwatament għax l-analiżi ma indirizzatx it-tnaqqis drastiku fl-importazzjonijiet matul il-perijodu kkunsidrat. Ġie wkoll argumentat li l-analiżi tal-kawżalità naqset milli tqis ix-xejriet tal-prezz dejjem jiżdied ta’ dawn l-esportazzjonijiet. Bħala tweġiba għal dan l-argument huwa mfakkar li t-tnaqqis fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi jridu jitqiesu fil-kuntest tas-sejbiet tal-investigazzjoni parallela ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni (ara l-premessa (216)). Ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi stabbilita fuq il-bażi tal-Eurostat mhijiex sinifikanti peress li ma tqisx l-iżvilupp tal-prezz tal-importazzjonijiet ta’ roti Ċiniżi permezz tal-pajjiżi ta’ cirkomvenzjoni. Għalhekk l-argument ġie miċħud fuq din il-bażi. |
3. Effett ta’ importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni
|
(223) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni stabbilixxiet ċirkomvenzjoni tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ b’operazzjoni ta’ mmuntar u trasbord vija l-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija. Abbażi ta’ dawn is-sejbiet, id-differenza bejn il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati rapportati fl-Eurostat u l-volumi esportati minn produtturi ġenwini magħrufa, jiġifieri dawk li jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-miżuri estiżi għar-raġunijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 501/2013 ġew ikkunsidrati bħala importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri fis-seħħ (“importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni”). |
|
(224) |
Fil-kuntest tal-analiżi tal-kawżalità, dawn l-importazzjonijiet tqiesu bħala li effettivament joriġinaw miċ-Ċina u għalhekk għandhom jitqiesu flimkien mal-importazzjonijiet diretti miċ-Ċina. Fuq din il-bażi, il-volum stabbilit tal-importazzjonijiet Ċiniżi laħaq 1 904 761 unità fil-PIR. Fl-2008, l-importazzjonijiet laħqu 2 321 240 unità. Fl-2009 naqsu għal 1 802 101 unità, jiġifieri bi 22 % u fl-2010 żdiedu għal kważi l-istess livelli tal-2008, u laħqu 10,6 % ta’ sehem mis-suq. Finalment, l-importazzjonijiet reġgħu naqsu fil-PIR bi 13 %, u laħqu sehem mis-suq ta’ 9,5 %. Matul il-perijodu kunsidrat, il-volumi tal-importazzjonijiet naqsu bi 18 %. Fil-kuntest ta’ suq li qed jiċkien (ara l-premessa (153)), it-tnaqqis deskritt fil-volumi tal-importazzjonijiet ma rriżultax f’telf sinifikanti mis-sehem tas-suq minħabba li tal-aħħar naqas biss b’0,8 % matul il-perijodu kunsidrat. Billi t-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni mhumiex magħrufa, ma jagħmilx sens li jitqabblu l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Tabella 16 Importazzjonijiet mir-RPĊ flimkien ma’ importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(225) |
Wara l-iżvelar xi partijiet argumentaw li l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni kienet difettuża għax kienet ibbażata biss fuq l-effetti tal-volum u għalhekk kienet nieqsa minn kwalunkwe tqabbil tal-prezzijiet ibbażat fuq analiżi tat-taħlita tal-prodott. Ġie allegat li dan in-nuqqas ta’ analiżi kien riżultat ta’ nuqqas proċedurali minħabba li l-analiżi tat-taħlita tal-prodott tħalliet barra minkejja l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi mill-pajjiżi konċernati. Barra minn hekk, kien allegat li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi lejn l-Unjoni kien jikkonċerna roti rħas tat-tfal jew roti oħra li ma jikkompetux mar-roti prodotti fl-Unjoni. Bħala tweġiba għal dan l-argument, huwa nnutat li l-analiżi tat-taħlita tal-prodott ma setgħetx titwettaq għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (192). Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni kienu trażbordi f’każijiet li għalihom ma kinitx disponibbli informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li nstab li l-produtturi tal-Unjoni jipproduċu s-segmenti kollha tal-prodotti; għalhekk, l-argument dwar l-allegati l-importazzjonijiet ta’ roti tat-tfal u ta’ roti rħas li ma joffrux kompetizzjoni nstab li ma kienx sostanzjat. |
4. Effett ta’ fatturi oħra
4.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
|
(226) |
Importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi oħra kienu jammontaw għal 6 931 333 unità matul il-PIR. Dan il-livell ta’ importazzjonijiet irrifletta żieda żgħira ta’ 1 % matul il-perijodu kunsidrat. |
|
(227) |
Minħabba tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqa’ pjuttost stabbli, u laħaq 34 % fil-PIR. |
|
(228) |
It-Tajwan baqa’ l-pajjiż ewlieni tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni b’sehem mis-suq relattivament kostanti tul il-perijodu kunsidrat u li jirrappreżenta 14 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR. |
|
(229) |
It-Tajlandja huwa t-tieni l-akbar pajjiż esportatur fl-Unjoni. Is-sehem fis-suq tiegħu naqas b’2 punti perċentwali matul il-perijodu kunsidrat, jiġifieri minn 7 % fl-2008 għal 5 % fil-PIR. |
|
(230) |
Kif ingħad fil-premessa (157), il-prezzijiet fl-Eurostat ma jikkunsidrawx it-taħlit tal-prodotti varji minn kull pajjiż u għalhekk jintużaw indiċijiet biss biex jindikaw ix-xejriet tal-prezzijiet. Billi t-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhijiex magħrufa, ma jagħmilx sens li jitqabblu l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(231) |
Madankollu, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet mit-Tajwan biss jaqbżu l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi (importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni inklużi). F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet tar-roti mit-Tajwan huma ġeneralment immirati lejn in-naħa għolja tal-ispettru tas-suq u ma tressqet l-ebda evidenza bil-kuntrarju. Għalhekk huwa konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(232) |
Bosta partijiet argumentaw li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra saru bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet Ċiniżi u għalhekk l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kkawżawx il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Dan l-argument ma setax jiġi aċċettat minħabba li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni ma jistgħux jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-Eurostat għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (157) u għalhekk ma setgħetx toħroġ konklużjoni fuq din il-bażi. |
|
(233) |
Parti oħra argumentat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi soġġetti għas-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) mill-1 ta’ Jannar 2011 ‘il quddiem huma mistennija jiżdiedu (il-Kambodja u l-Bangladexx). Madankollu, l-impatt fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni u l-kwantitajiet u l-effett fuq is-suq tal-Unjoni ma jistgħux jiġu evalwati a priori. Barra minn hekk, ebda informazzjoni ma kienet disponibbli dwar il-ħila ta’ dawn il-pajjiżi li jżidu l-kapaċità ta’ produzzjoni u l-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-ebda konklużjoni soda ma tista’ toħroġ fuq din il-bażi u dan l-argument kellu jiġi rrifjutat. |
|
(234) |
Wara l-iżvelar il-partijiet argumentaw li l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi bi ftehimiet kummerċjali preferenzjali ma kinetx indirizzata kif xieraq peress li ngħad li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu sinifikanti f’termini ta’ volumi meta mqabbla mal-importazzjonijiet Ċiniżi u xi wħud minnhom ukoll bi prezzijiet sinifikattivament orħos. F’dan il-kuntest huwa mfakkar li r-RPĊ hija t-tieni l-akbar importatur fl-Unjoni. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu kollha inqas mill-volumi tal-importazzjonijiet tar-roti Ċiniżi. Ukoll, l-ebda allegazzjoni ta’ dumping ma tressqu kontra dawn il-pajjiżi. Għalhekk, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma setgħux ikollhom impatt b’tali mod li tkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn il-volumi kbar ta’ importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina li seħħu fl-istess żmien meta kienet qed tkompli l-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. L-argument ġie miċħud għal dawn ir-raġunijiet. Tabella 17 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn (*1)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.2. Żvilupp tal-konsum
|
(235) |
Kif imsemmi fil-premessa (153), mill-2008 sal-PIR, il-konsum naqas b’10 %. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni żammet u anke żiedet daqsxejn is-sehem mis-suq tagħha (ara l-premessa (168)). Għalhekk, is-suq li qed jiċkien ma jistax ikun sors ta’ ħsara. |
4.3. Kriżi ekonomika u kundizzjonijiet klimatiċi
|
(236) |
Xi partijiet argumentaw li l-kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi prevalenti fl-Unjoni kellhom impatt fuq l-imġiba tax-xiri tal-konsumaturi matul il-perijodu kunsidrat. Ġie argumentat ukoll li l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fl-Unjoni fl-2011 kellhom, tal-anqas effett parzjali fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-fatturi allegatament irriżultaw fi tnaqqis kumplessiv fil-konsum tar-roti fl-Unjoni. |
|
(237) |
Fil-fatt l-investigazzjoni verament żvelat tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-perijodu kunsidrat. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (234), it-tiċkin tas-suq ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sors ta’ ħsara. |
|
(238) |
Dawn il-partijiet argumentaw ukoll li l-produzzjoni u l-impjieg naqsu biss biex isegwu x-xejra tal-konsum u mhux minħabba l-importazzjonijiet iddampjati. Madankollu, peress li l-industrija tar-roti ma għandhiex spejjeż fissi għolja, it-tnaqqis fil-produzzjoni ma kellux impatt fuq il-profittabbiltà tal-industrija tar-roti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-impjiegi dan seħħ minħabba l-proċess ta’ ristrutturar li sar mill-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ dan l-iżvilupp ma jispjegax ix-xejriet negattivi għal indikaturi oħra ta’ ħsara. |
4.4. Importazzjonijiet mhux iddampjati
|
(239) |
L-importazzjonijiet mhux iddampjati minn produttur esportatur li kkoopera rrappreżentaw kwantitajiet negliġibbli, jiġifieri qrib iż-0 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ u għalhekk dawn ma setgħux ikollhom effett distingwibbli fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
4.5. Roti elettriċi
|
(240) |
Kien argumentat li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-iżvilupp ta’ roti elettriċi li allegatament kienu qegħdin jissostitwixxu l-prodott konċernat. Madankollu, l-iżvilupp tar-roti elettriċi huwa riċenti ħafna u rappreżenta biss il-volum ta’ bejgħ marġinali matul il-PIR. Għalhekk, ma setax kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
4.6. L-effett tal-bidliet strutturali
|
(241) |
Wara l-iżvelar waħda mill-partijiet argumentat li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-impatt ta’ bidliet strutturali rikonoxxuti tas-suq u tal-industrija tal-Unjoni fl-analiżi tagħha tal-ħsara u tal-kawżalità. Bħala eżempju kien argumentat li l-Kummissjoni naqset milli tindirizza l-impatt tal-fatt li l-produzzjoni resqet lejn il-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa fl-analiżi tagħha tal-ispiża tal-produzzjoni. Bi tweġiba ta’ dan l-argument, ta’ min jinnota li saret l-analiżi tan-natura dewwiema tal-bidliet (ara l-premessa (162)) u ġie konkluż li l-bidliet huma ta’ natura dewwiema (ara l-premessa (211)). Għal din ir-raġuni, twettqet analiżi ġdida tal-ħsara fuq il-bażi ta’ kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni magħżul biex jirrifletti l-bidliet strutturali. Għalhekk, huwa meqjus li l-impatt ta’ dawn il-bidliet tqis kif xieraq fl-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità. L-argument għalhekk ġie miċħud. |
4.7. Konklużjoni
|
(242) |
Minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, instab li kienu qed jidħlu fis-suq tal-Unjoni volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet diretti jew ta’ ċirkomvenzjoni ta’ roti Ċiniżi ddampjati. Is-sehem sinifikanti mis-suq pjuttost stabbli ta’ dawn l-importazzjonijiet matul il-perijodu kunsidrat ħabat ma’ perijodu ta’ vulnerabbiltà ekonomika kontinwa għall-industrija tal-Unjoni (ara l-premessi (184) sa (187)). Ġie konkluż, għalhekk, li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ (diretti u ta’ ċirvomkenzjoni) u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(243) |
Ġew ikkunsidrati fatturi oħra bħall-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, l-iżvilupp tal-konsum, il-kriżi ekonomika u l-kondizzjonijiet klimatiċi, l-importazzjonijiet mhux iddampjati, l-iżvilupp tar-roti elettroniċi. L-ebda minn dawn il-fatturi ma nstab sinifikanti biżżejjed biex jikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi ddampjati u l-ħsara materjali mġarrba. |
|
(244) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet iddampjati, ġie konkluż li l-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ flimkien mal-importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
H. INTERESS TAL-UNJONI
1. Introduzzjoni
|
(245) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar l-iddampjar ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet superjuri biex jiġi konkluż b’mod ċar li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti l-miżuri tal-antidumping kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ bir-rati stipulati aktar ‘l isfel (ara l-premessa (279)). |
|
(246) |
Għandu jiġi mfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni ta’ miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li din l-investigazzjoni hija rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, u għalhekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri tal-antidumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet konċernati mill-miżuri tal-antidumping attwali. |
|
(247) |
Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-komponenti tar-roti, l-importaturi mhux relatati u l-utenti. |
2. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(248) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija għadha f’sitwazzjoni fraġili. Minħabba l-volum sostanzjali ta’ importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ u l-probabbiltà li d-dumping u l-ħsara jissuktaw, hemm probabbiltà qawwija li l-produzzjoni tal-Unjoni tista’ tinqered jekk il-miżuri jiġu revokati. |
|
(249) |
L-industrija tal-Unjoni tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-innovazzjoni teknoloġika u l-ispin-offs, bħalma huma l-EPACs (Electronically Power Assisted Cycles - Roti Assistiti Elettronikament b’Mutur) u r-roti elettroniċi, li ġew żviluppati reċentement u li ma jistgħux ikunu ekonomikament vijabbli mingħajr ma jkun hemm industrija tar-roti fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tikkontribwixxi lejn l-għanijiet ambjentali bħat-titjib ekoloġiku tat-trasport u d-dekarbonizzazzjoni. |
|
(250) |
L-industrija tal-Unjoni hija wkoll il-mutur għal industriji relatati, bħall-produzzjoni tal-komponenti tar-roti, l-aċċessorji tar-roti u servizzi relatati. B’kollox l-industrija tal-Unjoni tiġġenera direttament u indirettament bejn 60 000 u 70 000 impjieg fis-suq tal-Unjoni. |
|
(251) |
L-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi biex tirristruttura u investiet fl-innovazzjoni, li jintilfu kemm-il darba l-industrija tal-Unjoni tispiċċa. Għall-kuntrarju, bil-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi żżomm u saħansitra żżid il-volum tal-bejgħ u b’hekk tiġġenera r-redditu meħtieġ mill-investimenti li jippermettilha tkompli tirriinvesti f’teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni. |
|
(252) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessi (184) sa (187), wieħed jista’ jistenna li mingħajr miżuri s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tiddeterjora b’mod sinifikanti u fl-aħħar mill-aħħar tirriskja l-għeluq tal-produzzjoni. Għalhekk, il-miżuri tal-antidumping huma fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. Interess tal-produtturi tal-komponenti tar-roti
|
(253) |
L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Komponenti tar-Roti (COLIPED) ippreżentat lilha nnifisha matul l-investigazzjoni. Il-COLIPED ipprovdiet informazzjoni li hemm madwar 370 kumpannija fl-Unjoni, li jissupplixxu komponenti lill-produtturi tar-roti u li jimpjegaw madwar 16 000 ruħ. L-industrija tal-forniment tiddependi fuq il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tar-roti fl-Unjoni. |
|
(254) |
53 produttur ta’ komponenti tar-roti ppreżentaw ruħhom favur il-miżuri, u dawn jirrappreżentaw 39 % tal-EUR 1,2 biljun estimati tal-fatturat totali tal-industrija tal-komponenti tar-rota. Il-produtturi tal-komponenti tar-roti qed jibbenefikaw mill-estensjoni tal-miżuri eżistenti għall-komponenti essenzjali tar-roti (ara l-premessa (1)). L-iskema ta’ eżenzjoni eżistenti (ara l-premessa (1)) tinkoraġġixxi l-produzzjoni lokali tal-komponenti tar-roti billi tillimita l-kontenut ta’ komponenti tar-roti Ċiniżi użati għal anqas minn 60 % tal-valur totali. Minħabba l-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tiżviluppa u tinvesti fi proġetti ġodda bil-għan li terġa’ tibda l-produzzjoni ta’ ċerti komponenti essenzjali fl-Unjoni. |
|
(255) |
F’dan ir-rigward, instab li mingħajr il-miżuri u bl-għeluq mistenni tal-produzzjoni tar-roti fl-Unjoni, l-industrija tal-komponenti tar-roti fl-Unjoni wkoll se tbati konsegwenzi negattivi għaliex se titlef il-konsumaturi tagħha. Għaldaqstant qed jiġi konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-komponenti tar-roti. |
4. Interess tal-utenti/konsumaturi
|
(256) |
Il-Federazzjoni Ewropea taċ-Ċiklisti (ECF), federazzjoni li tkopri l-assoċjazzjonijiet nazzjonali taċ-ċiklisti fl-Ewropa, appoġġjat l-issuktar tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ. L-ECF argumentat li l-produzzjoni lokali hija fl-interess tal-konsumaturi minħabba li tiżgura l-kwalità u s-sikurezza kif ukoll servizzi speċjalizzati għall-konsumaturi. |
|
(257) |
L-ECF argumentat li żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ jkollha impatt negattiv fuq l-istandards għolja ta’ kwalità u sikurezza fl-Unjoni bi żvantaġġ għall-konsumaturi. |
|
(258) |
L-impatt tad-dazji tal-antidumping fuq il-prezz għall-konsumatur huwa stmat li ma jkunx sinifikanti minħabba li l-maġġoranza tal-produtturi tar-roti tal-Unjoni joperaw taħt l-iskema tal-eżenzjoni filwaqt li l-komponenti essenzjali tar-roti jistgħu jiġu importati mir-RPĊ mingħajr ebda dazju sa 60 % tal-valur totali tal-komponenti użati. |
|
(259) |
Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni preċedenti, instab li l-impatt tal-miżuri ma jkunx sinifikanti għall-utenti/konsumaturi. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri, hija disponibbli provvista ta’ roti mill-RPĊ, kif ukoll minn pajjiżi mingħajr miżuri. Qiegħed għalhekk jiġi konkluż li l-miżuri tal-antidumping ma għandhomx impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti fl-Unjoni. |
|
(260) |
Wara l-iżvelar waħda mill-partijiet argumentat li l-analiżi naqset milli tqis l-impatt negattiv tal-miżuri fuq l-utenti fil-forma ta’ spejjeż addizzjonali kkawżati mill-miżuri. Huwa nnutat li l-ECF li tirrappreżenta lill-konsumaturi ppreżentat ruħha b’appoġġ għall-miżuri għall-raġunijiet ta’ kwalità u sikurezza (ara l-premessa (255)). Ukoll, bis-saħħa tal-iskema tal-eżenzjonijiet il-konsumaturi diġà jibbenefikaw minn prezz imnaqqas għal ċerti komponenti tar-roti (ara l-premessa (257)). Għalhekk, ġie konkluż li dan l-argument mhux sostenibbli. |
5. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(261) |
Ħadd mill-importaturi mhux relatati ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri matul il-PIR. Ta’ min ifakkar ukoll li l-għan tal-miżuri tal-antidumping mhuwiex li jwaqqaf l-importazzjonijiet, iżda li jġib lura kummerċ ġust u jiżgura li l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet ta’ ħsara u ddampjati. |
|
(262) |
Huwa mfakkar li hemm sorsi oħra ta’ importazzjonijiet u madwar 45 % tal-konsum tar-roti huma fil-fatt ta’ roti importati. |
|
(263) |
Peress li l-importazzjonijiet bi prezz ġust mir-RPĊ xorta jitħallew jidħlu fis-suq tal-Unjoni, u billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi se jkomplu wkoll, x’aktarx li n-negozju tradizzjonali tal-importaturi jkompli anke jekk il-miżuri tal-antidumping fir-rigward tar-RPĊ jinżammu fis-seħħ. Il-miżuri emendati tal-antidumping għat-tliet produtturi esportaturi li kooperaw iżidu l-possibbiltajiet tal-importazzjoni mir-RPĊ b’0 % jew b’rata mnaqqsa. Qiegħed għalhekk jiġi konkluż li l-miżuri tal-antidumping ma għandhomx impatt sinifikanti fuq l-importaturi mhux relatati fl-Unjoni. |
6. Effikaċja tal-miżuri
|
(264) |
Parti waħda argumentat li l-miżuri ma jkunux effikaċi minħabba li l-industrija tal-Unjoni għadha qed issofri ħsara minkejja li l-miżuri tal-antidumping ilhom fis-seħħ għal kważi 20 sena. Ta’ min jinnota li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ġie kkonfermat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu qed jiċċirkomvenzjonaw il-miżuri permezz ta’ pajjiżi terzi oħra u dan jispjega tal-inqas parzjalment is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Għalhekk, dan l-argument ma ntlaqax. |
|
(265) |
Wara l-iżvelar xi partijiet argumentaw li l-miżuri eżistenti għal aktar minn tlieta u għoxrin sena la huma ġustifikati abbażi ġuridika u lanqas ta’ politika kummerċjali. Bi tweġiba għal dan l-argument, huwa nnutat li l-ebda limiti ta’ żmien ma jirrestrinġu t-tul ta’ żmien tal-miżuri sakemm il-kondizzjonijiet tal-impożizzjoni jew iż-żamma tagħhom jiġu ssodisfati. Barra minn hekk, f’dan il-każ il-miżuri huma ġustifikati peress li s-sejbiet ikkonfermaw l-eżistenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija mdgħajfa ulterjorament minħabba ċ-ċirkomvenzjoni. Għalhekk, dan l-argument ma ntlaqax. |
7. Konklużjoni
|
(266) |
L-issoktar tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw fir-RPĊ jkun b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u l-fornituri tal-komponenti tar-roti tal-Unjoni. Dan se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tikber u ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha kkawżata mill-importazzjoniet iddampjati. Barra minn hekk, l-importaturi ma jkunx affettwati sostanzjalment billi roti bi prezz ġust mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra xorta waħda jkunu disponibbli fis-suq. Ukoll, minħabba l-użu estensiv mill-industrija tal-Unjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni eżistenti, ġie konkluż li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti/konsumaturi. Għall-kuntrarju, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, il-produtturi tar-roti tal-Unjoni x’aktarx jagħlqu l-produzzjoni u b’hekk tiġi wkoll mhedda l-eżistenza tal-produtturi tal-komponenti tar-roti tal-Unjoni. |
|
(267) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni tal-miżuri bir-rati indikati (279) fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina mir-RPĊ. |
I. DAZJI PROPOSTI
1. Livell ta’ tneħħija tal-ħsara
|
(268) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri eżistenti, kif imposti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 għandhom jinżammu fis-seħħ ħlief kif stipulat hawn taħt. |
|
(269) |
Sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet tad-dumping misjuba u l-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(270) |
Il-miżuri għandhom jiġu imposti fuq livell suffiċjenti sabiex jelimina l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet inkwistjoni mingħajr ma jinqabeż il-marġini tad-dumping misjub. Meta ġie kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb kumplessivament profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-marġini tal-profitt qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien ta’ 8 % tal-fatturat mill-bejgħ ta’ roti. Huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni preċedenti billi ma nstabet ebda indikazzjoni li din ir-rata għandha tinbidel. |
|
(271) |
Jekk wieħed iqis li l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet baxxa ħafna kif intqal fil-premessi (22) u (24), is-sejbiet għall-kumpanniji li kooperaw ma jistgħux jitqiesu rappreżentattivi għall-pajjiż. Għaldaqstant, il-marġini tal-ħsara għall-pajjiż kollu qiegħed b’dan jinżamm l-istess kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1095/2005. |
|
(272) |
Għaż-żewġ esportaturi li kkooperaw, li nstabu li qed jiddampjaw, il-marġnijiet tal-ħsara ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tagħhom stess meta mqabbla, fl-istess livell ta’ kummerċ, mal-prezzijiet mhux ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni għat-tip ta’ prodott korrispondenti. Ma ġiex ikkalkolat marġini ta’ ħsara għat-tielet kumpannija, li nstab li ma kinitx qed tiddampja. Għal Oyama Bicycles (Taicang) Co. Ltd., ma ġiex identifikat marġini ta’ ħsara. Madankollu, marġini ta’ ħsara sostanzjali ogħla mill-marġini tad-dumping instab għal Zhejiang Baoguilai Vehicle Co. Ltd. |
|
(273) |
Wara l-iżvelar waħda mill-partijiet argumentat li l-mira ta’ 8 % profitt kienet iffissata b’kundizzjonijiet tas-suq li ma jikkorrispondux mas-sitwazzjoni attwali u l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunament adegwat biex tiġġustifika għaliex il-profitt fil-mira determinat fl-investigazzjoni ta’ qabel imsemmija fil-premessa (5) għadha ġġustifikata. Ta’ min jinnota li ma nstabet l-ebda indikazzjoni fir-rieżami attwali li r-rata tal-profitt fil-mira għandha tinbidel. Il-parti inkwistjoni ma ressqet l-ebda kalkolu sostanzjat ta’ mira alternattiva għal-livell ta’ profitt li għandu jintuża. Għalhekk, dan l-argument ma ntlaqax. |
2. Miżuri definittivi
|
(274) |
Fir-rigward tat-tliet gruppi esportaturi Ċiniżi li kooperaw, ir-rati tad-dazju tal-antidumping tal-kumpanniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati tad-dazju (b’kuntrast mad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”) għalhekk huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u manifatturati minn dawn il-kumpanniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”. |
|
(275) |
Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju tal-antidumping gћal kumpanniji individwali (pereż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (29) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpanniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali. |
|
(276) |
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar tajjeb tad-dazju tal-antidumping, il-livell ta’ dazju reżidwali ma għandux jiġi applikat għall-produtturi esportaturi li ma kooperawx biss iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PIR. |
|
(277) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tad-dazji tal-antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej: Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura bħal din gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju reżidwu tal-antidumping li japplika gћall-produtturi esportaturi l-oћrajn kollha. |
|
(278) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri konċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tibda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(279) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, ir-rati tad-dazju għall-esportaturi li kooperaw huma stabbiliti fil-livell xieraq biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Għal Zhejiang Baoguilai Vehicle Co. Ltd u Ideal (Dongguan) Bike Co., Ltd ir-rati tad-dazju huma bbażati fuq marġinijiet ta’ dumping stabbiliti mill-investigazzjoni peress li kienu iżjed baxxi mill-marġinijiet ta’ ħsara. Għal Oyama Bicycles (Taicang) Co. Ltd. il-marġini tal-ħsara kien aktar baxx mill-marġini tad-dumping, għalhekk id-dazju ġie stabbilit fil-livell tal-marġini ta’ ħsara. |
|
(280) |
Ir-rati tad-dazju individwali kalkulati għall-PIR għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(281) |
Qed jiġi nnutat li skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 71/97, id-dazju tal-antidumping ta’ 48,5 % impost fuq il-kumpanniji l-oħra kollha b’dan ir-Regolament (ara l-premessa (279)) japplika wkoll għall-importazzjonijiet ta’ komponenti essenzjali tar-roti, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, li joriġinaw mir-RPĊ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju tal-antidumping definittiv qiegħed b’dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti u ċikletti oħra (inklużi triċikli għall-ġarr tal-prodotti, iżda esklużi l-uniċkli), mhux motorizzati, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċi TARIC 8712 00 70 91 u 8712 00 70 99), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:
|
Kumpannija |
Dazju definittiv |
Kodiċi Addizzjonali TARIC |
|
Zhejiang Baoguilai Vehicle Co. Ltd. |
19,2 % |
B772 |
|
Oyama Bicycles (Taicang) Co. Ltd. |
0 % |
B773 |
|
Ideal (Dongguan) Bike Co., Ltd. |
0 % |
B774 |
|
Il-kumpanniji l-oħra kollha |
48,5 % |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 2 tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata japplika d-dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-estensjoni tad-dazju tal-antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament (KE) Nru 71/97, qiegħda b’dan tinżamm fis-seħħ.
Id-dazju tal-antidumping definittiv imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 71/97 għandu jkun id-dazju tal-antidumping għall-“kumpanniji l-oħra kollha” impost bl-Artikolu 1(2).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BRUTON
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(4) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(5) ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.
(6) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.
(8) ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2.
(10) ĠU L 258, 26.9.2012, p. 21.
(11) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(12) ĠU C 122, 27.4.2012, p. 9.
(13) ĠU C 346, 14.11.2012, p. 7.
(14) ĠU L 136, 23.5.2013, p. 15.
(15) ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.
(16) www.bloomberg.com
(17) http://news.xinhuanet.com/english/2008-12/26/content_10564812.htm
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011 tas-27 ta’ Ġunju 2011 li jimponi dazju provviżorju antidumping (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1331/2011 tal-14 ta’ Diċembru 2011 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 6).
(19) http://www.fsa.gov.uk/about/who
(20) http://www.amf-france.org/affiche_page.asp?urldoc=lesmissionsamf.htm&lang=en&Id_Tab=0
(21) http://www.csrc.gov.cn/pub/csrc_en/about/
(22) http://english.gov.cn/links/statecouncil.htm
(23) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-156/11, Since Hardware (Guangzhou) vs Il-Kunsill, il-paragrafu 167 (għadha mhix ippubblikata) u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-150/09 Ningbo Yonghong Fasteners Co., Ltd vs. il-Kunsill, paragrafu 53 (għandha mhix ippubblikata).
(24) Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 344, 14.12.2012, p. 1).
(25) Kawża C-249/10 P.
(26) ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1.
(27) Kawża C-338/10 tat-22 ta’ Marzu 2012.
(28) SIMA — Avviż tal-Konklużjoni ta’ reinvestigazzjoni — Roti — 2011
(*1) Importazzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni mill-Indonesja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija esklużi
(29) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
|
(1) |
l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali; |
|
(2) |
id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tar-roti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem il-kumpannija u l-uffiċċju rreġistrat) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta. Data u firma”. |