Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0494

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 494/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

ĠU L 143, 30.5.2013, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/494/oj

30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 494/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li persuna waħda u żewġ entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif previst fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

Il-persuna u l-entitajiet li ġejjin jitħassru mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

(1)

Persuna

Shadryna, Hanna Stanislavauna

(2)

Entitajiet

(a)

The Spirit and Vodka Company Aquadiv (Kumpannija tal-Ispirti u l-Vodka Aquadiv)

(b)

Sport-Pari


Top