This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0437
Commission Implementing Regulation (EU) No 437/2013 of 8 May 2013 amending Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entry for Mexico in the list of third countries, territories, zones or compartments from which certain commodities may be imported into or transit through the Union Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2013 tat- 8 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti komoditajiet lejn l-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2013 tat- 8 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti komoditajiet lejn l-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 129, 14.5.2013, p. 25–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
14.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 437/2013
tat-8 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti komoditajiet lejn l-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2), jipprevedi li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għal pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li għandhom jitqiesu bħala ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja f’dak ir-rigward għall-komoditajiet maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni. |
(3) |
Il-Messiku huwa elenkat fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu jistgħu jiġu importati fl-Unjoni bajd u prodotti tal-bajd speċifikati ħielsa mill-patoġeni, sakemm dawn ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat rilevanti msemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(4) |
Fil-każ ta’ prodotti tal-bajd, iċ-ċertifikat imsemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jinkludi attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali li turi li dawn ġejjin minn stabbiliment ħieles mill-HPAI. Barra minn hekk, dik l-attestazzjoni tiċċertifika jew li ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-HPAI matul tal-anqas it-30 jum ta’ qabel f’raġġ ta’ 10 km minn dak l-istabbiliment jew li l-prodotti tal-bajd kienu pproċessati skont wieħed mit-trattamenti stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat. |
(5) |
Fl-2012 bosta tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H7N3 ġew ikkonfermati fl-Istat ta’ Jalisco fil-Messiku, f’żona b’densità għolja ta’ rziezet fejn jitrabbew it-tjur. Il-Messiku applika politika ta’ qerda u wettaq tilqim ta’ emerġenza kontra l-influwenza tat-tjur biex jikkontrolla t-tifqigħat. |
(6) |
Fl-aħħar ta’ Settembru 2012 ġiet ikkonfermata l-aħħar tifqigħa tal-HPAI ta’ dik l-epidemija u f’Diċembru 2012 il-Messiku ddikjara li t-tifqigħat ġew eradikati. |
(7) |
Fit-8 ta’ Jannar 2013, il-Messiku nnotifika lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H7N3 fit-tjur fit-territorju tiegħu fl-Istat ta’ Aguascalientes. Il-marda nfirxet ukoll lejn l-Istati ta’ Jalisco u Guanajuato. |
(8) |
Minħabba l-konferma tat-tifqigħat tal-HPAI, it-territorju tal-Messiku ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. |
(9) |
Ir-rikorrenza tat-tifqigħat tal-HPAI tqajjem tħassib dwar l-effettività tal-miżuri, inkluż it-tilqim, li huma applikati fil-Messiku biex jikkontrollaw l-HPAI. |
(10) |
L-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-bajd ipproċessati skont wieħed mit-trattamenti stabbiliti fiċ-ċertifikat rilevanti msemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li joriġinaw f’pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li mhumiex ħielsa mill-HPAI, jitqiesu li jippreżentaw riskju negliġibbli għall-introduzzjoni tal-vajrus fl-Unjoni. |
(11) |
Madankollu, minħabba l-firxa rapida tal-marda tal-HPAI u r-riskju li t-tifqigħat tal-HPAI ma jiġux individwati fil-ħin mill-awtorità kompetenti Messikana, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni jew it-tranżitu minnha ta’ prodotti tal-bajd mill-Messiku għandhom jiġu pprojbiti temporanjament sakemm ikunu jistgħu jiġu pprovduti garanziji sodisfaċenti minn dak il-pajjiż. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Messiku qed tinbidel b’dan li ġej:
“MX-Il-Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
EP |
|
P2 |
Is-17 ta’ Mejju 2013” |
|
|
|
|