This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0418
Commission Regulation (EU) No 418/2013 of 3 May 2013 imposing a provisional anti-dumping duty on imports of certain stainless steel wires originating in India
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
ĠU L 126, 8.5.2013, pp. 1–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/11/2013
|
8.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 418/2013
tat-3 ta’ Mejju 2013
li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
|
(1) |
Fit-10 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, b’notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“notifika tal-inizjazzjoni”), li l-inizjazzjoni ta’ proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u l-partijiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), il-bidu ta’ proċedura antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata (“il-proċedura anti-sussidju”). |
|
(3) |
Il-proċedura amti-dumping ġiet inizjata wara ilment ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2012 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (Eurofer) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni. |
1.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(4) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa, u lill-awtoritajiet Indjani dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ħabbret fin-notifika ta’ inizjazzjoni li hi ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi jagħżlu kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). |
1.2.1. It-teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi
|
(7) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u jekk inhu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni ntalbu jiddikjaraw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ inizjajzzjoni. |
|
(8) |
B’kollox, 18-il produttur esportatur, uħud jappartjenu għall-istess grupp, ipprovdew l-informazzjoni mitluba, qablu li jkunu inklużi fil-kampjun u 7 minnhom talbu għal eżami individwali fil-każ li ma jkunux inklużi fil-kampjun. Ħmistax minn dawk il-kumpaniji li kkooperaw irrapurtaw esportazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-kampjun intgħażel abbażi tal-informazzjoni li taw dawn il ħmistax-il produtturi esportaturi. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott lill-Unjoni li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul ikkonsista f’żewġ kumpaniji individwali u grupp wieħed ta’ kumpaniji li kien jikkonsisti f’erba’ kumpaniji relatati, li flimkien jirrappreżentaw aktar minn 63 % tal-volum totali ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 17 (2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv. Ma sarux kummenti dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(11) |
Kif imsemmi fil-premessa (9) hawn fuq, il-kampjun kien limitat għal għadd raġonevoli ta’ kumpaniji li jistgħu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-kumpaniji investigati għall-iskop tal-investigazzjoni huma elenkati fil-premessa (19) hawn isfel. |
|
(12) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (8) hawn fuq, inizjalment 7 talbiet għal eżaminazzjoni individwali ġew sottomessi. Għalhekk kien ikkunsidrat f’dan l-istadju li eżaminar individwali jkun ta’ piż żejjed mhux ġustifikat u jimpedixxi t-twettiq fil-ħin tal-investigazzjoni. |
|
(13) |
Madankollu, it-talbiet li saru mill-esportaturi li ressqu l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien se jiġu eżaminati fil-bqija tal-investigazzjoni. |
1.2.2. It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni
|
(14) |
Fin-notifika ta’ inizjazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun inizjalment kien jikkonsisti f’ħames produtturi li kienu magħrufa lill-Kummissjoni qabel ma ngħata bidu għal din l-investigazzjoni li jiġu prodotti wajers tal-azzar inossidabbli fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni u l-pożizzjoni ġeografika. Fin-notifika ta’ inizjazzjoni l-partijiet interessati ġew mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun propost. L-analiżi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju wriet li produttur wieħed tal-Unjoni magħżul kellu kumpanija relatata involuta wkoll fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-fili tal-azzar inossidabbli. Din il-kumpanija relatata kienet għalhekk inkluża wkoll fil-kampjun. B’hekk, is-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jammontaw għal 46.5 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni. Il-kampjun jitqies li hu rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.2.3. Teħid ta’ kampjuni tal-importaturi
|
(15) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux se jkun neċessarju t-teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati kienu mitluba jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ inizjazzjoni. |
|
(16) |
B’kollox disa’ importaturi mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet kumpaniji li jammontaw għal 23,8 % tal-importazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-Perjodu ta’ Investigazzjoni fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni. Madankollu, żewġ importaturi magħżula fil-kampjun ma ppreżentawx it-tweġibiet għall-kwestjonarju. Għalhekk, it-teħid ta’ kampjuni f’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma setax jiġi applikat u l-kooperazzjoni se terġa tiġi mitluba mill-importaturi fil-bqija tal-investigazzjoni. |
1.2.4. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
|
(17) |
Intbagħtu kwestjonarji lil tliet (gruppi ta’) produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Indja u lill-produtturi esportaturi li talbu eżami individwali, għas-sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lit-tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil disa’ utenti magħrufa. |
|
(18) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet (gruppi ta’) produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Indja kif ukoll minn tnejn minn dawk il-produtturi esportaturi li kienu talbu eżami individwali, is-sitt produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, importatur wieħed mhux relatat u tliet utenti. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-partijiet interessati u li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja tad-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(20) |
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(21) |
Il-prodott ikkonċernat huwa wajer tal-azzar inossidabbli li fih skont il-piż:
li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina fl-Indja. |
|
(22) |
Parti waħda sostniet li jeżistu tipi ta’ prodotti hekk imsejħa “tekniċi ħafna “ li huma differenti minn tipi oħra ta’ prodott ikkonċernat prodott fl-Indja imma wkoll fl-Unjoni. Huma allegaw ukoll li kuntrarjament għall-parti l-kbira ta’ tipi esportati mill-Indja lejn l-Unjoni, it-tipi tekniċi mhumiex komoditajiet iżda tipi ta’ prodotti speċifiċi prodotti għal użi speċifiċi f’ċerti gradi stell u ċerti d-dijametri u m’għandhomx ikunu koperti mill-investigazzjoni. |
|
(23) |
F’dan l-istadju, jidher li t-tipi tekniċi kienu parti mid-definizzjoni tal-prodott u għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili meta mqabbla ma’ tipi oħra tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, jidher li dawn it-tipi huma prodotti wkoll minn produtturi tal-Unjoni, u għalhekk dawn it-tipi huma koperti mill-ambitu tal-investigazzjoni. |
2.2. Il-prodott simili
|
(24) |
L-investigazzjoni li l-prodott ikkonċernat u l-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja, kif ukoll il-prodott immanifatturat mill-industrija tal-Unjoni u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi. Għalhekk huma proviżorjament meqjusal-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Introduzzjoni
|
(25) |
Matul iż-żjarat ta’ verifika fil-postijiet tat-tliet produtturi Indjani fil-kampjun li jesportaw u l-analiżi sussegwenti tal-informazzjoni miġbura, instab li lkoll kienu ssottomettew xi informazzjoni li ma setgħux jiġu meqjusa bħala affidabbli. |
|
(26) |
Fil-każ ta’ produttur esportatur wieħed, il-Kummissjoni kienet sabet li l-ispejjeż rrapurtati fit-tweġiba tagħha tal-kwestjonarju ma kinitx konformi u ma setgħux jiġu rrikonċiljati mal-ispejjeż rrappurtati fis-sistema interna ta’ kontabbiltà tal-produttur. |
|
(27) |
Il-produttur esportatur allega li d-differenzi osservati bejn l-ispejjeż irrapurtati lill-Kummissjoni u l-ispejjeż li nstabu fis-sistema tal-kontabbiltà interna matul iż-żjara ta’ verifika kienu dovuti għal żbalji fir-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet u għal differenzi fil-metodi ta’ kontabilità, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsum tal-materja prima. Il-produttur esportatur argumenta li d-dejta fis-sistema tal-kontabbiltà interna ma kinitx affidabbli u m’għandhix tintuża għall-iskopijiet tal-investigazzjoni. Għalkemm il-produttur esportatur ilu juża l-istess sistema ta’ kontabilità għal diversi snin, huwa stqarr li l-Kummissjoni għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-ispejjeż rrapurtati fit-tweġiba għall-kwestjonarju, mhux fuq id-dejta tal-ispiża li tkun tinsab f’sistema tal-kontabilità interna tal-kumpanija. |
|
(28) |
Ta’ min jinnota li, filwaqt li d-dejta li hemm fis-sistema tal-kontabbiltà interna kienet konsistenti mar-rapporti finanzjarji awditjati provduti mill-produttur esportatur, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit matul iż-żjara ta’ verifika r-rikonċiljazzjoni u għalhekk ir-rabta bejn it-tabelli tal-ispejjeż speċifikament ippreparati għal din l-investigazzjoni u d-dejta li kien hemm fis-sistema interna ta’ kontabbiltà. Għalhekk, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li l-informazzjoni misjuba fis-sistema tal-kontabilità tal-produttur esportatur għandha tintuża għall-għan ta’ din l-investigazzjoni dwar l-antidumping. |
|
(29) |
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni proviżorjament aġġustat id-dejta dwar l-ispejjeż ipprovduta mill-produttur esportatur imsemmi fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju billi użat fatti disponibbli fis-sistema interna ta’ kontabbiltà. |
|
(30) |
Fil-każ tat-tieni produttur esportatur, il-Kummissjoni sabet li x-xiri u l-konsum tal-materja prima rrappurtati lill-Kummissjoni fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju ma kinux appoġġati mid-dejta li tinsab fis-sistema ta’ ġestjoni tal-inventarji tal-produttur. B’mod partikolari, jidher li d-distribuzzjoni għal kull tip ta’ azzar kienet differenti fiż-żewġ sorsi. Il-Kummissjoni tinnota li l-grad tal-azzar huwa fattur ewlieni fid-determinazzjoni tal-ispiża tal-prodott finali. Informazzjoni mhux ta’ min wieħed joqgħod fuqha dwar il-grad tal-azzar tista’ tgħawweġ serjament il-kalkoli tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ tipi ta’ prodott individwali u għalhekk tista’ tkun qarrieqa. |
|
(31) |
Il-produttur esportatur iddikjara madankollu li fajls kompjuterizzati li fihom xiri ta’ materja prima miġbura mill-Kummissjoni matul iż-żjara ta’ verifika ma kinux kompluti, minħabba li l-akkwist addizzjonali tal-materja prima kien saret minn unitajiet oħra fil-kumpanija, iżda dawk ix-xiri ma kinux ġew rappurtati u ma kinux inklużi fil-fajls kompjuterizzati miġbura matul iż-żjara ta’ verifika u eżaminati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur sostna li d-diskrepanzi osservati fil-kwantitajiet ta’ gradi tal-azzar kienu minħabba l-fatt li xi gradi tal-azzar kienu parzjalment sovrapposti ma’ xulxin u li xi partijiet tal-proċess ta’ produzzjoni ma kienux traċċabbli fuq il-livell ta’ gradi individwali tal-azzar. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni madankollu tinnota li d-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq li saru mill-kumpanija relatata ma’ xiri ta’ materja prima addizzjonali mhumiex biżżejjed biex jispjegaw id-diskrepanzi osservati fil-livell ta’ gradi individwali tal-azzar. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kumpanija allegat li mhuwiex possibbli li jsir rintraċċar eżatt mill-gradi tal-azzar individwali fl-istadji kollha tal-proċess ta’ produzzjoni. Dan l-argument jkompli jdgħajjef l-affidabilità tas-sistema ta’ rappurtar ta’ gradi tal-azzar kollha kemm hi. L-informazzjoni mogħtija dwar gradi tal-azzar għandha tkun proviżorjament ikkunsidrata qarrieqa. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni tqis li d-distribuzzjoni rrappurtata ta’ materja prima skont il-grad tal-azzar mhijiex affidabbli u għandha tkun proviżorjament mhux meqjusa u li d-determinazzjonijiet għandu isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta’ affidabilità tas-sistema ta’ rappurtar kollha kemm hi, ma kienx possibbli li jsiru d-determinazzjonijiet abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mill-gradi tal-azzar irrappurtati. Għalhekk il-konsum totali tal-materja prima kollha meħuda bħala entità sħiħa, mingħajr ma tikkunsidra tqassim skont il-grad tal-azzar, intuża fil-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping globali għall-prodotti kollha. |
|
(34) |
Fil-każ tat-tielet produttur esportatur, il-Kummissjoni sabet matul iż-żjara ta’ verifika li l-flussi ta’ materja prima rrappurtata fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju ma kinux konsistenti mad-dejta li tinsab fis-sistema ta’ kontabilità tal-produttur. Jidher li d-distribuzzjoni għal kull grad ta’ azzar kienet differenti fiż-żewġ sorsi. |
|
(35) |
Il-produttur esportatur, filwaqt li ammetta xi żbalji fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, allega li d-differenzi fil-kwantitajiet globali tal-materja prima setgħu jiġu rrikonċiljati billi jitqiesu l-bidliet fl-inventarji. Madankollu, il-kumpanija allegat ukoll li gradi tal-azzar sovraponenti jagħmluha impossibbli li wieħed jagħmel rikonċiljazzjoni eżatta għal kull grad tal-azzar individwali. Dan l-argument jkompli jdgħajjef l-affidabilità tas-sistema ta’ rappurtar ta’ gradi tal-azzar kollha kemm hi. L-informazzjoni mogħtija dwar gradi tal-azzar għandha tkun proviżorjament ikkunsidrata qarrieqa. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni tqis li d-distribuzzjoni rrappurtata ta’ materja prima skont il-grad tal-azzar mhijiex affidabbli u għandha tkun proviżorjament mhux meqjusa u li d-determinazzjonijiet għandhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta’ affidabilità tas-sistema ta’ rappurtar kollha kemm hi, ma kienx possibbli li jsiru d-determinazzjonijiet abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mill-gradi tal-azzar irrappurtati. Għalhekk il-konsum totali tal-materja prima kollha meħuda bħala entità sħiħa, mingħajr ma tikkunsidra tqassim skont il-grad tal-azzar, intuża fil-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping globali għall-prodotti kollha. |
|
(37) |
Kull produttur esportatur irċieva ittra individwali li tispjega r-raġunijiet speċifiċi u dettaljati għalfejn kien meqjus li xi dejta pprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju ma setgħetx tiġi aċċettata. Kienu infurmati ukoll li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb tagħmel sejbiet proviżorji fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
It-tliet produtturi esportaturi kollha ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u talbu seduti li ngħatawlhom. Huma pprovdew ukoll l-osservazzjonijiet tagħhom rigward tal-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku bil-miktub. Minkejja l-ispjegazzjonijiet miksuba mill-kumpaniji, ma setgħux b’mod sodisfaċenti jiċċaraw il-kwistjonijiet deskritti hawn fuq, u li wasslu għal sostituzzjoni ta’ xi ftit mid- dejta mill-aħjar fatti disponibbli. |
3.2. Il-valur normali
|
(39) |
Għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat għal kull produttur esportatur fil-kampjun jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet li l-bejgħ globali minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat għall-produtturi fil-kampjun li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali dawk it-tipi ta’ prodott mibjugħa fis-suq domestiku li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(41) |
Madankollu, kif ġie spjegat fit-taqsima 3.1, għal tnejn mill-produtturi esportaturi l-paraguni deskritti hawn taħt saru fuq il-bażi tat-total tal-prodotti kollha, minflok ma sar tqabbil bejn tipi ta’ prodott individwali separatament. |
|
(42) |
Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ minn produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu u misjub li huwa identiku jew komparabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien meqjus suffiċjentement rappreżentattiv meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta mill-inqas 5 % tal-ammont totali tat-tip ta’ prodott identiku jew kumparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull kumpanija fil-kampjun jistax ikun ikkunsidrat bħala mibjugħ fl-andament ordinarju ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI. |
|
(44) |
Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett ugwali għal jew iżjed mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju mwieżen ta’ dak it-tip kien ugwali għal jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku reali, kalkolat bħala medja mwieżna tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI, irrespettivament minn jekk dan il-bejgħ kien jew ma kienx profitabbli. |
|
(45) |
Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju mwieżen ta’ dak it-tip kien inqas mill-kost ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala prezz medju mwieżen tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI. |
|
(46) |
Fejn it-tipi tal-prodotti kienu nbiegħu kollha b’telf, kien ikkunsidrat li dawn ma kinux inbiegħu f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. |
|
(47) |
Fejn ma kienx hemm bejgħ ta’ tipi ta’ prodott simili f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ jew fejn tip ta’ prodott ma nbiegħhax fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni użat valur normali maħdum, skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(48) |
Il-valur normali ġie maħdum billi żdiedet l-ispiża medja tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, aġġustata fejn meħtieġ, il-medja mwieżna tal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrba u l-profitt medju kkalkulat realizzati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul l-andament ordinarju tal-kummerċ, waqt il-perjodu tal-investigazzjoni, fejn meħtieġ, b’mod partikolari kif spjegat fit-taqsima 3.1 hawn fuq, l-ispiża tal-produzzjoni u l-ispejjeż SG&A ġew aġġustati, qabel ma ntużaw f’sitwazzjoni normali ta’ test ta’ kummerċ u fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(49) |
Kull kumpanija tirċievi l-kalkoli dettaljati individwali tagħha użati biex jiddeterminaw valuri normali tagħhom u se jingħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
3.3. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(50) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew b’mod dirett lil konsumaturi indipendenti jew permezz tal-kumpaniji relatati. |
|
(51) |
Fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu. |
|
(52) |
Minħabba li l-bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpanija tal-kummerċ relatata fl-Iran, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezz li fih il-prodott importat l-ewwel ġie mibjuh lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. F’dawn il-każijiet, saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-infiq SG&A, u għall-profitti. L-ispejjez SG&A tal-importatur relatat stess intużaw u marġni ta’ qligħ raġonevoli ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġni tal-qligħ miksub minn importatur indipendenti tal-prodott ikkonċernat. |
3.4. Tqabbil
|
(53) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi tqabblu fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(54) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(55) |
Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għal trasport, spejjeż ta’ ġarr ta’ merkanzija bil-baħar u ta’ assigurazzjoni, spejjeż ta’ tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn pprovati li jaffettwaw l-paragunabilità tal-prezzijiet. |
3.5. Il-marġnijiet tad-dumping
|
(56) |
Kif previst bl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, għal kull kumpanija l-valur normali medju b’piż differenzjat stabbilit għal kull tip ta’ prodott tqabbel mal-medja diferenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott korrispondenti. |
|
(57) |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun, il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ma setgħux jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-medja tal-marġni ta’ dumping tal-kumpaniji fil-kampjun. |
|
(58) |
F’dan il-każ, kien meqjus xieraq li tiġi stabbilita l-marġni tad-dumping applikabbli għall-produtturi esportaturi li mhumiex inklużi fil-kampjun u li kkooperaw abbażi tal-prezz ta’ esportazzjoni tagħhom, stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat, u l-medja tal-valur normali stabbilit għal produtturi Indjani li ttieħdu mil-kampjun sakemm il-valur normali medju ma kinx affettwat bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(59) |
Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inkluzi fil-kampjun kien stabbilit proviżorjament għal 28,0 %. |
|
(60) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fl-Indja, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Għal dan l-għan, sar tqabbil magħmul bejn il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni totali indikati fir-risposti ta’ teħid ta’ kampjuni u mal-importazzjonijiet totali mill-Indja kif jirriżulta mill-istatistiċi ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Minħabba l-livell għoli ta’ koperazzjoni, il-marġni ta’ dumping residwu ġie stabbilit fil-livell tal-għola marġni ta’ dumping għal produtturi ta’ esportazzjoni fil-kampjun. |
|
(61) |
Fuq din il-bażi, il-livell nazzjonali ta’ dumping kien stabbilit proviżorjament għal 32,3 %. |
|
(62) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medji proviżorji mwieżna ta’ dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
||||||||||||||
4. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
4.1. Industrija tal-Unjoni
|
(63) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 27 produtturi tal-Unjoni. Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ‘il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”. |
4.2. Produzzjoni tal-Unjoni
|
(64) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni ppreżentata fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni u t-tweġibiet vverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu investigat. |
|
(65) |
Ta’ min isemmi li produttur wieħed tal-Unjoni relatat ma’ produttur esportatur Indjan u li oppona l-bidu ta’ din l-investigazzjoni huwa wkoll inkluż fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(66) |
Fuq din il-bażi, il-produzzjoni tal-Unjoni totali ġiet stmata għal madwar 139 141 tunnellata waqt il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-bqija tal-produtturi tal-Unjoni, li ma resqux fl-investigazzjoni. |
4.3. It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni
|
(67) |
Kif indikat fil-premessa (14) hawn fuq sitt produtturi tal-Unjoni kienu inklużi fil-kampjun li jirrappreżentaw 46.5 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni stmata tal-prodott simili. |
5. DANNU
5.1. Il-konsum tal-Unjoni
|
(68) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u t-total tal-importazzjonijiet. Is-sena 2009 kienet ikkaratterizzata minn prezzijiet għoljin bla preċedent tan-nikil, il-materja prima ewlenija użata biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, u l-effetti negattivi globali tal-kriżi finanzjarja, li flimkien wasslu għal livell partikolarment baxx tal-konsum tal-Unjoni f’dik is-sena. Madankollu, is-sitwazzjoni tas-suq tjiebet, kif muri fit-tabella t’hawn taħt u l-konsum tal-Unjoni żdied b’ 50 % bejn l-2009 u l-PI.
|
||||||||||||||||||||||
5.2. Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat
5.2.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
(69) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li kkooperaw instab li żviluppaw f’termini ta’ volum u ta’ sehem mis-suq kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(70) |
L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b’mod sinifikanti b’110 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet partikolarment evidenti bejn l-2009 u l-2010 meta l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu bi 72 % u meta l-konsum tal-Unjoni żdied bi 42 %. Madankollu, filwaqt li l-konsum żdied biss b’5 % bejn l-2010 u l-PI, il-volum tal-importazzjoni mill-Indja kompla jiżdied b’mod sinifikanti bi 22 % fl-istess perjodu. |
|
(71) |
Is-sehem fis-suq tal-prodotti ddampjati mill-Indja żdied b’mod sinifikanti b’ 40 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.2.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(72) |
Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (22) parti waħda esprimiet tħassib dwar il-fatt li l-kwestjonarju kontra d-dumping ma ppermettietx li ssir distinzjoni b’mod partikolari ċerti tipi tal-prodott ikkonċernat, li fil-fehma tagħhom huma differenti. |
|
(73) |
Dan it-tħassib kien indirizzat fil-kwestjonarju billi tkabbru l-hekk imsejħa numri ta’ kontroll tal-prodott (PCN) sabiex jiġu identifikati b’mod ċar it-tipi rilevanti fl-investigazzjoni b’mod partikolari għall-eżerċizzju ta’ tqabbil tal-prezzijiet. F’dan l-istadju, l-investigazzjoni wriet li produtturi Indjani li jesportaw esportaw biss kwantitajiet limitati ħafna ta’ dawn it-tipi tekniċi ħafna. Madankollu, huwa osservat li l-bidliet li saru fil-PCN żguraw li l-prezzijiet ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġew imqabbla direttament mal-prezzijiet ta’ tipi ta’ prodotti simili. |
|
(74) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet iddumpjati:
|
||||||||||||||||||||||
|
(75) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja żdiedu b’ 35 % matul il-perjodu kkunsidrat, iżda dawn baqgħu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu (ara l-premessa (93) hawn taħt). Dan jispjega ż-żieda fil-volum tal-importazzjoni u ż-żieda sinifikanti b’ 40 % fis-sehem tas-suq miżmum mill-esportaturi Indjani fl-istess perjodu. |
|
(76) |
Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b’medja mwieżna għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet b’medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Indjani li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi CIF, b’aġġustamenti adegwati għal-kosti ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(77) |
Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta’ twaqqigħ b’medja peżata ta’ 15 % mill-importazzjonijiet iddumpjati mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Il-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping meta mqabbla ma’ dawk tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, jispjegaw iż-żieda sinifikanti fl-volum ta’ importazzjoni Indjan u fis-sehem tas-suq miżmum mill-importazzjonijiet mill-Indja bejn l-2009 u l-PI. |
5.3. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.3.1. Kummenti preliminari
|
(78) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat. |
|
(79) |
Kif imsemmi fil-premessa (14), it-teħid ta’ kampjuni intuża għall-eżami tad-dannu possibbilment imġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(80) |
Għall-iskop tal-analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. F’dan ir-rigward, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta’ (a) indikaturi makroekonomiċi, jiġifieri l-indikaturi bħalma huma produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ, sehem fis-suq u tkabbir, impjiegi, produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping attwali u l-irkupru minn dumping tal-passat, li għalihom id-dejta kienet miġbura fil-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u fuq il-bażi ta’ (b) indikaturi mikroekonomiċi, jiġifieri indikaturi bħall-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-profittabilità, il-likwidità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jżidu l-kapital, il-ħażniet u l-ispejjeż tax-xogħol, li għalihom id-dejta kienet miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(81) |
Ta’ min isemmi li l-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni ppreżentata fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet vverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(82) |
L-indikaturi mikroekonomiċi ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni ipprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fir-risposti tagħhom tal-kwestjonarju. |
5.3.2. Indikaturi makroekonomiċi
(a) Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(83) |
Ix-xejriet għall-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(84) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet bi 32 % matul il-perjodu meqjus li jirrifletti sa ċertu punt l-evoluzzjoni pożittiva tal-konsum. Il-volumi tal-produzzjoni, madankollu, staġnaw bejn l-2010 u l-PI. |
|
(85) |
Filwaqt li l-kapaċità ta’ utilizzazzjoni tjiebet u żdiedet bi 13-il punt perċentwali matul il-perjodu meqjus, il-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet fundamentalment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
(b) Volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir
|
(86) |
Ix-xejriet rigward il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(87) |
Wara żieda konsiderevoli bejn l-2009 u l-2010, fil-kuntest ta’ żieda fil-konsum, il-volum ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati naqas u ma bbenefikax miż-żieda kontinwa fid-domanda (4,9 % punti perċentwali bejn l-2010 u l-2011). Dan huwa rifless ukoll fix-xejra ‘l fuq tal-ħażniet tal-għeluq, li żdiedu b’ 41 % matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fil-premessa (100) hawn taħt. |
|
(88) |
Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’ 4,7 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus minkejja din iż-żieda kostanti ta’ 50 % fil-konsum. |
|
(89) |
Kif indikat fil-premessa (68) hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni kien qiegħed jiżdied b’50 % bejn l-2009 u l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet soġġetti għal dumping żdied b’mod sinifikanti, b’110 % matul l-istess perjodu, kif indikat fil-premessa (70) hawn fuq. It-tkabbir sħiħ tas-suq tal-Unjoni bejn l-2009 u l-PI għalhekk ġie parzjalment assorbit mill-importazzjonijiet soġġetti għal dumping, filwaqt li l-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’40 % matul l-istess perjodu. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mit-tkabbir fil-konsum tal-Unjoni minħabba ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(c) L-impjiegi u l-produttività
|
(90) |
Minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli deskritta fil-premessi (94)-(99), l-impjieg tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Meta wieħed iqis iż-żieda fil-volum ta’ produzzjoni (ara l-premessa (84) hawn fuq), il-produttività kif imkejla bħala l-produzzjoni f’tunnellati għal kull persuna impjegata għal kull sena żdiedet bi 30 % matul l-istess perjodu li jissuġġerixxu li l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi sinifikanti biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) Id-daqs tal-marġni ta’ dumping attwali u l-irkupru minn dumping fil-passat
|
(91) |
Il-marġini tad-dumping ta’ tliet produtturi Indjani fil-kampjun li jesportaw huma ogħla mil-livell de minimis (ara l-premessa (62) hawn fuq). Meta jitqies is-settur tal-prodott ikkonċernat, il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-Indja, diskussi hawn fuq, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. |
|
(92) |
Huwa mfakkar li fl-1999 ġew imposti miżuri antidumping u kontra s-sussidju (4) dwar il-prodott ikkonċernat. Madankollu, minħabba ż-żmien li għadda bejn l-iskadenza tal-miżuri li ġew introdotti fl-1999 u l-investigazzjoni attwali, ma hemm l-ebda dejta disponibbli biex jiġi evalwat l-effett ta’ dumping fil-passat. L-investigazzjoni fi kwalunkwe każ ma ressqitx prova li l-industrija għadha qed tirkupra minn prassi preċedenti ta’ dumping. |
5.3.3. Indikaturi mikroekonomiċi
a) Prezzijiet tal-bejgħ medji għal kull unità fuq is-suq tal-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni
|
(93) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 34 % matul il-perijodu kkunsidrat. Iż-żieda tirrifletti ż-żieda ġenerali fil-prezz tal-materja prima esperjenzata mill-industrija matul l-istess perjodu. Fl-2011 u matul il-PI il-produtturi tal-Unjoni setgħu iżidu biss moderatament il-prezzijiet biex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, biżżieejd biex iżommu l-profittabilità kemm kemm ‘il fuq minn 1 % fl-2011 u f’bilanċ kemm kemm pożittiv fil-PI. Għalhekk, kif jidher fit-tabella hawn fuq, anki żieda sinifikanti fil-prezz tal-bejgħ ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tikseb livell raġonevoli ta’ profitt.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
b) Il-profittabilità, il-likwidità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital.
|
(94) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-likwidità tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbilità li jiżdied il-kapital żviluppaw kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(95) |
Il-profitabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampju ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Fl-2009, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu qed jagħmlu telf iżda bdew jirkupraw fl-2010 b’konformità maż-żieda b’50 % fil-konsum kif deskritt fil-premessa (68) hawn fuq. Madankollu, anke jekk il-qligħ żdied bi ftit, il-livelli tal-profitti għal 0,2 % kienu għadhom ferm taħt livell raġonevoli ta’ profittabilità fis-settur tal-azzar. Fil-fatt, il-marġini ta’ profitt immirat ġie proviżorjament stabbilit għal 5 %, għaliex huwa meqjus li jikkorrispondi għall-marġni li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur tal-prodott investigat f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni kif indikat mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk dan il-5 % ikun marġini ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa li kien ikkunsidrat bħala minimu xieraq f’investigazzjoni oħra f’prodotti simili fl-istess settur. |
|
(96) |
Matul il-PI l-produtturi tal-Unjoni irnexxilhom saħansitra jilħqu l-punt ta’ ekwilibriju; madankollu, il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ma ħallewhomx li jallinjaw il-prezzijiet tagħhom ma’ spejjeż u għalhekk biex ikun hemm riżultati sodisfaċenti. Din is-sitwazzjoni hija wkoll spjegata mill-fatt li l-prodott li qed jiġi investigat huwa meqjus bħala komodità u għalhekk il-prezzijiet huma l-fattur prinċipali li jaffettwa l-għażliet tal-klijent. |
|
(97) |
Il-likwidità, li hija l-ħila tal-industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess u li kien ikkalkulat abbażi tal-operazzjonijiet, kien negattiv sal-2010. Għalkemm tjieb fl-2011, naqas b’ 34 % bejn l-2011 u l-PI. |
|
(98) |
L-evoluzzjoni tal-profittabilità u l-likwidità matul il-perjodu kkunsidrat illimitat l-abilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jinvestu fl-attivitajiet tagħhom u dgħajjef l-iżvilupp tagħhhom. B’konsegwenza ta’ dan l-abilità tal-produtturi tal-Unjoni biex iżidu l-kapital u biex jiffinanzjaw l-ispejjż ġiet imxekkla. Għalkemm il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun irnexxielhom jagħmlu xi investimenti relatati mal-prodott simili fl-2010, dawn naqsu minn hemm ‘il quddiem u b’mod partikolari matul l-IP meta naqsu b’ 51 % meta mqabbla mal-livelli tal-2010. Barra minn hekk, anke jekk ir-redditu fuq l-investiment, espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, sar pożittiv fl-2011, naqas b’mod konsiderevoli, b’ 5,9 punti perċentwali matul l-IP, u laħaq livell baxx ta’ 0,8 %. |
|
(99) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun baqa’ pjuttost fraġili matul il-PI. |
c) Ħażniet
|
(100) |
Il-livell tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni żdied b’41 % matul il-perjodu kkunsidrat. iż-żjieda kkoinċidiet ma’ telf fis-sehem mis-suq, b’mod partikolari matul il-PI.
|
||||||||||||||||||||||
d) L-ispejjeż tax-xogħol
|
(101) |
Il-medja tal-ispejjeż tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b’mod modest matul il-perjodu kkunsidrat għalhekk ma jirrappreżentawx fattur determinanti fiż-żieda fl-ispiża ta’ produzzjoni.
|
||||||||||||||||||||||
5.4. Il-konklużjoni dwar id-dannu
|
(102) |
l-investigazzjoni uriet li l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx bis-sħiħ miż-żieda fil-konsum matul il-perijodu kkunsidrat u b’mod partikolari matul il-PI. Inizjalment, bejn l-2009 u l-2010, il-parti l-kbira tal-indikaturi tad-dannu li jikkaratterizzaw l-industrija tal-Unjoni ġeneralment tjiebet iżda, sussegwentement, is-sitwazzjoni ekonomika tagħha jew staġnat jew saħansitra marret għall-agħar. |
|
(103) |
Fil-fatt, fil-kuntest ta’ suq li qed jikber u jissaħħaħ, ċerti indikaturi bħalma huma l-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2009 u l-2010 iżda mbagħad irreġistraw tnaqqis mill-2010 ‘l quddiem. Din is-sitwazzjoni seħħet minkejja żieda kontinwa fil-konsum. |
|
(104) |
Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità, l-investiment u l-profitabilità ġew affettwati b’mod serju mill-pressjoni fuq il-prezzijiet li ppredomina fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari, matul il-PI. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biżżejjed sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha ta’ produzzjoni bejn l-2009 u l-2010. Il-profittabbiltà kienet qed titjib bejn l-2009 u l-2011 billi tagħmel profitt żgħir ta’ 1,4 % fl-2011; madankollu, hija reġgħet bdiet tiddeterjora matul il-PI meta laħqet biss livell ta’ ekwilibriju. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija tal-Unjoni biex issib il-kapital u biex tinvesti ġiet imxekkla wkoll. |
|
(105) |
Fid-dawl ta’ dak li ssemma, huwa konkluż proviżorjament li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
6. KAWŻALITÀ
6.1. Introduzzjoni
|
(106) |
Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping mill-Indja kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali punt li jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin jistgħu jkunu qegħdin jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati ukoll sabiex jiġi żgurat li dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jkunx ġie attribwit lill-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping. |
6.2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(107) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni żdied b’50 % matul il-perjodu kkunsidrat u fl-istess ħin il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja żdied aktar mid-doppju. Min-naħa l-oħra, iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkoinċidiet ma’ tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati bejn l-2010 u l-PI. |
|
(108) |
Fir-rigward tal-pressjoni tal-prezz prevalenti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Indja baqgħu kostantement aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Bit-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 15 % matul il-PI, importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta’ dumping żiedu s-sehem tas-suq tagħhom minn l-2009 u l-PI b’ 40 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’ 4,7 punti perċentwali (minn 67,6 % fl-2009 għal 62,9 % fil-PI). It-telf fis-sehem tas-suq juri li l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika miż-żieda fil-konsum biss sa ċertu punt. |
|
(109) |
Minħabba l-ispiża ta’ produzzjoni li dejjem tiżdied, l-industrija tal-Unjoni ppruvat iżżid il-prezz tal-unità lil klijenti mhux relatati kif muri fil-premessa (93) hawn fuq. Madankollu, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-ammonti li qed jiżdiedu ta’ importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta’ dumping kif iddikjarat hawn fuq, iż-żieda fil-prezz ma kinitx biżżejjed biex issostni l-ispejjeż dejjem jiżdiedu, għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tilħaq livelli ta’ profitt sodisfaċenti li jistgħu jkunu meqjusa bħala meħtieġa għal din l-industrija partikolari. |
|
(110) |
Abbażi ta’ li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hija li ż-żieda tal-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping mill-Indja bi prezzijiet li b’mod kostanti waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
6.3. L-effett ta’ fatturi oħrajn
6.3.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
Pajjiż |
|
2009 |
2010 |
2011 |
PI |
|
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Ir-RPĊ) |
Volum (tunnellati) |
8 129 |
10 853 |
14 360 |
16 403 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
134 |
177 |
202 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
6,2 |
5,8 |
7,3 |
8,3 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
94 |
118 |
134 |
|
|
Prezz medju |
1 914 |
2 607 |
2 835 |
2 508 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
136 |
148 |
131 |
|
L-Isvizzera |
Volum (tunnellati) |
8 094 |
10 700 |
9 187 |
9 115 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
132 |
113 |
113 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
6,2 |
5,7 |
4,7 |
4,6 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
93 |
75 |
75 |
|
|
Prezz medju |
3 423 |
4 063 |
4 475 |
4 360 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
119 |
131 |
127 |
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
|
|
|
|
|
|
|
Volum (tunnellati) |
4 900 |
6 775 |
6 355 |
6 266 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
138 |
130 |
128 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
3,7 % |
3,6 % |
3,2 % |
3,2 % |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
97 |
87 |
85 |
|
|
Prezz medju |
3 717 |
4 165 |
4 761 |
4 627 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
112 |
128 |
124 |
|
Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr l-Indja |
|
|
|
|
|
|
|
Volum (tunnellati) |
25 793 |
33 586 |
35 749 |
37 712 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
130 |
139 |
146 |
|
|
Sehem mis-suq (%) |
19,6 |
17,9 |
18,2 |
19,1 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
91 |
93 |
97 |
|
|
Prezz medju |
3 609 |
4 214 |
4 748 |
4 483 |
|
|
Indiċi (2009 = 100) |
100 |
117 |
132 |
124 |
|
(111) |
Apparti mill-importazzjonijiet mill-Indja li jikkostitwixxu 48 % tal-importazzjonijiet kollha fis-suq tal-Unjoni matul il-PI, kien hemm sorsi oħra ta’ importazzjonijiet, inkluża r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Korea u l-Isvizzera, li kellhom jiġu eżaminati fil-kuntest ta’ din ir-rabta kawżali. |
|
(112) |
L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Koreani u Svizzeri baqgħu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Indjani u dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u, b’mod partikolari, matul il-PI. Barra minn hekk, is-sehem tas-suq tagħhom żdied b’ 0.5 u 1.6 punti perċentwali rispettivament matul il-PI. |
|
(113) |
Il-prezz medju mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kien taħt il-livell tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem tas-suq ta’ dak il-pajjiż wera xejra li qed tiżdied waqt il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li t-taħlita tal-prodott irrappreżentat mill-importazzjonijiet Ċiniżi huwa differenti u li l-prodotti Ċiniżi ma kinux f’kompetizzjoni diretta ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni jew dawk ta’ oriġini Indjana. Għalhekk tqies li l-esportazzjonijiet Ċiniżi ma setgħux ikollhom impatt sinifikanti fuq it-tipi ta’ prodotti ewlenin mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe effett li l-importazzjonijiet miċ-Ċina seta’ kellu fuq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien wieħed minimu. |
|
(114) |
Barra minn hekk, produttur esportatur iddikjara li l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u l-Isvizzera kellhom jiġu inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(115) |
Minbarra l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet mogħtija hawn fuq, ta’ min jinnota li, fl-istadju tal-inizjazzjoni u sa issa, ma hemm l-ebda evidenza ta’ dumping, dannu u jew rabta kawżali jew li kienu jiġġustifikaw il-bidu ta’ proċediment antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, anke jekk ikun hemm evidenza li tiġġustifika l-investigazzjoni ta’ importazzjonijiet oħra, differenza fit-trattament li jikkonsisti fil-ftuħ ta’ proċediment antidumping kontra l-importazzjonijiet Indjani biss mhux se jikkwalifika bħala diskriminatorju. L-affermazzjoni li dawn il-pajjiżi kellhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni għalhekk hija bla bażi u qed tiġi miċħuda. |
|
(116) |
Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kkontribwewx b’mod sinifikanti għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
6.3.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(117) |
L-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw 8,5 % tal-produzzjoni totali fil-PI. Din is-sitwazzjoni hija riflessa minn esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li l-esportazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw 7 % tal-produzzjoni fl-IP u l-prezzijiet kienu 36 % ogħla minn dawk fis-suq tal-UE fl-istess perjodu. Abbażi ta’ dan, jista’ jiġi konkluż li l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkun il-kawża potenzjali ta’ dannu materjali. |
6.3.3. Il-kriżi ekonomika u l-prezzijiet tal-materja prima
|
(118) |
Kif imsemmi fil-premessa (68)hawn fuq, il-konsum fl-2009 kien partikolarment baxx minħabba l-livell tal-prezzijiet għolja eċċezzjonali ta’ nikil u l-effetti tal-kriżi ekonomika. Din is-sitwazzjoni ċertament tispjega b’mod partikolari l-istat finanzjarju ħażin tal-industrija tal-Unjoni fl-2009. Madankollu, ta’ min jinnota li f’sitwazzjoni ta’ konsum li qed jiżdied mill-2010 ‘il quddiem, il-prestazzjonijiet ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx huma f’kuntrast ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(119) |
L-investigazzjoni wriet li anke matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum u kienet qed titlef fis-sehem tas-suq matul il-perjodu meqjus, filwaqt li l-esportazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta’ dumping kisbu aktar sehem mis-suq. |
|
(120) |
Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika setgħet ikkontribwiet għall-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni, b’mod ġenerali, ma jistax jiġi kkunsidrat li din kellha impatt tant li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni ta’ dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari, matul il-PI. |
6.4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(121) |
Intwera li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw miill-Indja fil-perjodu kkunsidrat (b’110 % u 40 % rispettivament). B’żieda ma’ dan, instab li dawn l-importazzjonijiet kienu b’mod kostanti qed iwaqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u, b’mod partikolari, matul il-PI (fuq medja b’15 %). |
|
(122) |
Din iż-żieda fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta’ dumping, seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp kajman fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni b’mod partikolari mill-2010. Għalhekk, minkejja l-irkupru tal-konsum, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni għall-klijent tagħha għal livell sodisfaċenti u konsegwentement indikaturi finanzjarji bħall-profitabilità, il-likwidità u l-investiment baqgħu f’livelli baxxi. |
|
(123) |
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(124) |
Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
(125) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja s-sejba proviżorja ta’ dumping li jikkawża dannu, jeżistu raġunijiet b’saħħithom biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
7.2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(126) |
L-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa hija magħmula minn 27 produttur magħrufa li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-prodott simili. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament 1 747 persuna b’rabta mal-prodott simili matul il-PI. |
|
(127) |
Produttur wieħed tal-Unjoni, li jirrappreżenta sehem relattivament żgħir tal-produzzjoni tal-Unjoni u li għandu kumpanija relatata fl-Indja oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (22), gie argumentat ukoll li dawn il-prodotti tekniċi ħafna m’għandhomx ikunu koperti u li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi l-istess miżuri fuq dan it-tip ta’ prodott. |
|
(128) |
Kif imsemmi fil-premessa (72) dan it-tħassib kien indirizzat fil-kwestjonarju billi jkabbru l-PCN li jidentifikati b’mod ċar dawn it-tipi fl-investigazzjoni. Madankollu, f’dan l-istadju, l-investigazzjoni wriet li prodotti tekniċi ħafna kienu koperti mill-investigazzjoni u li produtturi Indjani li jesportaw esportaw biss kwantitajiet limitati ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti. Għalhekk, it-tħassib espress minn dan il-produttur ma kinux ikkunsidrati bħala ġustifikati u t-talba tiegħu ġiet irrifjutata. |
|
(129) |
Ġie stabbilit li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja. Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ miż-żieda fil-konsum u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni baqgħet fraġli. |
|
(130) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dażji antidumping għandha trodd lura kundizzjonijiet kummerċjali ġusti fis-suq tal-Unjoni, li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tallinja l-prezzijiet tal-prodott simili mal-ispejjeż tal-produzzjoni. |
|
(131) |
Jista’ jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji għandhom jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra tal-anqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b’mod ġenerali. -impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti li l-industrija żżomm u tiżviluppa aktar l-isforzi tagħha biex tkun kost effiċjenti. |
|
(132) |
Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ sejra lura. |
|
(133) |
Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping minn importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.3. L-interess tal-utenti
|
(134) |
Kwestjonarji ntbagħtu lil disa’ utenti fl-Unjoni. Tlieta biss wieġbu għall-kwestjonarju li jirrappreżenta madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mill-Indja tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. Dawn huma preżenti fis-setturi li jirrigwardaw l-ipproċessar tal-ikel inklużi kċejjen kummerċjali u catering, tagħmir tad-dar, l-industrija tal-karozzi. |
|
(135) |
Fuq medja, ix-xiri mill-Indja kkostitwixxa madwar 67 % tax-xiri totali tagħhom tal-prodott ikkonċernat, u l-Indja rrappreżenta is-sors ta’ provista esklussiva biss għal utent wieħed. Matul il-PI, il-medja perċentwali tal-fatturat li jinkorpora l-prodott ikkonċernat irrappreżenta 54 % tal-fatturat totali tagħhom. |
|
(136) |
L-investigazzjoni wriet li, matul il-PI, il-profitabilità medja tal-utenti li kkooperaw kollha fis-setturi li jużaw il-prodott ikkonċernat kienet ogħla minn 9 % fuq il-fatturat. |
|
(137) |
L-effett probabbli tal-miżuri proposti ġiet ivvalutata abbażi tar-risposti għall-kwestjonarju li waslu mingħand l-utenti u s-suq totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. Jekk wieħed jassumi li l-agħar xenarju għas-suq tal-Unjoni, jiġifieri li l-ebda żieda fil-prezz ma tista’ tkun mgħoddija lill-katina ta’ distribuzzjoni u li l-utenti jkollhom ikomplu jixtru mill-Indja f’volumi preċedenti, l-impatt tad-dazju fuq il-profitabilità tal-utenti ikun ifisser tnaqqis ta’ madwar 1,2 punti perċentwali. |
|
(138) |
Għandu jiġi nnutat li utent wieħed kellu pożizzjoni newtrali fir-rigward tal-investigazzjoni miħabba li jqis li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tas-suq billi ż-żieda potenzjali fil-prezz tiġi assorbita mid-distributuri. |
|
(139) |
Utent ieħor esprima tħassib li, jekk ikunu imposti, miżuri jolqtu ukoll ċerti tipi ta’ prodotti li m’għadhomx prodotti fl-Unjoni. L-investigazzjoni wriet, madankollu li t-tipi ta’ prodotti msemmija minn dan l-utent għadhom prodotti fl-Unjoni u li d-domanda ta’ dawk it-tipi ta’ gradi ta’ azzar inossidabbli mhijiex sinifikanti. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx bil-kapaċità sħiħa tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, u għalhekk jekk id-domanda tiżdied il-produzzjoni tista’ ssegwi skont dan. |
|
(140) |
Ta’ min jinnota li billi l-prodott ikkonċernat huwa standardizzat f’termini ta’ settur u l-użu, l-utenti jistgħu faċilment ibiddlu s-sorsi tal-provista tagħhom fejn il-kwalità tal-prodott, jew il-prezz huma kkonċernati. L-impożizzjoni ta’ miżuri m’għandhiex tipprekludi l-possibbiltà ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi oħra u anke mill-Indja ladarba l-effetti li jgħawġu l-kummerċ minħabba dumping jiġu eliminati. |
|
(141) |
Meta jiġi kkunsidrat dan li ntqal hawn fuq, anki jekk xi utenti x’aktarx se jiġu affettwati aktar minn oħrajn b’mod negattiv bil-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-Indja, l-impatt ġenerali fuq l-utenti huwa kkunsidrat bħala wieħed limitat. |
7.4. L-interess tal-importaturi
|
(142) |
Kooperazzjoni limitata inkisbet minn importaturi mhux relatati. Disa’ importaturi pprovdew it-tagħrif għat-teħid ta’ kampjuni, iżda wieħed biss ikkoopera. Din il-kumpanija rrappreżentat madwar 7 % tal-importazzjonijiet totali mill-Indja matul il-PI. Il-kumpanija topponi l-impożizzjoni tal-miżuri billi l-Indja hija bil-bosta l-aktar fornitur importanti tagħha. Għalkemm l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq il-profitabilità tagħha minħabba spejjeż ogħla li jiġu mġarrba, il-kumpanija ta’ importazzjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tgħaddi mill-inqas parti miż-żieda fl-ispiża lil konsumaturi tagħha. |
|
(143) |
Barra minn hekk, l-importaturi jistgħu jibdlu għal sorsi oħra inklużi l-industrija tal-Unjoni u pajjiżi esportaturi oħra. |
|
(144) |
Abbażi ta’ dan, huwa proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping proviżorji mhux se jkollha effetti negattivi sostanzjali fuq l-interess tal-importaturi. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(145) |
Fid-dawl ta’ dak t’hawn fuq, ġie proviżorjament konkluż li ġeneralment, abbażi tat-tagħrif disponibbli li jikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m’hemm l-ebda raġunijiet sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja. |
|
(146) |
Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-impatt globali tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, l-effetti pożittivi, b’mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni jidhru li jegħlbu l-impatti negattivi potenzjali fuq il-grupp ta’ interess l-ieħor aktar limitat. |
8. PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVIŻORJI ANTIDUMPING
|
(147) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping proviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
8.1. Il-livell ta’ tneħħija tad-dannu
|
(148) |
Sabiex jiġi determinat il-livell ta’ dawn il-miżuri, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(149) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(150) |
Għalhekk, il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ġie kkalkulat abbażi ta’ paragun tal-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz fil-premessa (77) hawn fuq, u l-prezz mhux dannuż tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi ġie miżjud mal-ispiża tal-produzzjoni livell raġonevoli ta’ profitt. Il-marġini ta’ profitt ta’ mira ġie proviżorjament stabbilit għal 5 % kif iddikjarat fil-premessa (95). |
|
(151) |
Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espress bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali ara l-premessa (154). |
8.2. Miżuri proviżorji
|
(152) |
Fid-dawl ta’ dak imsemmi, huwa meqjus li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji proviżorji antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-India fil-livell tal-marġini l-aktar baxxi ta’ dumping u dannu, skont ir-regola tal-anqas dazju. |
|
(153) |
F’dak li jirrigwarda l-investigazzjoni dwar l-antidumping, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tat-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (5) l-ebda prodott m’għandu jkun suġġett kemm għal dazji antidumping kif ukoll għal dazji kompensatorji għall-iskop ta’ trattament tal-istess sitwazzjoni unika maħluqa minn dumping u minn sussidju tal-esportazzjoni. L-iskemi ta’ sussidju kollha indirizzata f’Regolament proviżorju kontra s-sussidju (6) jirreferu għal sussidju tal-esportazzjoni. Ir-rati proviżorji relevanti ta’ dażji antidumping tal-produtturi li jikkooperaw ikkonċernati huma għalhekk aġġustati kif suppost. |
|
(154) |
Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, ir-rati proviżorji tad-dazji antidumping ġew stabbiliti permezz tat-tqabbil tal-marġni tat-tneħħija tad-dannu, il-marġni tad-dumping u r-rati ta’ dazju ta’ kontrobilanċ. Għaldaqstant, id-dazji proviżorji antidumping huma kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(155) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju mal-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(156) |
Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju antidumping tal-kumpanniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (7) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u esportat assoċjat, per eżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
|
(157) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju residwali mhux biss għandu japplika għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(158) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li ppreżentaw ruħom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu smigћ. Barra minn hekk, għandu jingħad li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejbiet definittivi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju proviżorju antidumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li:
|
— |
2,5 % jew iktar tal-piż tiegħu huwa nikil, ħlief wajer li fih 28 % jew iktar imma mhux iktar minn 31 % tal-piż tiegħu huwa nikil u 20 % jew iktar imma mhux iktar minn 22 % tal-piż tiegħu huwa kromju, |
|
— |
inqas minn 2,5 % tal-piż tiegħu huwa nikil, ħlief fil li 13 % jew iktar imma mhux iktar minn 25 % tal-piż tiegħu huwa kromju u 3,5 % jew iktar imma mhux iktar minn 6 % tal-piż tiegħu huwa aluminju, |
li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina fl-Indja.
2. Ir-rati tad-dazju proviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji hawn taħt se tkun:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Raajratna Metal Industries, Ahmedabad, Gujarat |
12,9 |
B775 |
|
Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra |
22,9 |
B776 |
|
Precision Metals, Mumbai, Maharashtra |
22,9 |
B777 |
|
Hindustan Inox Ltd., Mumbai, Maharashtra |
22,9 |
B778 |
|
Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd., Mumbai, Maharashtra |
22,9 |
B779 |
|
Viraj Profiles Vpl. Ltd., Thane, Maharashtra |
24,4 |
B780 |
|
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
20,2 |
B781 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
27,8 |
B999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.
Artikolu 2
1. Bla ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu fehmiethom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 240, 10.8.2012, p. 15.
(3) ĠU C 240, 10.8.2012, p. 6.
(4) Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 1), (KE) Nru 1600/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999. p. 19) u (KE) Nru 1601/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 26).
(5) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(6) Ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 8/20, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.
ANNESS
Produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw li mhumiex parti mill-kampjun
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC B781
|
Isem l-impriża |
Belt |
|
Bekaert Mukand Wire Industries |
Lonand, tal. Khandala, Satara District, Maharastra |
|
Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd. |
Mumbai, Maharashtra |
|
Bhansali Stainless Wire |
Mumbai, Maharashtra |
|
Chandan Steel |
Mumbai, Maharashtra |
|
Drawmet Wires |
Bhiwadi, Rajastan |
|
Garg Inox Ltd |
Bahadurgarh, Haryana |
|
Jyoti Steel Industries Ltd. |
Mumbai, Maharashtra |
|
KEI Industries |
New Delhi |
|
Macro Bars and Wires |
Mumbai, Maharashtra |
|
Mukand Ltd. |
Thane |
|
Nevatia Steel & Alloys Pvt. Ltd. |
Mumbai, Maharashtra |
|
Panchmahal Steel Ltd. |
Dist. Panchmahals, Gujarat |