Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0405

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 405/2013 tat- 2 ta’ Mejju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Perù

ĠU L 121, 3.5.2013, p. 35–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/405/oj

3.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 405/2013

tat-2 ta’ Mejju 2013

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Perù

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Skont id-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm ikun hemm it-tmiem tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Marzu 2013.

(2)

Is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima B tal-Appendiċi 1 għall-Anness I tal-Ftehim jikkonċerna l-eliminazzjoni tariffarja fl-Iskeda tal-Parti tal-UE għal oġġetti li joriġinaw fil-Perù. Għal numru ta’ prodotti speċifiċi, huwa jipprovdi għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji. Huwa għalhekk meħtieġ li tiftaħ kwoti tariffarji għal prodotti bħal dawn.

(3)

Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (3), kif emendat minn Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 (4), fih kodiċijiet ta’ NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim. Il-kodiċijiet il-ġodda għandhom għalhekk ikunu riflessi fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(6)

Billi l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Marzu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fil-Perù u elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti li joriġinaw fil-Perù u elenkati fl-Anness, għandhom fil-kwota tariffarja rispettiva stipulata fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, jiġu sospiżi.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji referuti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikoli 308a u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Marzu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(4)  ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Ordni Nru

Kodiċi NM

Isem il-merkanzija

Perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(f’tunnellati ta’ piż nett jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7210

0201

0202

0206 10 95

0206 29 91

0210 20

0210 99 51

0210 99 90

1602 50 10

1602 90 61

Laħam ta’ bovini, frisk jew imkessaħ

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

1 792  (1)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

2 365  (1), (2)

09.7211

0403 90

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

1 584

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

2 090  (3)

09.7212

0405

Butir u xaħmijiet oħrajn u żjut derivati mill-ħalib; prodotti li jiddelku li ġejjin mill-ħalib

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

417

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

550  (4)

09.7213

0406

Ġobon u baqta

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

2 084

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

2 750  (5)

09.7214

0703 20

Tewm

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

625

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

825  (6)

09.7215

2105

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

From 1.3.2013 to 31.12.2013

125

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

165  (7)

09.7216

1005 90

Qamħirrum, għajr żrieragħ

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

8 334

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

11 000  (8)

09.7217

0711 51

Faqqiegħ tal-ġenus Agaricus ippriservat provviżorjament, iżda f’dan l-istat mhux tajjeb għal konsum immedjat

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

84

2003 10

Faqqiegħ tal-ġenus Agaricus, ippreparat jew ippriżervat b’mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku.

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

110  (9)

09.7218

0402 10

0402 21

0402 99

Ħalib u krema, ikkonċentrati jew li jkun fihom zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa, fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

2 500

0402 29

Ħalib u krema, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, f’forom oħra minn trab, ħbub jew forom solidi oħrajn

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

3 300  (10)

09.7219

0402 91

Ħalib u krema, ikkonċentrati, iżda li ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, f’forom oħra minn trab, ħbub jew forom solidi oħrajn

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

5 000

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

6 600  (11)

09.7220

0203 11 10

0203 12 11

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 13

0203 19 15

0203 19 55

0203 19 59

0203 21 10

0203 22 11

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 13

0203 29 15

0203 29 55

0203 29 59

Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

3 334

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

4 400  (12)

09.7221

Ex02 07

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor għajr fwied, tat-tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew iffriżat

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

6 250

0210 99 39

Laħam ieħor, immellaħ, f’ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat; smida oħra tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam tajbin għall-ikel

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

8 250  (13)

1602 20

1602 31

1602 32

1602 39

Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm, ta’ fwied ta’ kull annimal jew ta’ tjur tat-titolu 0105

09.7222

Ex10 06

Ross, ħlief ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), għaż-żriegħ

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

28 334

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

37 400  (14)

09.7223

2208 40 51

2208 40 99

Rum u spirti oħra miksub permezz tad-distillazzjoni ta’ prodotti miz-zokkor tal-kannamieli ffermentati, f’kontenituri li jesgħu aktar minn 2 litri

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

834 ettolitri (imfissra f’unità ekwivalenti ta’ alkoħol pur)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 100 ettolitri (imfissra f’unità ekwivalenti ta’ alkoħol pur) (15)

09.7224

0710 40

0711 90 30

2001 90 30

2004 90 10

2005 80

Qamħ ħelu

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

584

2008 99 85

Qamħirrun, ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreżervat mod ieħor, li ma fihx spirtu miżjud jew zokkor miżjud

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

770  (16)

09.7225

0403 10

Jogurt

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

25

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

33  (17)

09.7226

1701 13

1701 14

1701 91

1701 99

Zokkor tal-kannamieli, li ma fihx sustanzi miżjuda għat-togħma jew għall-kulur; zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida, minbarra zokkor mhux raffinat li ma jkollux sustanzi miżjuda għat-togħma jew għall-kulur

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

18 334 (espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor mhux maħdum)

1702 30

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li ma fihomx fruttożju jew fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruttożju

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

22 660 (espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor mhux maħdum) (18)

1702 40 90

Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li fih, fil-forma niexfa, għallinqas 20 % iżda anqas minn 50 % skont il-piż tal-fruttożju, eżkluz iz-zokker invertit:

1702 50

Fruttożju kimikament pur

1702 90 30

1702 90 50

1702 90 71

1702 90 75

1702 90 79

1702 90 80

1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u taħlitiet oħra ta’ zokkor u ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruttożju, ħlief maltożju kimikament pur

09.7227

Ex17049099

Ħelu taz-zokkor ieħor li ma fihx kawkaw, li fih 70 % jew iktar tal-piż sukrożju

Mill-1.3.2013 sal-31.12.2013

8 334

1806 10 30

1806 10 90

Trab tal-kawkaw b’65 % jew aktar, bil-piż, ta’ sukrożju jew iżoglukożju muri bħala sukrożju

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

10 300  (10)

Ex18062095

Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg, fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew iktar tal-piż sukrożju

Ex19019099

Preparazzjonijiet oħra tal-ikel tad-dqiq, frak oħxon, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % ta’ kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju; preparazzjonijiet oħra tal-ikel ta’ oġġetti fl-intestaturi minn 0401 sa 0404 , li ma jkunx fihom kawkaw jew li jkun fihom inqas minn 5 % bil-piż ta’ kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrożju

Ex20060031

Ex20060038

Frott (esklużi frott tropikali u ġinġer), ħaxix, ġewż (minbarra l-lewż tropikali), qxur tal-frott u partijiet oħra ta’ pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glacé jew mgħasslin), li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju

Ex20079110

Ex20079920

Ex20079931

Ex20079933

Ex20079935

Ex20079939

Ġammijiet, ġelatini tal-frott, marmellati, purée tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott jew tal-ġewż, miksuba permezz tat-tisjir, li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju

Ex20 09

Meraq tal-frott (minbarra meraq tat-tadam, meraq ta’ frott tropikali u taħlitiet ta’ meraq tal-frott tropikali) u meraq tal-ħaxix b’valur mhux ogħla minn EUR 30 għal kull 100 kg piż nett, mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, li fiha 30 % jew aktar bil-piż ta’ zokkor miżjud

Ex21011298

Ex21012098

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ tè jew mate li jkun fiha 70 % jew aktar f’piż tas-sukrows/isoglukows

2106 90 30

2106 90 59

Xroppi tal-isoglukosju b’sustanzi miżjuda għat-toma jew il-kulur Ġuleppijiet taz-zokkor oħrajn imħawrin jew kuluri oħra minn xropp tal-laktosju, xropp tal-glukosju u xiropp tal-maltodextrine

Ex21069098

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju

Ex33021029

Taħlitiet ta’ sustanzi bir-riħa u taħlitiet b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’ qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jaqbiżx 0,5 %, li fihom 70 % jew iktar tal-piż sukrożju


(1)  Espress bħala ekwivalent tal-piż tal-karkassi kif ġej: 100 kilogramma ta’ laħam bl-għadam se jkun ekwivalenti għal 70 kilogramma ta’ laħam mingħajr għadam.

(2)  B’żieda ta’ 215-il tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(3)  B’żieda ta’ 190 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(4)  B’żieda ta’ 50 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(5)  B’żieda ta’ 250 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(6)  B’żieda ta’ 75 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(7)  B’żieda ta’ 15-il tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(8)  B’żieda ta’ 1 000 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(9)  B’żieda ta’ 10 tunnellati metriċi kull sena mill-2015.

(10)  B’żieda ta’ 300 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(11)  B’żieda ta’ 600 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(12)  B’żieda ta’ 400 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(13)  B’żieda ta’ 750 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(14)  B’żieda ta’ 3 400 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(15)  B’żieda ta’ 100 ettolitri (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) kull sena mill-2015.

(16)  B’żieda ta’ 70 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(17)  B’żieda ta’ 3 tunnellati metriċi kull sena mill-2015.

(18)  B’żieda ta’ 660 tunnellata metrika kull sena (espressi f’ekwivalenti ta zokkor mhux maħdum) kull sena mill-2015.


Top