This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0396
Commission Implementing Regulation (EU) No 396/2013 of 30 April 2013 amending Regulation (EU) No 1014/2010 as regards certain requirements for the monitoring of CO 2 emissions from new passenger cars Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat- 30 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat- 30 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 120, 1.5.2013, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0392
1.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 396/2013
tat-30 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi tal-esperjenza li nkisbet mill-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri fl-2010 u fl-2011, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ġie emendat biex il-ġbir tad-dejta rilevanti ġie ssimplifikat u biex il-manifatturi ngħataw il-mezzi sabiex jivverifikaw dik id-dejta b’mod effiċjenti. |
(2) |
Sabiex jiġi previst approċċ koerenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jiġi allinjat mal-emendi li saru fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
(3) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1014/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1014/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3(7) għandu jinbidel b’dan li ġej: “7. Meta vettura jkollha distanzi bejn il-fusien ta’ wisa’ differenti, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-wisa’ massimu tal-fus taħt il-parametri “wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir” jew “wisa’ bejn rota u oħra tal-fusien l-oħrajn” fid-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata.” |
(2) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 Tħejjija tad-dejta mill-Istati Membri Meta jkunu qed ilestu d-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata, l-Istati Membri għandhom jinkludu:
Id-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata għandha tiġi rrappurtata bil-preċiżjoni stabbilita fit-tabella fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.” |
(3) |
L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-KE 1. F’każ li l-karozzi tal-passiġġieri jkunu suġġetti għal approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE jew għal approvazzjoni individwali skont l-Artikolu 24 tal-istess Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd rispettiv ta’ dawn il-karozzi rreġistrati fit-territorju tagħhom, kif speċifikat fl-ewwel tabella mogħtija fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. 2. L-Istati Membri jistgħu jimlew id-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata għall-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 u, f’dak il-każ, għandhom jużaw waħda mid-denominazzjonijiet li ġejjin minflok isem il-manifattur:
|
(4) |
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 għandhom jinbidlu bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.
ANNESS
ANNESS I
Sorsi tad-dejta
Parametru |
Ċertifikat ta’ konformità (il-Parti I, il-Mudell A1, A2 jew B stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE, skont kif ikun xieraq) |
Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (id-Direttiva 2007/46/KE) |
Il-manifattur |
It-Taqsima 0.5 |
It-Taqsima 0.5 tal-Parti I tal-Anness III |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu |
It-Taqsima 0.10 |
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Anness VI |
It-tip |
It-Taqsima 0.2 |
It-Taqsima 0.2 tal-Parti I tal-Anness III |
Il-varjant |
It-Taqsima 0.2 |
Il-Parti II tal-Anness III |
Il-verżjoni |
It-Taqsima 0.2 |
Il-Parti II tal-Anness III |
L-għamla |
It-Taqsima 0.1 |
It-Taqsima 0.1 tal-Parti I tal-Anness III |
L-isem kummerċjali |
It-Taqsima 0.2.1 |
It-Taqsima 0.2.1 tal-Parti I tal-Anness III |
Il-kategorija tal-vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip |
It-Taqsima 0.4 |
It-Taqsima 0.4 tal-Parti I tal-Anness III |
Il-massa (f’kg) |
It-Taqsima 13 |
It-Taqsima 2.6 tal-Parti I tal-Anness III (1) |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (fi g/km) (2) |
It-Taqsima 49.1 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
It-tul bejn il-fusien (f’mm) |
It-Taqsima 4 |
It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (1) |
Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn (f’mm) |
It-Taqsima 30 |
It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (3) |
It-tip ta’ fjuwil |
It-Taqsima 26 (jew it-Taqsima 23) |
It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti I tal-Anness III |
Il-modalità tal-fjuwil |
It-Taqsima 26.1 (jew it-Taqsima 23.1) |
It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti I tal-Anness III |
Il-kapaċità tal-magna (f’ċm3) |
It-Taqsima 25 |
It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti I tal-Anness III |
Il-konsum tal-enerġija elettrika (f’Wh/km) |
It-Taqsima 49.2 |
|
ANNESS II
Tabella dwar il-preċiżjoni tad-dejta
Il-preċiżjoni meħtieġa għad-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata li għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 2:
Is-CO2 (fi g/km) |
Numru sħiħ |
Il-massa (f’kg) |
Numru sħiħ |
It-tul bejn il-fusien (f’mm) |
Numru sħiħ |
Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn (f’mm) |
Numru sħiħ |
It-tnaqqis fl-emissjonijiet permezz tat-teknoloġiji innovattivi (fi g/km) |
Numru mqarreb għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali |
(1) Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament.
(2) Skont l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament.
(3) Skont l-Artikolu 3(7) u 3(8) ta’ dan ir-Regolament.