This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0384
Commission Implementing Regulation (EU) No 384/2013 of 22 April 2013 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2013 tat- 22 ta’ April 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2013 tat- 22 ta’ April 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 117, 27.4.2013, pp. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
27.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 384/2013
tat-22 ta’ April 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun ipprovdut li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi ħdan il-limiti ta’ żmien iffisat mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ jinvoka t-tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Oġġett f’għamla ta’ ċilindru b’dijametru ta’ madwar 7 mm u tul ta’ madwar 130 mm, li jikkonsisti f’saff ta’ barra tal-karti li jżomm il-komponenti li ġejjin f’posthom:
Safejn għandhom x’jaqsmu l-fibri ċelluloża tal-aċetat fil-filtri differenti [C, I, A], il-fibri jkunu orjentati paralleli ma’ xulxin. Il-fibri jiffurmaw korp flessibbli u qisu sponża tal-istess ħxuna, u huma faċilment separabbli u jistgħu jitnittfu. Fiċ-ċilindru, il-komponenti huma mqiegħda fl-ordni li ġejja:
Il-persentaġġ bil-piż ta’ materjali differenti fl-Artikolu huwa kif ġej:
L-oġġett huwa ddisinjat biex jinqata’ u jintuża fil-produzzjoni tas-sigaretti bil-filtru. Mhuwiex evidenti mill-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett kif se jinqata’. (Ara r-ritratti Nri 664 A u B) (*1) |
5601 22 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 4 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 5601 , 5601 22 u 5601 22 10 . L-oġġett fih aktar filtraġġ mill-kompeneti tat-tabakk. It-tabakk jista’ jibqa’ mpoġġi bejn żewġ filtri u għalhekk jista’ ma jinħaraqx imma jiġi użat biss bħala komponent li joħloq it-togħma fis-sigarett. It-tabakk jikkostitwixxi biss madwar terz tal-volum tal-oġġett. Konsegwentement, il-filtri differenti jagħtu lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3 (b). Il-fibri tċelluloża al-aċetat pur [A] flimkien ma’ dawk mimlijin [I] jikkostitwixxu persentaġġ akbar skont il-piż u skont il-volum minn fibri ċelluloża tal-aċetat b’karbonju attivat [C]. Konsegwentement, il-filtri magħmula minn fibri ċelluloża puri u mimlijin bl-aċetat [A, I] jagħtu lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu fit-tifsira tal-GIR 3 (b). Il-filtri magħmula minn fibri ċelluloża puri u mimlijin bl-aċetat [A, I] m’għandhomx il-koeżjoni u s-saħħa meħtieġa. Konsegwentement, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 5602 bħala “felt” jew 5603 bħala “materjali mhux minsuġin” hija eskluża. Il-filtri magħmula minn fibri ċelluloża puri u mimlijin bl-aċetat [A, I] mhumiex magħmula minn “drapp” tessili skont it-tifsira tan-Nota 1 tal-Kapitolu 63. Konsegwentement, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6307 hija eskluża. Fi ħdan il-filtri magħmula minn fibri ċelluloża puri u mimlijin bl-aċetat [A, I], il-fibri jkunu orjentati paralleli ma’ xulxin. Konsegwentment, huma esklużi minn klassifikazzjoni taħt l-intestatura 5601 bħala “oġġetti ta’ tajjar”. Peress li l-filtri magħmula minn fibri ċelluloża puri u mimlijin bl-aċetat [A, I] ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt l-ebda intestatura f’konformità mal-GIR 1 sa 3, huma għandhom ikunu kklassifikati bl-applikazzjoni tal-GIR 4 fl-intestatura xierqa għall-oġġetti li huma l-iżjed jixbhu. Peress li huma faċilment separabbli u jistgħu jitnittfu, u jiffurmaw korp flessibbli u qisu sponża tal-istess ħxuna, id-dehra tagħhom minn barra hi dik ta’ tajjar. Konsegwentement, il-filtri [A, I] għandhom ikunu kklassifikati taħt l-intestatura 5601 (ara wkoll l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni SA li tikklassifika l-“vireg biex isiru t-truf tal-filtri tas-sigaretti” taħt is-subintestatura 5601 22 ). Il-mili tal-fibri ċelluloża tal-aċetat [I] ma jeskludix il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 5601 għaliex is-sustanza tal-agglutinazzjoni ma tippenetrax fis-saffi ta’ ġewwa tal-fibri (ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 5601 , (A), ir-raba’ paragrafu). Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 5601 22 10 bħala “oġġetti ta’ tajjar ta’ fibri magħmulin mill-bniedem”. |
|
|
|
(*1) Ir-ritratti huma għall-għan ta’ informazzjoni biss.