This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0335
Commission Implementing Regulation (EU) No 335/2013 of 12 April 2013 amending Regulation (EC) No 1974/2006 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1698/2005 on support for rural development by the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2013 tat- 12 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2013 tat- 12 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
ĠU L 105, 13.4.2013, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0807
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 335/2013
tat-12 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(2) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (3). Dik il-proposta introduċiet strateġija ġdida għall-iżvilupp rurali msejsa fuq l-għażliet politiċi msemmija fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-PAK lejn l-2020: Nissodisfaw l-isfidi futuri territorjali, alimentari u tar-riżorsi naturali” (4) u d-diskussjoni estensiva li segwietha. Meta tiġi adottata, din il-proposta se ġġib bidliet sostanzjali għall-politika tal-iżvilupp rurali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontenut ta’ għadd ta’ miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u inklużi fil-programmi ta’ żvilupp rurali tal-Istati Membri. |
(3) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li r-riżorsi tal-FAEŻR għall-perjodu tal-ipprogrammar ta’ wara l-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 jiġu ddedikati, kemm jista’ jkun, għall-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija l-ġdida għall-iżvilupp rurali. Huwa inevitabbli li jkun hemm perjodu ta’ applikazzjoni komuni tal-programmi tal-iżvilupp rurali u d-dispożizzjonijiet legali korrispondenti tal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 u dawk tal-perjodu tal-ipprogrammar sussegwenti. Minħabba f’hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stabbiliti skont il-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 jiġu applikati skont tali kundizzjonijiet li ma jieħdux parti sproporzjonata mir-riżorsi finanzjarji tal-perjodu tal-ipprogrammar sussegwenti. |
(4) |
Għandu għalhekk jiġi previst li l-Istati Membri ma għandhomx jimpenjaw irwieħhom b’impenji legali ġodda mal-benefiċjarji għal miżuri multiannwali li jafu jestendu sew fil-perjodu tal-ipprogrammar sussegwenti u li, b’riżultat tal-istrateġija l-ġdida tal-iżvilupp rurali, aktarx li ma jitkomplewx jew jiġu modifikati b’mod sinifikanti. |
(5) |
L-Artikolu 27(12) u l-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jillimitaw l-estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-impenji agroambjentali, tal-benesseri tal-annimali jew tal-ambjent tal-foresti sa tmiem il-perjodu tal-primjum li tirreferi għalih il-pretensjoni tal-ħlas tal-2013. Biex jiġi żgurat li kwalunkwe dewmien fil-proċess tas-sottomissjoni u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali l-ġodda ma jolqotx ħażin fuq il-kontinwità tal-implimentazzjoni tal-politika, il-possibbiltà li jiġu estiżi dawk l-impenji għandha tittawwal sa tmiem il-perjodu tal-primjum li tirreferi għalih il-pretensjoni tal-ħlas tal-2014. |
(6) |
Hekk kif qed joqrob tmiem il-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013, il-piż proċedurali għall-Istati Membri li jagħmlu bidliet fil-programmi tal-iżvilupp rurali għandu jitnaqqas, filwaqt li jinżamm livell xieraq ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandu jkollhom possibbiltajiet imsaħħa li jittrasferixxu, b’mod f’waqtu, u bi proċeduri ta’ notifikazzjoni, ammonti minn ċerti miżuri li fil-każ tagħhom mhu se jkun hemm l-ebda ħtieġa ta’ dawk l-ammonti għal miżuri oħrajn. Il-limitu tal-flessibbiltà għat-trasferimenti fost l-assi għandu għalhekk jitkabbar. |
(7) |
Huwa importanti li tiġi żgurata l-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp rurali u li jkun hemm bidla bla intoppi minn perjodu tal-ipprogrammar għal dak ta’ warajh. Għaldaqstant, għandu jiġi speċifikat li n-nefqa marbuta mal-evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi l-ġodda u l-kostijiet preparatorji għat-tiswir ta’ strateġiji tal-iżvilupp lokali għall-perjodu tal-ipprogrammar ta’ wara l-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 tkun parti mill-attivitajiet preparatorji li għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ assistenza teknika. Barra minn hekk, għandu jkunu possibbli li jiġu ffinanzjati attivitajiet preparatorji jekk dawn ikunu konnessi mal-attivitajiet tal-programmi ta’ żvilupp rurali attwali u huma neċessarji biex jiżguraw il-kontinwità u l-bidla bla intoppi minn perjodu tal-ipprogrammar għal dak ta’ warajh |
(8) |
Meta l-Istati Membri jkunu użaw diġà r-riżorsi tagħhom tal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 għal xi programm u/jew miżura partikolari, dawn ma għandhomx jidħlu għal impenji legali ġodda mal-benefiċjarji ta’ dak il-programm u/jew miżura. Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti dati tat-tmiem ċari għat-teħid ta’ impenji legali mal-benefiċjarji skont il-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 u l-perjodu tal-ipprogrammar ta’ warajh. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-paragrafi (2) u (4) tal-Artikolu 9, “1 %” tinbidel għal “3 %”. |
(2) |
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 li ġej jiġi miżjud: “5. L-ebda impenji legali ġodda mal-benefiċjarji ma għandhom isiru skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 wara l-31 ta’ Diċembru 2013.” |
(3) |
Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 li ġej jiġi miżjud: “3. L-ebda impenji legali ġodda mal-benefiċjarji ma għandhom isiru skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 wara l-31 ta’ Diċembru 2013.” |
(4) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(12), “2013” tinbidel għal “2014”. |
(5) |
Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 5 li ġej jiġi miżjud: “5. L-ebda impenji legali ġodda mal-benefiċjarji ma għandhom isiru skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, inkluż fejn dawk il-miżuri huma implimentati minn gruppi ta’ azzjoni lokali skont l-Artikolu 63(a) ta’ dak ir-Regolament, wara l-31 ta’ Diċembru 2013.” |
(6) |
Fl-Artikolu 32, it-tieni paragrafu li ġej jiġi miżjud: “L-ebda impenji legali ġodda mal-benefiċjarji ma għandhom isiru skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, inkluż fejn dawk il-miżuri huma implimentati minn gruppi ta’ azzjoni lokali skont l-Artikolu 63(a) ta’ dak ir-Regolament, wara l-31 ta’ Diċembru 2013.” |
(7) |
Fl-Artikolu 32a, “2013” tinbidel għal “2014”. |
(8) |
Jiddaħħal l-Artikolu 41a li ġej: “Artikolu 41a 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-attivitajiet preparatorji tal-assistenza għall-programm għandhom jinkludu dan li ġej għall-perjodu tal-ipprogrammar ta’ wara l-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013:
2. L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-inklużjoni ta’ dispożizzjoni relevanti fil-programmi ta’ żvilupp rurali.” |
(9) |
L-Artikolu 41b li ġej jiddaħħal fil-Kapitolu III, Taqsima 2: “Artikolu 41b 1. Fejn l-ammont allokat għall-programm u/jew miżura jiġi eżawrit fi żmien qabel id-data finali tal-eliġibbiltà stabbilita fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri ma għandhomx jimpenjaw irwieħhom b’impenji legali ġodda mal-benefiċjarji.legali 2. L-Istati Membri m’għandhomx jidħlu għal impenji legali ġodda mal-benefiċjarji skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sa minn dakinhar li jibdew l-impenji legali mal-benefiċjarji skont il-qafas legali għall-perjodu tal-ipprogrammar 2014-2020. L-Istati Memri jistgħu japplikaw l-ewwel subparagrafu jew fil-livell tal-programm jew f’dak tal-miżura. 3. Fil-każ ta’ LEADER, l-Istati Membri jisgħu japplikaw il-paragrafu 2 fil-livell tal-grupp ta’ azzjoni lokali, imsemmi fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. 4. Il-Paragrafu 2 ma għandux japplika għall-appoġġ preparatorju u assistenza teknika għal LEADER.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.
(3) COM(2011) 627 finali/3, 12.10.2011.
(4) COM(2010) 672 finali, 18.11.2010.