This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0301
Commission Regulation (EU) No 301/2013 of 27 March 2013 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards Annual Improvements to International Financial Reporting Standards, 2009-2011 Cycle Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2013 tas- 27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib Annwali fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, Ċiklu 2009-2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2013 tas- 27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib Annwali fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, Ċiklu 2009-2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 90, 28.3.2013, p. 78–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
28.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/78 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2013
tas-27 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib Annwali fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, Ċiklu 2009-2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fis-17 ta' Mejju 2012, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ippubblika Titjib Annwali fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, Ċiklu 2009-2011 (it-titjib), fil-qafas tal-proċess ta' titjib regolari tiegħu li għandu l-għan li jirrazzjonalizza u jiċċara l-istandards. L-għan tat-titjib huwa li jiġu indirizzati kwistjonijiet mhux urġenti, iżda neċessarji, diskussi mill-IASB waqt iċ-ċiklu tal-proġett li beda fl-2009 f'oqsma ta' inkonsistenza fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRSs) jew fejn kienet meħtieġa kjarifika tat-test. Tliet elementi ta' titjib, jiġifieri l-emendi għall-Appendiċi D tal-IFRS 1, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 16, u IAS 34, huma kjarifiki jew korrezzjonijiet tal-istandards rispettivi. It-tliet elementi l-oħra ta' titjib, jiġifieri l-emendi għall-IFRS 1, IAS 1, u IAS 32, jikkonċernaw tibdiliet għar-rekwiżiti eżistenti jew gwida addizzjonali dwar l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li t-titjib jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(3) |
L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju u l-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim huma emendati skont l-IAS 1 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(5) |
L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(6) |
L-Interpretazzjoni 2 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRIC) Ishma tal-Membri f'Entitajiet Kooperativi u Strumenti Simili hija emendata skont l-IAS 32 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(7) |
L-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ
IFRS 1 |
|
||
IAS 1 |
|
||
IAS 16 |
|
||
IAS 32 |
|
||
IAS 34 |
|
"Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-użu personali jew għal finijiet leġittimi oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq is-sit www.iasb.org"
Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Il-paragrafi 4A – 4B, 23A u 23B – 39P huma miżjuda.
AMBITU
4A |
Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 2 u 3, entità li tkun applikat l-IFRSs f’perjodu ta’ rappurtar preċedenti, iżda li r-rapporti finanzjarji annwali preċedenti l-aktar reċenti tagħha ma kienx fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riserva ta' konformità mal-IFRSs, għandha jew tapplika dan l-IFRS jew inkella tapplika l-IFRSs retrospettivament skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi u Żbalji daqs li kieku l-entità qatt ma waqfet tapplika l-IFRSs. |
4B |
Meta entità ma tagħżilx li tapplika dan l-IFRS skont il-paragrafu 4A, l-entità għandha madankollu tapplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 23A – 23B tal-IFRS 1, minbarra r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 8. |
PREŻENTAZZJONI U DIVULGAZZJONI
Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs
23A |
Entità li applikat l-IFRSs f'perjodu preċedenti, kif deskritt fil-paragrafu 4A, għandha tiddivulga:
|
23B |
Meta entità, skont il-paragrafu 4A, ma tagħżilx li tapplika l-IFRS 1, l-entità għandha tispjega r-raġunijiet għall-għażla li tapplika l-IFRSs bħallikieku qatt ma waqfet tapplika l-IFRSs. |
DATA EFFETTIVA
39P |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, żied il-paragrafi 4A – 4B u 23A u 23B. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda fl-Appendiċi D tal-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Il-paragrafu D23 huwa emendat u l-paragrafu 39Q huwa miżjud.
Kosti tas-self
D23 |
Min jadottahom għall-ewwel darba jista’ jagħżel li japplika r-rekwiżiti tal-IAS 23 mid-data tat-tranżizzjoni jew minn data aktar kmieni kif permess mill-paragrafu 28 tal-IAS 23. Mid-data li fiha entità li tapplika din l-eżenzjoni tibda tapplika l-IAS 23, l-entità:
|
DATA EFFETTIVA
39Q |
Iċ-Ċiklu tat-Titjib Annwali 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu D23. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda għall-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafi 10, 38 u 41 huma emendati. Il-paragrafi 39 u 40 huma mħassra. Il-paragrafi 38A–38D, 40A–40D u 139L huma miżjuda (għalkemm il-kontenut fil-paragrafi 38A u 38B huwa bbażat fuq il-paragrafi 39 u 40 preċedenti li issa ġew imħassra) kif ukoll l-intestaturi qabel il-paragrafi 38, 38C u 40A.
Sett komplet ta' rapporti finanzjarji
10 |
Sett komplet ta’ rapporti finanzjarji jkun fih:
|
Entità tista' tuża titli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista' tuża t-titlu "rapport tad-dħul komprensiv" minflok "rapport tal-profitt u t-telf u introjtu komprensiv ieħor".
Informazzjoni komparattiva
38 |
Ħlief meta l-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu mod ieħor, entità għandha tippreżenta informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu ta' qabel għall-ammonti kollha rrappurtati fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali. Entità għandha tinkludi informazzjoni komparattiva għall-informazzjoni narrattiva u deskrittiva meta din tkun rilevanti għall-fehim tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali. |
38A |
Entità għandha tippreżenta, bħala minimu, żewġ rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tal-profitt jew telf u introjtu kumplessiv ieħor, żewġ rapporti separati tal-profitt jew it-telf (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi tal-flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati. |
38B |
F’ċerti każijiet, l-informazzjoni narrattiva pprovduta fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu/i preċedenti tibqa’ rilevanti fil-perjodu attwali. Pereżempju, entità tiddivulga fil-perjodu attwali d-dettalji ta' tilwima ġuridika, li r-riżultat tagħha kien inċert fi tmiem il-perjodu preċedenti u li għadha trid tiġi riżolta. L-utenti jistgħu jibbenefikaw mid-divulgazzjoni ta' informazzjoni li l-inċertezza kienet teżisti fi tmiem il-perjodu preċedenti u mid-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu matul dak il-perjodu biex tiġi riżolta dik l-inċertezza. |
38C |
Entità tista’ tippreżenta informazzjoni komparattiva minbarra r-rapporti finanzjarji komparattivi minimi meħtieġa mill-IFRSs, sakemm dik l-informazzjoni tkun imħejjija skont l-IFRSs. Din l-informazzjoni komparattiva tista’ tikkonsisti f’tip wieħed jew aktar ta’ rapporti msemmija fil-paragrafu 10, iżda ma għandhiex għalfejn tinkludi sett komplet ta' rapporti finanzjarji. Meta dan ikun il-każ, l-entità għandha tippreżenta informazzjoni relatata f’nota għal dawk ir-rapporti addizzjonali. |
38D |
Pereżempju, entità tista' tippreżenta t-tielet rapport tal-profitt jew telf u introjtu kumplessiv ieħor (u għaldaqstant tippreżenta l-perjodu attwali, il-perjodu preċedenti u mill-perjodu komparattivi addizzjonali wieħed). Madankollu, l-entità mhix meħtieġa tippreżenta t-tielet rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, it-tielet rapport tal-flussi tal-flus jew it-tielet rapport tal-bidliet fl-ekwità (jiġifieri rapport finanzjarju komparattiv addizzjonali). L-entità hi meħtieġa tippreżenta, fin-noti għar-rapporti finanzjarji, l-informazzjoni komparattiva relatata mar-rapport addizzjonali tal-profitt jew it-telf u introjtu kumplessiv ieħor. |
39 |
[Imħassra] |
40 |
[Imħassra] |
40A |
Entità għandha tippreżenta tielet rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti minbarra r-rapporti finanzjarji komparattivi minimi meħtieġa fil-paragrafu 38A jekk:
|
40B |
Fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 40A, entità għandha tippreżenta tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja:
|
40C |
Meta entità hija meħtieġa tippreżenta rapport addizzjonali tal-pożizzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 40A, trid tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 41-44 u l-IAS 8. Madankollu, ma għandhiex għalfejn tippreżenta n-noti relatati mar-rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti. |
40D |
Id-data ta’ dak ir-rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja għandha tkun fil-bidu tal-perjodu preċedenti irrispettivament minn jekk ir-rapporti finanzjarji ta’ entità jippreżentawx informazzjoni komparattiva għal perjodi preċedenti (kif permess fil-paragrafu 38C). |
41 |
Jekk entità tibdel il-preżentazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, hi għandha tirriklassifika ammonti komparattivi, sakemm ir-riklassifikazzjoni ma tkunx prattikabbli. Meta entità tirriklassifika ammonti komparattivi, għandha tiddivulga (inkluż fil-bidu tal-perjodu preċedenti):
|
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
139L |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafi 10, 38 u 41, ħassar il-paragrafi 39 – 40 u żied il-paragrafi 38A – 38D u 40A – 40D. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emendi konsegwenzjali għal standards oħra li jirriżultaw minn l-emenda għall-IAS 1
L-emendi segwenti għall-IFRSs oħra huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-IAS 1 rivedut.
Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Il-paragrafu 21 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 39R.
PREŻENTAZZJONI U DIVULGAZZJONI
Informazzjoni komparattiva
21 |
L-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jinkludu mill-inqas tliet rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tal-profitt jew it-telf u introjtu komprensiv ieħor, żewġ rapporti separati tal-profitt jew telf (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati, inkluża informazzjoni komparattiva tar-rapporti kollha ppreżentati. |
DATA EFFETTIVA
39R |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emendi għal IAS 34 Rappurtar Finanzjarju Interim
Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 52.
KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM
5 |
L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplut ta’ rapporti finanzjarji li jinkludi l-komponenti li ġejjin:
Entità tista' tuża titoli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista' tuża t-titlu ‘rapport tal-introjtu komprensiv’ minflok ‘rapport tal-profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor’. |
DATA EFFETTIVA
52 |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
L-emenda għall-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir
Il-paragrafu 8 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 81G.
RIKONOXXIMENT
8 |
Oġġetti bħal spare parts, tagħmir stand-by u t-tagħmir tal-manutenzjoni, huma rikonoxxuti skont dan l-IFRS meta dawn jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà, impjant u tagħmir. Inkella, dawn l-oġġetti huma kklassifikati bħala inventarju. |
DATA EFFETTIVA
81G |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 8. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda għall-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni
Il-paragrafi 35, 37 u 39 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 35A u 97M.
PREŻENTAZZJONI
Imgħax, dividendi, telf u qligħ
(ara wkoll il-paragrafu AG37)
35 |
Imgħax, dividendi, telf u qligħ li huma relatati ma' strument finanzjarju jew komponent li hu obbligazzjoni finanzjarja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala introjtu jew kost fir-rapport tal-profitt jew it-telf. Distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji għandhom ikunu rikonoxxuti mill-entità direttament f'ekwità. Kosti tat-tranżazzjonijiet ta' tranżazzjoni ta 'ekwità għandhom jiġu kontabilizzati bħala tnaqqis fl-ekwità. |
35A |
Taxxa fuq l-introjtu relatata mad-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strument azzjonarju u għal kosti tat-tranżazzjoni ta’ tranżazzjoni ta' ekwità għandhom jiġu kontabilizzati skont l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul. |
37 |
Entità tipikament iġġarrab kosti varji fil-ħruġ jew fl-akkwist tal-istrumenti azzjonarji tagħha stess. Dawk il-kosti jistgħu jinkludu spejjeż ta' reġistrazzjoni u tariffi regolatorji oħrajn, ammonti mħallsa lil konsulenti legali, kontabilisti u professjonisti oħrajn, kosti tal-istampar u taxxi tal-bolla. Il-kosti tat-tranżazzjonijiet ta' tranżazzjoni ta' ekwità huma kontabilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità sal-punt li huma kosti inkrementali direttament attribwibbli għat-tranżazzjoni ta' ekwità li, li kieku ma kinux, kienu jiġu evitati. Il-kosti ta' tranżazzjoni ta' ekwità li hi abbandunata huma rikonoxxuti bħala spiża. |
39 |
L-ammont tal-kosti ta’ tranżazzjoni kontabilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità fil-perjodu għandu jiġi divulgat separatament f’konformità mal-IAS 1. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
97M |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafi 35, 37 u 39 u żied il-paragrafu 35A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emendi konsegwenzjali għal standards oħra li jirriżultaw minn l-emenda għall-IAS 32
L-emendi segwenti għall-IFRSs oħra huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-IAS 32 rivedut.
L-emenda li l-IFRIC 2 Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili
Il-paragrafu 11 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 17.
KUNSENS
11 |
Kif meħtieġ mill-paragrafu 35 tal-IAS 32, id-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji huma rikonoxxuti direttament f'ekwità. Imgħax, dividendi u redditi oħrajn marbuta ma' strumenti finanzjarji kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji huma spejjeż, irrispettivament minn jekk dawk l-ammonti mħallsa humiex legalment ikkaratterizzati bħala dividendi, imgħax jew xi ħaġa oħra. |
DATA EFFETTIVA
17 |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 11. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika dik l-emenda għall-IAS32 bħala parti miċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009-2011 (maħruġ f’Mejju 2012) għal perjodu aktar bikri, l-emenda fil-paragrafu 11, għandha tkun applikata għal dak il-perjodu iktar bikri. |
Emendi għal IAS 34 Rappurtar Finanzjarju Interim
Il-paragrafu 16A huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 53.
KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM
Divulgazzjonijiet oħra
16A |
Minbarra li tiddivulga avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, fin-noti għar-rapporti finanzjarji interim tagħha, jekk ma tkunx iddivulgata x’imkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. Normalment din l-informazzjoni għandha tkun irrapportata fuq bażi ta’ dik is-sena finanzjarja sal-jum attwali.
|
DATA EFFETTIVA
53 |
Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |