This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0214
Council Implementing Regulation (EU) No 214/2013 of 11 March 2013 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain organic coated steel products originating in the People’s Republic of China
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal- 11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal- 11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 73, 15.3.2013, pp. 1–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 03/05/2019
|
15.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 214/2013
tal-11 ta’ Marzu 2013
li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. MIŻURI PROVVIŻORJI
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni"), bir-Regolament (KE) Nru 845/2012 (2) ("ir-Regolament provviżorju") imponiet dazju antidumping provviżorju ("il-miżuri provviżorji") fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku (“prodotti AMO”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("ir-RPĊ"). |
|
(2) |
Il-proċediment tnieda wara lment imressaq fis-7 ta’ Novembru 2011 minn Eurofer (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, li f’dan il-każ huwa aktar minn 70 %, tal-produzzjoni totali tal-prodotti AMO fl-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott AMO u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment. |
2. PROĊEDURA SUSSEGWENTI
|
(3) |
Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri antidumping provviżorji ("l-iżvelar provviżorju"), bosta partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Saru aktar żjarat ta’ verifika fil-post tal-kumpannija li ġejja:
|
|
(5) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa sussegwentement bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrikmandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz ta’ dazju provviżorju (“l-iżvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perijodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar l-iżvelar finali. |
|
(6) |
Il-kummenti kollha li tressqu mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u indirizzati fejn kien xieraq. |
2.1. Perijodu ta’ investigazzjoni
|
(7) |
Kif stipulat fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 ("il-perijodu ta’ investigazzjoni" jew il-"PI"). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu minn Jannar 2008 sat-tmiem tal-PI (“il-perijodu kkunsidrat”). |
3. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
3.1. Talbiet għall-esklużjoni tal-prodott
|
(8) |
Il-premessi (19) u (20) tar-Regolament provviżorju ddikjaraw li l-Kummissjoni kienet irċeviet diversi rikjesti għall-esklużjoni ta’ prodotti u li ma kienu ntlaħqu l-ebda konklużjonijiet fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju. |
|
(9) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, tressqu aktar talbiet u dawn ġew analizzati kif ġej: |
3.1.1. AMO b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa
|
(10) |
Utent ta’ AMO ressaq talba biex jiġi eskluż AMO b’substrat b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa mill-ambitu tal-prodott. L-investigazzjoni stabbiliet li l-kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa jrendi dan it-tip ta’ prodott fiżikament u kimikament differenti mill-AMO li qed jiġi investigat. L-AMO b’substrat b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa jintuża kważi esklussivament fl-imballaġġ tal-ikel u fl-industriji tal-cable. L-industrija tal-Unjoni spjegat ukoll li ma kellhiex il-ħsieb li dan il-prodott jifforma parti mill-ambitu tal-prodott. Għal dawn ir-raġunijiet l-AMO b’substrat b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa ġie eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
|
(11) |
L-Assoċjazzjoni tal-Ħadid u l-Azzar taċ-Ċina (“CISA”), żewġ importaturi u utent wieħed ipproponew l-esklużjoni ta’ erba’ tipi ta’ prodotti oħra. Dawn it-talbiet ġew analizzati u ma ntlaqgħux kif jidher hawn taħt. |
3.1.2. Pjanċi rrumblati bis-sħana b’ilqugħ protettiv, kemm jekk organiċi kif ukoll jekk inorganiċi
|
(12) |
Din it-talba ma ntlaqgħetx għax dawn il-prodotti ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM li qed jiġu investigati. Iż-żebgħa jew il-kisi hu biss għal protezzjoni kontra s-sadid u għalhekk dawk il-prodotti jaqgħu’ taħt l-intestatura NM 7208 u mhux l-intestatura NM 7210 . Il-pjanċi rrumblati bis-sħana b’ilqugħ protettiv, kemm jekk organiċi kif ukoll inorganiċi, mhumiex inklużi fl-ambitu tal-prodott u minħabba dan ma jistgħux jitneħħew minnu. |
3.1.3. Prodotti AMO bi ħxuna ta’ substrat bejn 0,6 u 2,0 mm
|
(13) |
Is-CISA u żewġ importaturi talbu l-esklużjoni tal-AMO bi ħxuna ta’ substrat bejn 0,6 u 2,0 mm, li jirrapreżenta bejn 5 sa 10 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, waqt li ddikjaraw li kien hemm biss kompetizzjoni diretta bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-industrija tal-Unjoni għall-AMO bi ħxuna ta’ substrat bejn 0,25 u 0,6 mm. |
|
(14) |
Din it-talba ma ntlaqgħetx minħabba li kemm l-esportaturi Ċiniżi kif ukoll l-industrija tal-Unjoni jimmanifatturaw u jbigħu AMO bi ħxuna ta’ substrat bejn 0,6 u 2,0 mm u li għalhekk dawn il-prodotti huma biċ-ċar f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li l-AMO bi ħxuna ta’ substrat ta’ aktar minn 0,6 mm ma jikkompetux ma’ AMO bi ħxuna ta’ substrat ta’ inqas minn 0,6 mm u li għalhekk dan ikun jikkostitwixxi tip ta’prodott differenti. AMO bi ħxuna ta’ substat ta’ inqas minn 0,6 mm u dak bi ħxuna ta’ substrat ta’ aktar minn 0,6 mm għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi aħħarija u għalhekk huma l-istess prodott. |
3.1.4. AMO b’substrat miksi b’liga tal-aluminju-żingu
|
(15) |
Iż-żewġ importaturi allegaw li erba’ produtturi tal-Unjoni biss għandhom il-liċenzja biex jipproduċu dan it-tip ta’ prodott u li kumpannija waħda biss kienet fil-fatt qed tipproduċih. Huma allegaw ukoll li dan il-prodott huwa differenti minn AMO miksija biż-żingu f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi tal-prodott. |
|
(16) |
Din it-talba ma ntlaqgħetx peress li ż-żewġ tipi ta’ prodotti huma interskambjabbli b’użi li jirkbu fuq xulxin u mill-inqas żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw immanifatturaw dan it-tip ta’ prodott matul il-perijodu ta’ investigazzjoni. Ta’ min jinnota li esportatur produttur Ċiniż wieħed biss li kkoopera esporta dan it-tip ta’ prodott lejn l-Unjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni. |
3.1.5. AMO b’substrat miksi b’liga taż-żingu
|
(17) |
Din it-talba ma ntlaqgħetx minħabba li, kuntrarju għall-affermazzjoni ta’ utent wieħed, dan il-prodott huwa prodott u mibjugħ fi kwantitajiet sinifikanti minn bosta produtturi tal-Unjoni u għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzali u l-istess użi aħħarija essenzjali bħal tipi oħra ta’ prodotti AMO. |
3.2. Talba għall-inklużjoni tal-prodott
|
(18) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, assoċjazzjoni waħda talbet li l-AMO b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa, kklassifikat taħt il-kodiċijiet TARIC 7210 12 20 10 u 7210 50 00 10 jkun inkluż fl-ambitu tal-prodott. Din it-talba ma ntlaqgħetx billi dawn il-kodiċijiet ma kinux inklużi fl-ilment oriġinali u l-prodotti koperti b’kodiċijiet bħal dawn ikollhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti mill-prodotti koperti mill-ilment. |
3.3. Il-prodott ikkonċernat
|
(19) |
Minħabba l-aċċettazzjoni tal-esklużjoni tal-AMO b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa, is-sejbiet provviżorji fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, kif spjegat fil-premessi (13) u (14) tar-Regolament provviżorju, huma emendati b’din l-esklużjoni. |
|
(20) |
Għalhekk il-prodott ikkonċernat huwa ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku ("AMO"), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga u mhux liga (ma jinkludux l-azzar li ma jsaddadx) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk l-hekk imsejħa "pannelli sandwich" tat-tip użati għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq barra b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsusa bejniethom, esklużi dawk il-prodotti b’kisi aħħari ta’ trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha bil-piż 70 % żingu jew aktar) u esklużi dawk il-prodotti b’substrat b’kisi mettaliku ta’ kromju jew ta’ landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 , u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("il-prodott ikkonċernat"). |
3.4. Il-prodott simili
|
(21) |
Billi ma waslux kummenti dwar il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi minn (15) sa (18) tar-Regolament provviżorju, is-sejbiet provviżorji fir-rigward tal-prodott simili huma b’dan ikkonfermati. |
4. ID-DUMPING
|
(22) |
Bosta produtturi esportaturi Ċiniżi bagħtu kummenti dwar id-dumping wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji u l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
4.1. Trattament ta’ ekonomija tas-suq ("TES")
|
(23) |
Fin-nuqqas ta’ kull kumment ieħor dwar it-TES, il-premessi minn (21) sa (38) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. L-ebda wieħed miż-żewġ gruppi ta’ esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ li kienu talbu TES ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw TES. |
4.2. Trattament individwali (“TI”)
|
(24) |
Żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ ssodisfaw il-kriterji biex jingħataw it-TI (il-premessa (40) tar-Regolament provviżorju). Parti oħra tenniet il-pretensjonijiet tagħha li tingħata TI u eżami individwali. Tabilħaqq, din il-parti rtirat il-pretensjoni tagħha għal TES iżda żammet it-talba li tingħata TI, kif ukoll eżami individwali. Din il-pretensjoni tqieset bħala pretensjoni għal eżami individwali u għalhekk kienet inkluża fit-talbiet imsemmija fil-premessa (41) tar-Regolament provviżorju. Skont l-Artikolu 9(5) u 9(6) tar-Regolament bażiku, id-dazji individwali għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet mingħand kull esportatur jew produttur li se jingħata eżami individwali, kif previsti fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat f’aktar dettall fil-premessi minn (26) sa (31) aktar ’l isfel, il-pretensjoni għal dazju individwali għal din il-parti ma ntlaqgħetx. |
|
(25) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor dwar it-TI, il-premessi minn (39) sa (40) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.3. Eżami individwali ("EI")
|
(26) |
Tressqu talbiet għal eżami individwali minn tmien produtturi esportaturi skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fil-premessi (41) u (42) tar-Regolament provviżorju, u kkonfermat b’dan, produttur esportatur wieħed, Union Steel China, li talab TES, ġie spezzjonat fil-qafas tal-eżami tal-pretensjoni tiegħu għal TES. |
|
(27) |
Rigward il-pretensjonijiet l-oħra kollha għal eżami individwali, ġie konkluż li eżamijiet individwali jkunu ta’ piż bla bżonn u jfixklu t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin. Għalhekk, dawn l-argumenti ma ntlaqgħux. |
|
(28) |
Parti waħda argumentat li t-talba tagħha ma tistax titqies bħala piż amministrattiv billi wara l-istadju provviżorju is-servizzi tal-Kummissjoni jkun baqgħalhom sitt xhur qabel id-determinazzjoni definittiva. Ukoll, fil-proċedimenti reċenti, is-servizzi tal-Kummissjoni taw eżami individwali wara l-istadju provviżorju. |
|
(29) |
Parti oħra, li diġà ssemmiet fil-premessa (24) hawn fuq, argumentat li għandha tingħata eżami individwali billi hija ressqet l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stipulati u billi eżami individwali kien diġà ngħata lil produttur esportatur ieħor, Union Steel China. |
|
(30) |
Id-deċiżjonijiet dwar jekk jiġux aċċettati jew le eżamijiet individwali jittieħdu fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ pretensjonijiet imressqa u ż-żmien disponibbli biex jiġu vvalutati dawn il-pretensjonijiet. F’dan il-każ, fid-dawl tal-għadd ta’ pretensjonijiet imressqa, ż-żmien limitat disponibbli wara l-eżami tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-pretensjoni għal TES tal-produttur esportatur li ma kienx inkluż fil-kampjun u l-iskadenzi proċedurali li għandhom jiġu rispettati, ġie deċiż li dawn il-pretensjonijiet ma jistgħux jintlaqgħu, kif stipulat fil-premessa (27) hawn fuq. |
|
(31) |
Kif spjegat fil-premessa (41) tar-Regolament provviżorju, fir-rigward ta’ Union Steel China ċ-ċirkostanzi kienu differenti peress li din il-kumpannija kienet diġà spezzjonata fil-qafas tal-eżami tal-pretensjoni tagħha għal TES. |
4.4. Il-valur normali
4.4.1. Il-pajjiż analogu
|
(32) |
Ma waslu l-ebda kummenti oħra dwar l-għażla tal-Kanada bħala l-pajjiż analogu. Għalhekk il-premessi minn (43) sa (49) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.4.2. Id-determinazzjoni tal-valur normali
|
(33) |
Il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-uniku produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu (jiġifieri l-Kanada). Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku u l-valur normali mibni ta’ produttur wieħed Kanadiż tal-prodott simili kif spjegat fil-premessi minn (50) sa (55) tar-Regolament provviżorju. |
|
(34) |
Wara l-iżvelar provviżorju, żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi argumentaw li l-Kummissjoni ma tatx l-informazzjoni meħtieġa f’rabta mal-valur normali fil-pajjiż analogu, partikolarment rigward it-tipi differenti tal-prodott, il-komparabilità tal-prodotti, ir-rappreżentattività u l-aġġustamenti. |
|
(35) |
Dawn il-pretensjonijiet ġew aċċettati parzjalment. Il-Kummissjoni tat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-data użata sabiex jiġi kkalkulat il-valur normali li seta’ jiġi rrilaxxat mingħajr ma jinkisru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, jiġifieri li jkun żgurat fl-istess ħin li kull data kunfidenzjali pprovduta mill-uniku produttur Kanadiż tiġi ttrattata bħala tali u ma tiġix żvelata lil partijiet oħra. Permezz tal-informazzjoni mogħtija lill-produtturi esportaturi setgħet tinftiehem il-metodoloġija użata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Madankollu, instab li tista’ tiġi pprovduta data aktar dettaljata għal kull tip ta’ prodott bl-użu ta’ limiti sabiex tiġi rrispettata l-konfidenzjalità tad-data. Tali data ngħatat fl-iżvelar finali. Barra minn hekk, ingħatat aktar informazzjoni dettaljata dwar ir-raġuni għalfejn xi tipi ta’ prodotti nstabu li ma kinux rappreżentattivi u l-livell tal-aġġustamenti li sar għall-valur normali. |
|
(36) |
Wara l-iżvelar finali, parti partikolari rrikonoxxiet li data aktar dettaljata ngħatat tabilħaqq, iżda argumentat li xi data kienet għadha nieqsa, partikolarment fir-rigward tal-livell tal-kost tal-manifattura użat biex jiġi ddeterminat il-valur normali għal dawk it-tipi ta’ prodotti li ma nbigħux domestikament. |
|
(37) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodotti li ma nbigħux domestikament, il-kost tal-manifattura tat-tipi ta’ prodotti li jixbħuhom l-aktar intuża bħala bażi u dan ġie aġġustat fejn meħtieġ. Għalkemm dawn il-prodotti ma kinux identiċi għal dawk esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, kienu madankollu jixbħu ferm lit-tipi mibjugħa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, billi ġeneralment il-ħxuna tal-kisja organika biss kienet tvarja. Għalhekk id-differenzi fil-prezz tal-manifattura nstabu li kienu żgħar. |
|
(38) |
Kif rikonoxxut minn dik il-parti fis-sottomissjoni tagħha, fl-iżvelar finali l-Kummissjoni pprovdiet data aktar dettaljata ppreżentata f’xi firxiet, inkluża data relatata mal-kost tal-manifattura, mal-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ u l-profitt fil-pajjiż analogu użati biex jinbena l-valur normali, id-data li tirrigwarda l-livell ġenerali ta’ aġġustamenti li saru lill-valur normali, id-data li tirrigwarda l-valur normali finali għal kull grupp ta’ tipi ta’ prodotti, data dwar ir-rappreżentattività u n-natura u l-effetti tal-aġġustamenti li saru għall-valur normali. |
|
(39) |
Kif jidher minn dan ta’ hawn fuq, l-iżvelar finali, li sar f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, ippermetta lill-partijiet interessati jifhmu fid-dettall il-metodoloġija użata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u l-partijiet kollha ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-iżvelar finali. Għalhekk, qed jiġi konkluż li l-iżvelar kien komplut u li d-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet interessati ġew rispettati kompletament. |
|
(40) |
Parti waħda sostniet li s-sors tal-kosti ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ u l-profitt f’każijiet fejn inbena l-valur normali baqa’ ma ġiex spjegat. Madankollu, fil-premessa (55) tar-Regolament provviżorju huwa spjegat li l-kosti ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ tal-produttur Kanadiż u l-marġni tal-profitt tal-produttur Kanadiż għat-tipi ta’ prodott li nstabu li għamlu l-profitt kienu ntużaw f’każijiet fejn il-valur normali kellu jinbena. Skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-profitt, huma bbażati fuq kosti verifikati u bejgħ domestiku vverifikat fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-produttur tal-pajjiż analogu. |
|
(41) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi minn (55) sa (55) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4.5. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(42) |
Fin-nuqqas ta’ kull kumment ieħor, il-premessa (56) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4.6. Tqabbil
|
(43) |
Żewġ partijiet iddikjaraw li l-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed informazzjoni rigward il-komparabbiltà tat-tipi ta’ prodotti u l-kwalità rappreżentattiva tagħhom fil-livell tat-tip tal-prodott. |
|
(44) |
Kif spjegat fil-premessa (35) hawn fuq, il-Kummissjoni tat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi d-data rilevanti kollha li setgħet tiġi pprovduta, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità fir-Regolament bażiku. Aktar informazzjoni dettaljata għal kull tip ta’ prodott ġiet tabilħaqq ipprovduta wara din il-pretensjoni li saret wara l-iżvelar provviżorju, inklużi r-raġunijiet għalfejn xi tipi ta’ prodotti nstabu li ma kinux rappreżentattivi u għaldaqstant, il-valur normali kellu jinbena. |
|
(45) |
Wara ż-żjara ta’ verifika lill-produttur tal-pajjiż analogu Kanadiż, il-valuri normali għal ċerti tipi ta’ prodotti kienu aġġustati ’l isfel għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku, prinċipalment għaliex instab li l-kisja organika użata mill-produttur Kanadiż fir-rigward ta’ xi tipi ta’ prodotti kienet ta’ kwalità differenti minn dik użata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dawn l-aġġustamenti wasslu għal valur normali inqas għat-tipi ta’ prodotti kkonċernati. |
|
(46) |
Parti waħda talbet l-ammonti ta’ kull aġġustament magħmul għall-valur normali. Biex tiġi rrispetta l-kunfidenzjalità tad-data pprovduta mill-produttur Kanadiż, din id-data ma setgħetx tiġi pprovduta. Madankollu, il-perċentwal totali tal-aġġustamenti ngħata fl-iżvelar finali, li juri li l-impatt tal-aġġustamenti kien wieħed żgħir. |
|
(47) |
Kif stipulat fil-premessa (37) hawn fuq, fil-każ ta’ xi differenza misjuba t-tipi ta’ prodott li nbiegħu domestikament kienu jixbħu ħafna lit-tipi mibjugħa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dawn it-tipi ta’ prodotti nstabu li kienu simili f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-azzar, mal-wisa’ u l-ħxuna tas-substrat użat u mat-tip u l-massa tal-kisi metalliku użat. |
|
(48) |
Fejn xieraq sar aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kif stipulat fil-premessa (45) hawn fuq, minħabba differenza fil-kwalità tal-kisi organiku użat fir-rigward ta’ xi tipi ta’ prodotti. Sabiex jiġi vvalutat il-valur tas-suq tad-differenza, ġew ikkunsidrati kemm id-differenza medja fil-kost tat-tip ta’ prodott li jixbaħhom l-aktar kif ukoll il-prezzijiet tas-suq internazzjonali. |
|
(49) |
L-istess parti staqsiet jekk il-kosti tat-trasport u tal-assikurazzjoni kinux inklużi mal-kost ġenerali, amministrattiv u tal-bejgħ. Għandu jingħad li kif sar it-tqabbil fuq bażi ta’ prezz tal-fabbrika, dawn il-kosti ma kinux inklużi. |
|
(50) |
Parti waħda argumentat li l-pretensjoni tagħha għal aġġustament fir-rigward tal-valur ta’ tliet fatturi kellha titqies, kif ukoll tranżazzjoni waħda partikolari tal-bejgħ li kienet ġiet injorata. Din il-pretensjoni kienet relatata ma’ kumpens imħallas lil klijent marbut ma’ bejgħ li sar qabel il-perijodu ta’ investigazzjoni, li iżda kien ġie ttrattat bħala skont fil-valur ta’ dawn it-tliet fatturi maħruġa fil-perijodu ta’ investigazzjoni, li jirriżulta f’li l-valur ta’ dawn il-fatturi jiġi artifiċjalment imnaqqas. Il-pretensjoni tal-kumpannija ġiet aċċettata. L-aġġustament mitlub sar u t-tranżazzjoni ta’ bejgħ, li tħalliet barra bi żball, ġiet inkluża fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(51) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessa (57) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
4.7. Il-marġni ta’ dumping
|
(52) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-metodoloġija kif stabbilit fil-premessi (58) u (59) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
|
(53) |
Wara l-iżvelar provviżorju, il-Kummissjoni ġiet infurmata li xi kumpanniji tan-negozju, li ma pproduċewx il-prodott ikkonċernat, kienu ssemmew fil-parti operattiva tar-Regolament. Dawk il-kumpanniji kummerċjali issa tneħħew mill-parti operattiva u produtturi esportaturi biss qed jissemmew. |
|
(54) |
Filwaqt li jitqies l-aġġustament tal-valur normali u l-aġġustament żgħir ħafna fil-prezz ta’ esportazzjoni, kif stabbilit fil-premessi (45) u (50) hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-marġni ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(55) |
Fuq il-bażi tal-fatti fil-premessa (60) tar-Regolament provviżorju, il-marġni ta’ dumping definittiv għall-pajjiż kollu għar-RPĊ ġie stabbilit bl-użu tal-ogħla marġni ta’ dumping stabbilit għal tipi ta’ prodotti rappreżentattivi ta’ produtturi esportaturi. Meta jitqiesu l-aġġustament tal-valur normali kif stabbilit fil-premessa (45) hawn fuq, id-dazji kompensatorji li jirriżultaw minn sussidji fuq l-esportazzjonijiet imposti fuq l-istess prodott fil-proċediment parallel ta’ kontra s-sussidji u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit gћal 68,1 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
5. IL-ĦSARA
5.1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
|
(56) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi minn (63) sa (64) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.2. Is-suq tal-Unjoni
|
(57) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar is-suq tal-Unjoni, il-premessi minn 65 sa 69 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.3. Il-konsum tal-Unjoni
|
(58) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, uħud mill-partijiet interessati indikaw xi inkonsistenzi fid-data ppubblikata dwar il-ħsara. Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid id-data u, fejn meħtieġ, irrevediet id-data li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni u s-suq tal-Unjoni. Għalkemm dawk ir-reviżjonijiet biddlu xi ċifri f’xi snin, ix-xejriet, u għalhekk il-konklużjonijiet dwar dik id-data baqgħu b’mod ġenerali l-istess. |
|
(59) |
Wara r-reviżjoni spjegata hawn fuq, il-konsum totali tal-Unjoni żviluppa kif ġej:
|
|
(60) |
Il-konsum totali fis-suq tal-Unjoni naqas b’ 7 % matul il-perijodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 25 % prinċipalment minħabba l-effetti negattivi globali tal-kriżi ekonomika, speċjalment fuq l-industrija tal-kostruzzjoni. Wara dan, il-konsum beda jirkupra u żdied bi 18-il punt perċentwali mill-2009 sal-PI iżda xorta kien għadu taħt il-livell inizjali tal-2008. |
|
(61) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi minn (70) sa (72) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5.4. Importazzjonijiet lejn l-Unjoni u s-sehem mis-suq
|
(62) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perijodu kkunsidrat. Il-perċentwali tas-sehem mis-suq inbidlu minħabba l-bidliet fiċ-ċifri tal-konsum:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(63) |
Il-bidla fid-data dwar il-konsum hawn fuq biddlet il-perċentwali tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ mid-data ppubblikata fir-Regolament provviżorju. It-tendenza madankollu tibqa’ l-istess. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod sinifikanti minn 9,1 % fil-bidu tal-perijodu meqjus sa 14,6 % fi tmiem il-perijodu. Wara tnaqqis fl-2009 li jirrifletti t-tnaqqis qawwi fil-konsum minħabba l-kriżi ekonomika, l-importazzjonjiet irkupraw b’pass mgħaġġel ħafna, bis-sehem mis-suq jirkupra f’sena għal dak tal-2008 jiġifieri għal livelli ta’ qabel il-kriżi ekonomika u saħansitra qabiżhom sew sa tmiem il-PI. |
5.4.1. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(64) |
Wara l-iżvelar, produttur esportatur wieħed talab informazzjoni ulterjuri dwar il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz fejn ma kienx hemm qbil preċiż bejn it-tip ta’ prodott esportat mir-RPĊ u t-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni. Huwa talab ukoll informazzjoni dwar jekk kienx sar aġġustament għad-differenzi fiżiċi fejn l-ebda qbil preċiż ma kien instab. |
|
(65) |
Fejn l-ebda qbil preċiż ma kien jeżisti bejn it-tip ta’ prodott esportat u t-tip ta’ prodott mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qabblet it-tip ta’ prodott esportat mat-tip ta’ prodott li l-aktar joqrob fix-xebħ mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. F’dawn il-każijiet sar paragun mal-prodott li joqrob ħafna fix-xebħ fejn l-unika differenza kienet il-ħxuna tas-substrat. |
|
(66) |
Fejn kien hemm aktar minn tip ta’ prodott wieħed li joqrob ħafna fix-xebħ, il-Kummissjoni qabblet it-tip ta’ prodott esportat mat-tip ta’ prodott orħos, mibjugħ fuq is-suq tal-Unjoni, irrispettivament jekk dan it-tip ta’ prodott irħas kellux substrat eħxen jew irqaq. Għalhekk, l-ebda aġġustament għad-differenzi fiżiċi ma tqies meħtieġ. |
|
(67) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-premessi minn 78 sa (81) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
6. IL-QAGĦDA EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
6.1. Kummenti preliminari
|
(68) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar ir-rimarki preliminarji rigward il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet fil-premessi minn (82) sa (85) jibqgħu mhux milquta. |
6.2. Data relatata mal-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa (indikaturi makroekonomiċi)
|
(69) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (86) sa (92) il-Kummissjoni aġġornat is-sorsi tad-data li fuqhom dawn is-sejbiet kienu bbażati. Dan l-aġġornament ma biddilx b’mod sinifikanti l-indikaturi ppubblikati fir-Regolament provviżorju u lanqas ma biddel it-tendenzi li fuqhom kienet ibbażata l-analiżi li saret mill-Kummissjoni dwar il-ħsara. Id-data aġġornata hija ppubblikata hawn taħt kif ġej: |
6.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
Volum tal-produzzjoni (tunnellati) |
4 447 780 |
3 514 965 |
3 992 209 |
4 018 310 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
79 |
90 |
90 |
||
|
Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) |
6 007 536 |
6 128 301 |
6 099 587 |
5 923 311 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
102 |
102 |
99 |
||
|
L-utilizzazzjoni tal-kapaċità (%) |
74 |
57 |
65 |
68 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
77 |
88 |
92 |
||
|
||||||
|
(70) |
Għalkemm id-data nbidlet xi ftit, ix-xejriet u l-konklużjonijiet imniżżla fil-premessi (87) u (88) tar-Regolament provviżorju jibqgħu mhux milquta u huma għalhekk ikkonfermati. Il-produzzjoni naqqset drastikament fl-2009, u rkuprat parzjalment fl-2010 u baqgħet stabbli fil-PI iżda xorta taħt il-livelli tal-2008. Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet kostanti matul il-perijodu kkunsidrat filwaqt li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset, billi segwiet ix-xejra tal-produzzjoni. |
6.2.2. Volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
Volum ta’ bejgħ (tunnellati) |
2 951 468 |
2 280 304 |
2 643 923 |
2 592 540 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
77 |
90 |
88 |
||
|
Sehem mis-suq (%) |
56,8 |
58,8 |
58,1 |
53,9 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
104 |
102 |
95 |
||
|
||||||
|
(71) |
Fl-2009 il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas drastikament bi 23 %. Fl-2010, il-volum ta’ bejgħ żdied bi tlettax-il punt perċentwali, iżda mbagħad naqas b’żewġ punti perċentwali fil-PI. Il-konklużjonijiet kif stipulati fil-premessi (90) u (91) tar-Regolament provviżorju huma għalhekk ikkonfermati. |
6.2.3. L-impjiegi u l-produttività
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
Impjiegi (FTE) |
7 088 |
6 470 |
6 097 |
6 046 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
91 |
86 |
85 |
||
|
Produttività (tunnellati/FTE) |
627 |
543 |
655 |
665 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
87 |
104 |
106 |
||
|
||||||
|
(72) |
Għalkemm id-data tbiddlet xi ftit, il-konklużjonijiet dwar l-impjieg kif stipulati fil-premessa (92) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
6.3. Data marbuta mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (indikaturi mikroekonomiċi)
|
(73) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (93) sa (108) il-Kummissjoni aġġornat is-sorsi tad-data li fuqhom dawn is-sejbiet kienu bbażati. Dan l-aġġornament ma biddilx b’mod sinifikanti l-indikaturi ppubblikati fir-Regolament provviżorju u lanqas ma biddel it-tendenzi li fuqhom kienet ibbażata l-analiżi li saret mill-Kummissjoni dwar il-ħsara. Id-data aġġornata hija ppubblikata hawn taħt kif ġej: |
6.3.1. Prezzijiet medji tal-unità tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni
|
(74) |
Wara l-waqgħa fil-prezz tal-unità ta’ 21 % fl-2009 għal klijenti mhux relatati u t-telf li jmur ma’ dan, il-prezz tal-unità beda jirkupra. Fl-2010 u matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda fil-kosti u setgħet biss iżżid il-prezzijiet moderatament kemm tkoprihom, biżżejjed kemm iżżommhom profittabbli fuq l-istess livell għall-2010 u l-PI. Madankollu, dan irriżulta f’aktar telf fis-sehem mis-suq peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kienu dejjem irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
6.3.2. Profitt, fluss ta’ flus, investimenti, redittu fuq l-investiment
|
(75) |
Din it-tabella ’hija inkluża hawnhekk għal referenza faċli, peress li d-data u għalhekk il-konklużjonijiet miġbura minnha ma nbidlux.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6.3.3. Ħażniet
|
(76) |
Din it-tabella qed terġa’ tiddaħħal hawnhekk għal referenza faċli, peress li d-data u għalhekk il-konklużjonijiet miġbura minnha ma nbidlux.
|
||||||||||||||||||||||
6.3.4. Impjiegi, pagi u produttività
|
(77) |
Din it-tabella qed terġa’ tiddaħħal hawnhekk għal referenza faċli, peress li d-data u għalhekk il-konklużjonijiet miġbura minnha ma nbidlux.
|
|||||||||||||||||
6.3.5. Użu intern u bejgħ intern
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
Użu intern u bejgħ intern (tunnellati) |
1 135 987 |
914 412 |
986 386 |
970 757 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
80 |
87 |
85 |
||
|
Sehem mis-suq (%) |
22 |
24 |
22 |
20 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
108 |
99 |
92 |
||
|
||||||
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
Użu ristrett u bejgħ ristrett (EUR/tunnellata) |
962 |
802 |
901 |
965 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
83 |
94 |
100 |
||
|
||||||
|
(78) |
Minkejja l-korrezzjonijiet magħmula għad-data ppubblikata fir-Regolament Provviżorju, is-sejbiet dwar l-użu u l-bejgħ intern ma jinbidlux. Il-valur medju għal kull tunnellata ta’ bejgħ intern baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat u kien 3 % iktar baxx mill-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fil-PI tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
6.4. Il-konklużjoni dwar il-ħsara
|
(79) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi minn (110) sa (113) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
|
(80) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju żewġ partijiet ippreżentaw ruħhom u sostnew li data iżjed riċenti kienet tkun aktar rilevanti biex tiġi stabbilita l-ħsara u li l-Kummissjoni ma messhiex ħadet l-2008 bħala l-punt tat-tluq għall-analiżi tal-ħsara, iżda pjuttost kien imissha użat l-2009. Huma stqarrew li l-każistika tad-WTO għamlet il-punt li data iżjed riċenti hija aktar rilevanti biex tiġi stabbilita l-ħsara minn data storika, u li r-riżultat ta’ paragun minn tarf sa tarf jiddependi ħafna fuq liema snin jintużaw, billi bidla minn sena waħda għal oħra tista’ turi riżultat differenti. Minħabba f’dan, tqabbil mill-2009 sa tmiem il-PI juri tendenza differenti minn tqabbil mill-bidu tal-perijodu meqjus sa tmiem il-PI. |
|
(81) |
Din it-talba ma ntlaqgħetx. Il-perijodu kkunsidrat kien definit f’konformità mal-prattika normali, u mar-rakkomandazzjonijiet tad-WTO, bħala perijodu oġġettiv ta’ tlieta sa erba’ snin li jispiċċa fi tmiem il-perijodu ta’ investigazzjoni, li fih innifsu huwa perijodu ta’ 12-il xahar li jintemm kemm jista’ jkun qrib id-data ta’ bidu. |
|
(82) |
Anki jekk il-perijodu meqjus kien beda fl-2009, is-sejba ta’ ħsara materjali tibqa’ valida. L-industrija tal-Unjoni ma kinitx laħqet il-profitt fil-mira tagħha b’żieda fl-importazzjonijiet matul il-perijodu minkejja żieda fil-volumi tal-produzzjoni, u l-volumi tal-bejgħ, u żieda fil-produttività. Hekk kif il-konsum għola wara l-2009 din iż-żieda kienet fornuta mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, u mhux mill-industrija tal-Unjoni, li tilfet is-sehem tagħha mis-suq mill-2009 sa tmiem il-PI. |
7. KAWŻALITÀ
7.1. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(83) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi minn (115) sa (120) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
7.2. L-effett ta’ fatturi oħra
7.2.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
Pajjiż |
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
il-Korea ta’ Isfel |
Volum (tunnellati) |
228 123 |
226 568 |
173 935 |
237 164 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
99 |
76 |
104 |
||
|
|
Sehem mis-suq (%) |
4,4 |
5,8 |
3,8 |
4,9 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
133 |
87 |
112 |
||
|
|
Prezz medju |
901 |
727 |
846 |
903 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
81 |
94 |
100 |
||
|
l-Indja |
Volum (tunnellati) |
159 999 |
149 138 |
155 384 |
141 391 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
93 |
97 |
88 |
||
|
|
Sehem mis-suq (%) |
3,1 |
3,8 |
3,4 |
2,9 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
125 |
111 |
95 |
||
|
|
Prezz medju |
932 |
667 |
773 |
824 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
72 |
83 |
88 |
||
|
Pajjiżi Oħra |
Volum (tunnellati) |
249 151 |
158 461 |
124 319 |
167 007 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
64 |
50 |
67 |
||
|
|
Sehem mis-suq (%) |
4,8 |
4,1 |
2,7 |
3,5 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
85 |
57 |
72 |
||
|
|
Prezz medju |
951 |
809 |
924 |
955 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
85 |
97 |
100 |
||
|
Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ |
Volum (tunnellati) |
637 274 |
534 167 |
453 637 |
545 562 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
84 |
71 |
86 |
||
|
|
Sehem mis-suq (%) |
12,3 |
13,8 |
10,0 |
11,3 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
112 |
81 |
92 |
||
|
|
Prezz medju |
929 |
735 |
842 |
898 |
||
|
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
79 |
91 |
97 |
||
|
|||||||
|
(84) |
Minħabba l-bidliet żgħar li saru lid-data mill-industrija tal-Unjoni, dawn ukoll affettwaw kemmxejn lid-data li tikkonċerna l-ishma mis-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. |
|
(85) |
Xi partijiet interessati kkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda investigazzjoni kontra ċ-Ċina biss, u mhux kontra l-Indja u l-Korea ta’ Isfel, għalkemm il-volumi ta’ importazzjonijiet u t-tendenzi tal-prezzijiet qablu ma’ dawk tal-RPĊ. |
|
(86) |
Kif stipulat fil-premessi minn (120) sa (122) tar-Regolament provviżorju, il-volumi tal-importazzjoni mill-Indja naqsu matul il-perijodu meqjus, u l-importazzjonijiet mill-Korea ta’ Isfel żdiedu b’4 % biss. Il-prezzijiet tal-Indja naqsu bi 12 % u l-prezzijiet tal-Korea ta’ Isfel baqgħu stabbli, iżda dejjem ogħla minn dawk taċ-Ċina. L-argument għalhekk ma ntlaqax billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza jew allegazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara li tirriżulta mingħand dawk il-pajjiżi. |
|
(87) |
Is-sejbiet stabbiliti fil-premessi minn (120) sa (122) tar-Regolament provviżorju huma għaldaqstant ikkonfermati. |
7.2.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
||
|
Esportazzjonijiet, Eurostat (tunnellati) |
669 790 |
612 204 |
580 477 |
605 760 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
91 |
87 |
90 |
||
|
Prezz medju (EUR/tunnellata) |
1 068 |
937 |
995 |
1 092 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
88 |
93 |
102 |
||
|
Esportazzjonijiet minn produtturi tal-Unjoni fil-kampjun |
53 542 |
46 516 |
48 102 |
46 228 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
87 |
90 |
86 |
||
|
Medja tal-prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata) |
1 086 |
826 |
984 |
1 132 |
||
|
Indiċi (2008=100) |
100 |
76 |
91 |
104 |
||
|
||||||
|
(88) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, is-sejbiet tal-premessi minn (123) sa (124) huma b’ dan ikkonfermati. |
7.2.3. L-importazzjonijiet mir-RPĊ lill-industrija tal-Unjoni
|
(89) |
Xi partijiet baqgħu jagħmlu l-allegazzjonijiet li kuntrarju għal dak iddikjarat fil-premessa (125) tar-Regolament provviżorju, il-volumi ta’ importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni mir-RPĊ kienu jirrappreżentaw madwar 40 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Ma kien hemm l-ebda evidenza għal din l-allegazzjoni u ma setgħetx tiġi kkonfermata. L-allegazzjoni għalhekk ma ntlaqgħetx. |
|
(90) |
Wara l-iżvelar finali importatur wieħed sostna li l-industrija tal-Unjoni kienet qed timporta kwantitajiet kbar tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u uża d-data dwar il-bejgħ mill-ġdid tiegħu biex juri dan. |
|
(91) |
Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni importat kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ mhux qed jiġi kkontestat. Madankollu, anki bl-użu tad-data tal-importatur stess, il-volum mitlub huwa ta’ inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ u għalhekk negliġibbli. Kif iddikjarat fil-premessa (125) tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet mir-RPĊ mill-industrija tal-Unjoni kienu minn 2 % sa 3 % tat-total tal-importazzjonijiet matul il-perijodu ta’ investigazzjoni. |
|
(92) |
Is-sejbiet tal-premessa (125) tar-Regolament provviżorju huma għalhekk ikkonfermati. |
7.2.4. Użu ristrett u bejgħ ristrett
|
(93) |
Wara l-iżvelar finali s-CISA ddikjarat wkoll li l-AMO disponibbli mill-industrija tal-Unjoni lin-negozji downstream relatati tagħha kellhom prezz “issussidjat”, b’hekk l-Unjoni kienet qed tippermettilhom li jbigħu bi prezz aktar baxx minn dak tal-kompetituri tagħhom fis-settur downstream. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza biex tinbidel il-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (127) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri li d-differenza fil-prezz bejn bejgħ relatat u mhux relatat kienet żgħira (2 %) u li dan ma kienx każ ta’ ħsara kkaġunata minnhom stess. |
|
(94) |
Is-CISA kkontestat ukoll id-data dwar il-kost tal-produzzjoni tal-prodotti AMO u, wkoll, il-prezz tal-prodotti AMO lil partijiet relatati. Minħabba l-prezz ta’ bejgħ ta’ rombli ggalvanizzati mgħaddsa fis-sħana, materja prima fil-manifattura tal-AMO, dawn jallegaw li l-kost tal-produzzjoni tal-prodotti AMO fil-perijodu ta’ investigazzjoni ma setax jaqbeż id-900 EUR/tunnellata. |
|
(95) |
Il-Kummissjoni ma tikkontestax id-data pprovduta mis-CISA rigward il-kost tal-produzzjoni ta’ rombli ggalvanizzati mgħaddsa fis-sħana, madankollu tfakkar li l-kost tal-produzzjoni tal-AMO kien verifikat mill-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun. Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-kost sħiħ ta’ produzzjoni (materja prima, l-ipproċessar, il-kisi, il-kost ġenerali, amministrattiv u tal-bejgħ, il-kosti finanzjarji eċċ.) huwa kif stipulat fil-premessa (74) ta’ hawn fuq. |
|
(96) |
Is-CISA mbagħad sostniet li l-bejgħ tal-AMO lill-partijiet interessati huwa magħmul b’telf u għalhekk huwa kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Dan huwa bbażat fuq paragun tal-ispiża totali tal-produzzjoni (978 EUR/tunnellata) versus il-prezz medju ta’ bejgħ relatat (965 EUR/tunnellata). |
|
(97) |
Għalkemm huwa korrett li paragun matematiku sempliċi jkun jissuġġerixxi li l-bejgħ relatat sar b’telf, dan jassumi li l-industrija tal-Unjoni teħel l-istess livell ta’ spejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ flimkien ma’ spejjeż ġenerali oħra fuq il-bejgħ intern ugwali għal dawk l-ispejjeż fuq il-bejgħ indipendenti. Kif iddikjarat fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju, il-bejgħ lill-partijiet relatati sar fuq bażi ta’ “kost b’żjieda” u għalhekk l-industrija tal-Unjoni kienet qed tirkupra l-ispejjeż tagħha fuq dan il-bejgħ. |
|
(98) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar dan il-punt is-sejbiet tal-premessi minn (126) sa (127) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
7.2.5. Il-kriżi ekonomika
|
(99) |
Wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali parti interessata nnotat l-għeluq ta’ impjant imħabbar fil-Belġju, u li ċirkostanza ta’ forza maġġuri kienet qed tikkawża diffikultajiet għall-produzzjoni normali u bil-baħar minn faċilitajiet oħra fil-Belġju. Il-parti interessata allegat li dan juri n-nuqqas ta’ sigurtà tal-provvista ta’ AMO fl-UE u din kienet raġuni sabiex wieħed jippermetti lill-importaturi u lill-utenti jakkwistaw liberament l-AMO tagħhom mill-UE u miċ-Ċina. |
|
(100) |
Dawn l-argumenti ma ntlaqgħux. Minħabba li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità fl-UE hija baxxa, il-kwistjoni mhix waħda ta’ problema ta’ provvista billi l-industrija tal-Unjoni jkollha biżżejjed kapaċità disponibbli. Fi kwalunkwe każ l-istabbiliment li ngħalaq fil-Belġju ma kienx jimmanifattura AMO. Is-sigurtà tal-provvista hija naturalment importanti, iżda d-dazji proposti f’dan il-każ mhumiex imfassla biex iwaqqfu l-provvista tal-AMO miċ-Ċina, iżda sempliċement biex jipprevjenu li dik il-provvista ssir l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
|
(101) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar dan il-punt is-sejbiet tal-premessi minn (128) sa (129) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
7.2.6. L-eċċess ta’ kapaċità strutturali
|
(102) |
Xi partijiet għamlu aktar allegazzjonijiet li l-produtturi tal-Unjoni kellhom kapaċità strutturali eċċessiva, li tisboq il-konsum totali tal-Unjoni. L-allegazzjoni kienet saret fi stadju aktar bikri u ġiet ittrattata fil-premessi minn (130) sa (132) tar-Regolament provviżorju. Fl-assenza ta’ aktar evidenza dwar dan il-punt, il-konklużjoni ta’ dawn il-premessi hija għalhekk ikkonfermata. |
7.2.7. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni
|
(103) |
Xi partijiet għamlu aktar allegazzjonijiet li sors ta’ ħsara għall-produtturi tal-Unjoni kienet tfisser żieda fil-kost tagħhom tal-produzzjoni matul il-perijodu meqjus. Id-data ta’ hawn fuq turi li l-kost tal-produzzjoni bħala medja żdied b’6 % biss. Fl-assenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ l-industrija tal-Unjoni kellha tkun kapaċi tgħaddi din iż-żieda lill-klijenti tagħha, iżda l-prezzijiet naqsu bi 3 %. Għalhekk, il-pretensjoni li l-kost tal-produzzjoni kien kawża tal-ħsara ma ntlaqgħetx. |
7.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(104) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji kif stipulat fil-premessi minn (133) sa (136) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, huma kkonfermati. Is-sejbiet provviżorji dwar l-effett ta’ fatturi oħra magħrufa li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġew ikkonfermati wkoll: dawn il-fatturi ma kinux tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
8. L-INTERESS TAL-UNJONI
8.1. L-industrija tal-Unjoni
|
(105) |
Ma waslu l-ebda kummenti ġodda jew informazzjoni dwar l-interess tal-produtturi tal-Unjoni wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji. Għalhekk, il-premessi minn (138) sa (143) tar-Regolament provviżorju dwar l-interess ta’ dawn il-partijiet interessati huma b’dan ikkonfermati. |
8.2. L-importaturi, il-kummerċjanti u l-utenti
|
(106) |
Waslu kummenti mingħand importaturi u partijiet interessati oħra wara l-iżvelar finali, madankollu l-ebda kummenti ġodda jew informazzjoni ma waslu dwar l-interess tal-importaturi, il-kummerċjanti jew l-utenti. Għalhekk, is-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (144) sa (152) tar-Regolament provviżorju dwar l-interess ta’ dawn il-partijiet huma b’dan ikkonfermati. |
8.3. Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(107) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji dwar l-interess tal-Unjoni huma kkonfermati, jiġifieri ma hemmx raġunijiet validi kontra l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti AMO li joriġinaw mir-RPĊ. |
9. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
9.1. Il-livell ta’ tneħħija tal-ħsara
|
(108) |
Wara l-iżvelar provviżorju, żewġ partijiet interessati ddikjaraw li d-data pprovduta ma tatx biżżejjed informazzjoni u spjega dwar il-kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u bejgħ bi prezz anqas mill-kost. Kif spjegat fl-iżvelar provviżorju, xi valuri ma kinux żvelati għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità billi l-mudell ikkonċernat kien biss immanifatturat minn produttur wieħed jew tnejn tal-Unjoni. Fl-istadju ta’ żvelar finali ġew żvelati l-meded ta’ possibbiltajiet għal dawn il-mudelli. |
|
(109) |
Il-partijiet interessati kkontestaw ukoll l-użu ta’ 6,7 % bħala l-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni għall-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara. Huma sostnew li profitt bħal dan huwa esaġerat u mhux realistiku minħabba l-ambjent ekonomiku attwali u minħabba li l-2008 ma kinitx sena rappreżentattiva għall-profittabbiltà, billi kienet sena eċċezzjonali għall-industrija tal-azzar. |
|
(110) |
Din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. L-ewwel nett, il-profittabbiltà għall-prodotti AMO kienet fil-fatt ogħla qabel l-2008 milli fl-2008, fatt li jikkontradixxi l-pretensjoni li l-2008 kienet sena eċċezzjonali. It-tieni, il-profitt fil-mira huwa l-profitt li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-2008 kienet l-aħħar sena li fiha l-effetti sħaħ tal-importazzjonijiet dumped kienu għadhom ma bdewx jinħassu mill-industrija tal-Unjoni u għalhekk hija bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira. |
|
(111) |
Wara l-iżvelar finali l-partijiet interessati mill-ġdid sfidaw l-użu ta’ 6,7 % bħala l-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni u d-deskrizzjoni tal-2008 bħala sena rappreżentattiva għall-profitabbiltà. Dan l-argument ma ntlaqax billi ma tressqet l-ebda evidenza dwar x’seta’ kien il-profitt tal-industrija tal-Unjoni fl-2008 fin-nuqqas tal-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, l-argument tagħhom li l-profitt li għamlet l-industrija tal-Unjoni fl-2008 kien affettwat mill-kriżi finanzjarja, li jrendi l-2008 sena eċċezzjonali, jkun donnu jissuġġerixxi l-argument li l-profitt iġġenerat fl-2008 huwa aktar baxx minn dak li l-industrija tistenna f’sena normali. |
|
(112) |
Il-partijiet interessati indikaw ukoll il-fatt li l-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu l-aktar baxxi fl-2009 pjuttost milli fl-2008. Madankollu, peress li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tagħmel profitt fl-2009, huwa impossibbli li tintuża d-data tal-2009 biex jiġi stabbilit profitt fil-mira għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(113) |
Is-CISA kompliet tallega li l-profitt lil klijenti mhux relatati fl-2008 ma jistax jintuża bħala l-profitt fil-mira għaliex f’dik is-sena kienet tidher l-akbar differenza fil-prezz bejn bejgħ relatat u mhux relatat. Dan l-argument ma ntlaqax, billi d-differenza fil-prezz mhijiex rilevanti għall-kalkolu tal-profitt ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati. |
|
(114) |
Is-CISA mbagħad ipproponiet li l-profitt fil-mira għall-bejgħ tal-AMO lill-partijiet mhux relatati fl-UE jkun ibbażat fuq il-profitt medju kumplessiv għall-korporazzjoni multinazzjonali ArcelorMittal għas-snin 2010 u 2011. Dan ma ntlaqax bħala sors affidabbli għall-profitt fuq l-AMO fl-Unjoni fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, billi t-teħid tal-profitt kollu tal-grupp ArcelorMittal madwar id-dinja jidher biċ-ċar li mhuwiex rappreżentattiv tal-profitt fuq il-bejgħ ta’ AMO fl-Unjoni. |
|
(115) |
Il-partijiet interessati wkoll ikkontestaw il-kosti ta’ wara l-importazzjoni użati biex jiġu kkalkulati d-dazji provviżorji billi dawn kienu bbażati fuq id-data minn importatur wieħed biss. Il-Kummissjoni vverifikat it-tieni importatur fi stadju aktar tard u d-data tiegħu issa ntużat biex jiġu kkalkulati l-kosti ta’ wara l-importazzjoni. Bl-użu tal-medja taż-żewġ kumpanniji dawn il-kosti issa naqsu bi ftit, u minħabba f’hekk żiedu l-marġnijiet tal-ħsara skont dan. |
|
(116) |
Parti interessata waħda kkontestat il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz. Madankollu, din il-kontestazzjoni kienet imsejsa fuq preżunzjoni żbaljata li l-Kummissjoni kienet ikkalkolat il-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz billi neħħiet il-profitt medju tal-industrija tal-Unjoni fil-PI (2,6 %) mill-prezz tas-suq biex tilħaq "il-punt ta’ bilanċ” (jiġifieri prezz li ma jkun jirriżulta fl-ebda profitt) u mbagħad jiżdied il-profitt fil-mira fuq dan il-“punt ta’ bilanċ"’. |
|
(117) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tal-orħos prezz ta’ bejgħ billi żiedet il-profitt fil-mira mal-ispiża tal-produzzjoni ta’ kull tip ta’ prodott. Il-metodoloġija li ssuġġeriet din il-parti interessata mhijiex korretta, għax il-profitt medju ta’ 2,6 % ma nkisibx awtomatikament fuq kull bejgħ ta’ kull mudell mill-kumpanniji kollha li ntużaw għall-ġbir ta’ data. |
|
(118) |
Waħda mill-partijiet interessati wkoll ikkontestat il-kalkoli magħmula mill-Kummissjoni dwar il-ħsara. Minħabba li din il-parti ma kellhiex aċċess sħiħ għad-data użata mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-marġni ta’ ħsara, hija ppruvat tikkalkulah waħidha, waqt li bbażat fuq l-għarfien tagħha tad-differenza fil-prezz fis-suq bejn is-substrat miksi b’liga tal-aluminju-żingu u s-substrat miksi biż-żingu, li kienet ikkalkulat li jammonta għal USD 50 għal kull MT. Dan il-“kalkolu mill-ġdid”, ibbażat fuq data mhux kompluta, irriżulta f’marġni ta’ ħsara aktar baxx minn dak li l-Kummissjoni kienet ikkalkulat u żvelat. |
|
(119) |
L-argumenti tagħhom ma ntlaqgħux għaliex wara analiżi tad-data kollha kemm mill-produtturi esportaturi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni, id-differenza allegata fil-prezz ma setgħetx tinstab. Konsegwentement, għandu jkun enfasizzat li d-data li l-parti interessata kienet qed tuża ma kinitx kompluta u għalhekk ma setgħetx titqies bħala affidabbli biex tirriproduċi l-kalkoli magħmula mill-Kummissjoni dwar il-ħsara. |
|
(120) |
Il-premessi minn (154) sa (158) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
9.2. Miżuri definittivi
|
(121) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżazzjoni u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti AMO li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġni inqas baxx tad-dumping u tal-ħsara misjub, skont ir-regola ta’ dazju aktar baxx. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tal-ħsara li nstabet. |
|
(122) |
Seba’ kumpanniji li ma kinux fil-kampjun ikkooperaw mal-investigazzjoni tal-antidumping, iżda mhux ma dik parallela kontra s-sussidji. Għal dawn il-kumpanniji, ir-rata ta’ dazju antidumping huwa stabbilit għal żero. Fl-investigazzjoni kontra s-sussidji, dawn il-kumpanniji se jkunu soġġetti għal dazju residwu. |
|
(123) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid u l-kumpanniji li qegħdin jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, għandu jiġi pprovdut dazju medju peżat impost fuq il-kumpanniji msemmija l-aħħar li għandu jiġi applikat għal kwalunkwe produttur ġdid li b’mod ieħor ma kienx ikun intitolat għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, billi l-Artikolu 11(4) ma japplikax fejn ikun ġie applikat il-kampjunar. |
|
(124) |
Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:
|
10. ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU
|
(125) |
Fid-dawl tad-daqs tal-marġni tad-dumping li nstab u fid-dawl tal-livell tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, u bil-kunsiderazzjoni tal-fatt li ma ġewx imposti miżuri provviżorji fl-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji, jitqies neċessarju li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju jinġabru definittivament sal-ammont tad-dazju provviżorju impost. F’dawn iċ-ċirkostanzi, id-dazju provviżorju bir-rati stipulati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament provviżorju għandu jinġabar definittivament, Madanakollu l-ammonti miġbura b’mod provviżorju għall-prodotti b’substrat b’kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa għandhom jiġu rilaxxati, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan, qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku, jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga jew mhux liga (ma jinkludix l-azzar li ma jsaddadx) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastik fuq mill-anqas naħa waħda, bl-eskluzjoni ta' dawk imsejħa "pannelli sandwich" tat-tip użati għall-applikazzjonijiet fil-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq barra u b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsus bejniethom, bl-esklużjoni ta' dawk il-prodotti b’kisi finali tat-trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha piż ta’ 70 % jew aktar ta’ żingu) u bl-esklużjoni ta' dawk il-prodotti b’substrat miksi b’kisja metallika tal-kromju jew tal-landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80 , ex 7212 40 80 , ex 7225 99 00 , ex 7226 99 70 (kodiċi TARIC 7210 70 80 11, 7210 70 80 91, 7212 40 80 01, 7212 40 80 21, 7212 40 80 91, 7225 99 00 11, 7225 99 00 91, 7226 99 70 11 u 7226 99 70 91) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv għandha tkun kif ġej:
|
Kumpannija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Union Steel China |
0 |
B311 |
|
Zhangjiagang Panhua Steel Strip Co., Ltd, Chongqing Wanda Steel Strip Co., Ltd, u Zhangjiagang Free Trade Zone Jiaxinda International Trade Co., Ltd. |
26,1 |
B312 |
|
Zhejiang Huadong Light Steel Building Material Co., Ltd u Hangzhou P.R.P.T. Metal Material Company, Ltd. |
5,9 |
B313 |
|
Angang Steel Company Limited |
16,2 |
B314 |
|
Anyang Iron Steel Co., Ltd. |
0 |
B315 |
|
Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. |
0 |
B316 |
|
Baoutou City Jialong Metal Works Co., Ltd. |
16,2 |
B317 |
|
Changshu Everbright Material Technology Co., Ltd. |
16,2 |
B318 |
|
Changzhou Changsong Metal Composite Material Co., Ltd. |
16,2 |
B319 |
|
Cibao Modern Steel Sheet Jiangsu Co., Ltd. |
0 |
B320 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd. |
16,2 |
B321 |
|
Jiangyin Ninesky Technology Co., Ltd. |
0 |
B322 |
|
Jiangyin Zhongjiang Prepainted Steel Mfg Co., Ltd. |
0 |
B323 |
|
Jigang Group Co., Ltd. |
16,2 |
B324 |
|
Maanshan Iron&Steel Company Limited |
16,2 |
B325 |
|
Qingdao Hangang Color Coated Sheet Co., Ltd. |
16,2 |
B326 |
|
Shandong Guanzhou Co., Ltd. |
16,2 |
B327 |
|
Shenzen Sino Master Steel Sheet Co., Ltd. |
16,2 |
B328 |
|
Tangshan Iron And Steel Group Co., Ltd. |
16,2 |
B329 |
|
Tianjin Xinyu Color Plate Co., Ltd. |
16,2 |
B330 |
|
Wuhan Iron And Steel Company Limited |
16,2 |
B331 |
|
Wuxi Zhongcai New Materials Co., Ltd. |
0 |
B332 |
|
Xinyu Iron And Steel Co., Ltd. |
0 |
B333 |
|
Zhejiang Tiannu Color Steel Co., Ltd. |
16,2 |
B334 |
|
Il-kumpanniji l-oħra kollha |
13,6 |
B999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti depożitati bħala titolu ekwivalenti għad-dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 845/2012 għandhom jinġabru definittivament bir-rata stipulata fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-ammonti depożitati b’mod provviżorju għall-prodotti b’substrat b’ kisi metalliku ta’ kromju jew ta’ landa għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Fejn xi produttur mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li ma esportax il-merkanzija deskritta fl-Artikolu 1(1) li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-perijodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011); li mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u li fil-fatt huwa esporta l-merkanzija kkonċernata jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lill-Komunità wara t-tmiem tal-perijodu ta’ investigazzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) sabiex jattribwixxi lil dak il-produttur id-dazju applikabbli għall-produtturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 252, 19.09.2012, p. 33.
(3) Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali