Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0189

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 189/2013 tal- 5 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 rigward ir-reġim għall-ispedituri magħrufa Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 62, 6.3.2013, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/189/oj

    6.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 62/17


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 189/2013

    tal-5 ta' Marzu 2013

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 rigward ir-reġim għall-ispedituri magħrufa

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (2) jistipula perjodu tranżitorju għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti dwar l-approvazzjoni ta’ spedituri magħrufa. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, huwa neċessarju li din id-data tkun armonizzata ma’ dati oħra f’dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (2)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


    ANNESS

    Fil-Kapitolu 6 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 l-Punt 6.4.1.2(d) huwa mibdul b’dan li ġej:

    “(d)

    meta speditur magħruf ikun ġie approvat qabel id-29 ta’ April 2010, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti koperti bil-punt 6.4.2 kienu sodisfatti, jista’ jiġi kkunsidrat bħala speditur magħruf għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu sat-28 ta’ April 2013;”.


    Top