This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0183
Commission Regulation (EU) No 183/2013 of 4 March 2013 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Standard 1 Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2013 tal- 4 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 1 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2013 tal- 4 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 1 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 61, 5.3.2013, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
5.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 61/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2013
tal-4 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 1
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-13 ta’ Marzu 2012, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ppubblika Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju - Self tal-Gvern, (l-emendi għall-IFRS 1). L-emendi għall-IFRS 1 jikkonċernaw self riċevut mill-gverniijiet b'rata tal-imgħax aktar baxxa minn dik tas-suq u li l-għan tagħhom huwa li tiġi evitata l-applikazzjoni retrospettiva mat-tranżizzjoni għall-IFRSs għal dawk li jadottaw l-IFRSs għall-ewwel darba. Għaldaqstant, l-emendi għall-IFRS 1 iżidu eċċezzjoni għall-applikazzjoni retrospettiva tal-IFRSs li tesiġi li dawk li jadottaw l-istandards għall-ewwel darba għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IAS 20 Kontabilità Għal Għotjiet Pubbliċi u Divulgazzjoni ta' Assistenza Pubblika prospettivament għal self tal-gvern eżistenti fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs. |
(3) |
Dan ir-Regolament japprova l-emendi għall-IFRS 1. Dan l-istandard jinkludi ċerti referenzi għall-IFRS 9 li attwalment ma jistgħux jiġu applikati billi l-IFRS 9 għadu ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. |
(4) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 1 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju, huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-Artikolu 1(1), sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ
IFRS 1 |
IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju – Self tal-Gvern |
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-użu personali jew għal finijiet leġittimi oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq is-sit www.iasb.org”
Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju
Self tal-Gvern
Jiżdiedu l-paragrafi 39N u 39O u jiġi emendat il-paragrafu B1.
39N |
Self tal-Gvern (Emendi għall-IFRS 1), maħruġ f’Marzu 2012, paragrafi miżjuda B1(f) u B10-B12. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. |
39O |
Paragrafi B10 u B11 jirreferu għall-IFRS 9. Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhix qiegħda tapplika l-IFRS 9, ir-referenzi fil-paragrafi B10 u B11 tal-IFRS 9 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. |
B1 |
Entità għandha tapplika dawn l-eċċezzjonijiet:
|
Wara l-paragrafu B9, jiżdiedu l-intestatura u l-paragrafi B10–B12.
Self tal-Gvern
B10 |
Min jadotta għall-ewwel darba għandu jikklassifika s-self kollu tal-gvern li jkun irċieva bħala obbligu finanzjarju jew bħala strument ta’ ekwità f’konformità mal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. Minbarra kif permess mill-paragrafu B11, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza tal-Gvern prospettivament għal self tal-gvern eżistenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u ma għandux jirrikonoxxi l-benefiċċju korrispondenti tas-self tal-gvern b’rata ta’ interess inqas minn tas-suq bħala għotja tal-gvern. Konsegwentement, jekk min jadotta għall-ewwel darba, skont il-GAAP preċedenti, ma rrikonoxxiex u ma kkalkulax self tal-gvern b’rata ta’ interessi inqas minn tas-suq fuq bażi konsistenti mar-rekwiżiti IFRS, għandu juża l-GAAP preċedenti tiegħu għall-ammont riportat tas-self fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala l-ammont riportat tas-self fid-dikjarazzjoni tal-bidu tal-IFRS dwar il-pożizzjoni finanzjarja. Entità għandha tapplika l-IFRS 9 għall-kalkolu tat-tali self wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. |
B11 |
Minkejja l-paragrafu B10, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 u l-IAS 20 retrospettivament għal kwalunkwe self tal-gvern li joriġina qabel id-data tat-tranżizzjoni tal-IFRS, sakemm l-informazzjoni meħtieġa biex isir dan tkun inkisbet fiż-żmien tal-kontabbiltà inizjali għal dak is-self. |
B12 |
Ir-rekwiżiti u l-gwida fil-paragrafi B10 u B11 ma jipprekludux entità milli tkun tista’ tuża l-eżenzjonijiet deskritti fil-paragrafi D19-D19D relatati mad-deżinjazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel f’valur ġust permezz ta’ profit jew telf. |