EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0171

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2013 tas- 26 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Annessi I u IX, li jissostitwixxu l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), li jemenda l-Annessi I u XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 55, 27.2.2013, p. 9–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013R0195

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/171/oj

27.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 171/2013

tas-26 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Annessi I u IX, li jissostitwixxu l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), li jemenda l-Annessi I u XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3), 5(4), 6(2) u l-Artikolu12 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (3), jistipula li l-iffrankar tas-CO2 bl-użu ta’ teknoloġiji innovattivi għandu jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ kull manifattur. Regoli dettaljati dwar l-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jistipula li l-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2007/46/KE, sabiex kull tip/varjant/verżjoni tkun tikkorrispondi għal sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi.

(3)

Sabiex tiżgura monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku tas-CO2 għal vetturi individwali, vetturi mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet għandhom jiġu ċċertifikati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u l-iffrankar, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, irid jiġi speċifikat b’mod separat kemm fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip kif ukoll fiċ-ċertifikat ta’ konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE.

(4)

Minħabba f’hekk hemm bżonn li jinbidlu d-dokumenti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, sabiex dawn ikunu jirriflettu b’mod xieraq l-informazzjoni relatata mal-ekoinnovazzjonijiet.

(5)

L-emenda tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip għandha l-għan li min-naħa, tagħti d-dejta adegwata lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni biex ikunu jistgħu jiċċertifikaw vetturi mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet, u min-naħa l-oħra tintegra l-iffrankar tas-CO2 bl-ekoinnovazzjonijiet bħala parti mill-informazzjoni rappreżentattiva ta’ tip, varjant jew verżjoni speċifika ta’ vettura.

(6)

Hemm bżonn li jiġi adottat l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE, sabiex jinkludi informazzjoni rilevanti dwar ir-riżultati tat-testijiet, kif tipprovdi l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet fejn jidħlu s-sustanzi li jniġġsu minn vetturi ħfief u minn vetturi tqal.

(7)

Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(8)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE jinbidel kif spjegat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.


ANNESS I

L-Annessi I u IX għad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-punti 3.5.3, 3.5.3.1, 3.5.3.2 u 3.5.3.3 li ġejjin:

3.5.3.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011: iva/le (1)

3.5.3.1.   Tip/Varjant/Verżjoni ta’ vettura ta’ xenarju bażi kif defenit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (jekk applikabbli)

3.5.3.2.   Eżistenza ta’ interazzjonijiet bejn ekoinnovazzjonijiet differenti: iva/le (1)

3.5.3.3.   Dejta ta’ emissjonijiet relatata mal-użu ta’ ekoinnovazzjonijiet (irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat) (w1)

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (w2)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (w3)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi

(g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni

(g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (w4)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1

(= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

FOR-L_2013055MT.01001101.notes.0001.xml.jpg

xxxx/201x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (w5)”

 

(b)

fin-Noti ta’ spjegazzjoni jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin:

“(w)

Ekoinnovazzjonijiet.

(w1)

Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, uża ringiela żejda għal kull innovazzjoni.

(w2)

Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(w3)

Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(w4)

Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(w5)

Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.”;

(2)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-annotazzjonijiet 49.3, 49.3.1 u 49.3.2 li ġejjin fil-Parti I, il-Mudell B — in-Naħa 2 — il-Kategorija ta’ vetturi M1 (vetturi kompluti u kkompletati) tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE:

49.3.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni(jiet): iva/le (1)

49.3.1.   Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (p1)

49.3.2.   Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 bl-ekoinnovazzjoni(jiet) (p2) (irrepeti għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat)”;

(b)

fin-‘Noti ta’ Spjegazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Anness IX’ jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni li ġejjin:

“(p)

Ekoinnovazzjonijiet.

(p1)

Il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) għandu jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull waħda separata bi spazju vojt:

Kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni kif definit fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva;

Kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li l-vettura hi mgħammra biha, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: “e1 10 15 16”.).

(p2)

Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.”.


ANNESS II

“ANNESS VIII

Ir-Riżultati tat-Test

(Għandha timtela mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u mehmuża maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura)

F’kull każ, l-informazzjoni għandha tagħmilha ċara għal liema varjant u verżjoni hija applikabbli. Verżjoni waħda ma jistax ikollha aktar minn riżultat wieħed. Madankollu, taħlita ta’ diversi riżultati għal kull verżjoni li jindikaw l-agħar każ hija permissibbli. Fil-każ tal-aħħar, nota għandha tiddikjara li għall-punti mmarkati (*) jingħataw biss ir-riżultati tal-agħar każ.

1.   Riżultati tat-testijiet tal-livell ta’ ħoss

Numru tal-att regolatorju bażi u tal-aħħar att regolatorju li jemenda applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ att regolatorju b’żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

Varjant/Verżjoni:

Miexi/Miexja (dB(A)/E):

Wieqaf/Wieqfa (dB(A)/E):

bi (min-1):

2.   Riżultati tat-testijiet ta’ emissjoni tal-egżost

2.1.   Emissjonijiet minn vetturi tal-mutur ittestjati bi proċedura tat-test għal vetturi ħfief

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-att regolatorju għandu żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

Fjuwil(s) (1) … (diżil, petrol, LPG, NG, ...Bifjuwil: petrol/NG, LPG..., Fjuwil flessibbli: petrol/etanol, NG/H2NG…)

2.1.1.   Tip ta’ ttestjar 1 (2)  (3) (emissjonijiet mill-vettura fiċ-ċiklu ta’ ttestjar wara l-istartjar kiesaħ)

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/km)

THC (mg/km)

NMHC (mg/km)

NOx (mg/km)

THC + NOx (mg/km)

Massa ta’ materja f’partikoli (PM) (mg/km)

Numru ta’ partiċelli (P) (#/km) (1)

2.1.2.   Tip ta’ ttestjar 2 (2)  (3) (dejta ta’ emissjonijiet meħtieġa fl-approvazzjoni tat-tip għal finijiet biex ikun verifikat kemm il-vettura tkun tajba għat-triq)

Tip 2, ittestjar baxx tal-waqfien

Varjant/Verżjoni:

CO (% vol.)

L-ispid tal-magna (min-1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)


Tip 2, ittestjar għoli tal-waqfien

Varjant/Verżjoni:

CO (% vol.)

Il-Valur tal-lambda

L-ispid tal-magna (min-1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

2.1.3.   Tip ta’ ttestjar 3 (emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankcase): …

2.1.4.   Tip ta’ ttestjar 4 (emissjonijiet evaporattivi): … g/test

2.1.5.   Tip ta’ ttestjar 5 (id-durabbilità tal-mekkaniżmi li jikkontrollaw ta’ kontra t-tniġġis):

Id-distanza tat-tqaddim koperta (km) (eż: 160 000 km): …

Il-fattur ta’ deterjorament DF: ikkalkulat/fiss (1)

Valuri:

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/km)

THC (mg/km)

NMHC (mg/km)

NOx (mg/km)

THC + NOx (mg/km)

Massa ta’ materja f’partikoli (PM) (mg/km)

Numru ta’ partiċelli (P) (#/km) (1)

2.1.6.   Tip ta’ ttestjar 6 (medja tal-emissjonijiet f’temperaturi ambjentali baxxi):

Varjant/Verżjoni:

CO (g/km)

THC (g/km)

2.1.7.   OBD: iva/le (1)

2.2.   Emissjonijiet minn magni ttestjati bi proċedura tat-test għal vetturi tqal.

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-att regolatorju għandu żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:…

Fjuwil(s) (1) … (diżil, petrol, LPG, NG, etanol…)

2.2.1.   Riżultati tal-ittestjar ESC (2)  (4)  (5)

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/kWh)

THC (mg/kWh)

NOx (mg/kWh)

NH3 (ppm) (1)

Massa tal-PM (mg/kWh)

Numru tal-PM (#/kWh) (1)

2.2.2.   Riżultati tal-ittestjar ELR (2)

Varjant/Verżjoni:

Il-valur tad-duħħan:…m-1

2.2.3.   Riżultati tal-ittestjar ETC (4)  (5)

Varjant/Verżjoni:

CO (mg/kWh)

THC (mg/kWh)

NMHC (mg/kWh) (1)

CH4 (mg/kWh) (1)

NOx (mg/kWh)

NH3 (ppm) (1)

Massa tal-PM (mg/kWh)

Numru tal-PM (#/kWh) (1)

2.2.4.   Ittestjar tal-waqfien (2)

Varjant/Verżjoni:

CO (% vol.)

Il-Valur tal-lambda (1)

L-ispid tal-magna (min-1)

It-temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

2.3.   Duħħan tad-diżil

Indika l-att regolatorju li jemenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni. Fil-każ li l-att regolatorju għandu żewġ stadji ta’ implimentazzjoni jew aktar, indika wkoll l-istadju ta’ implimentazzjoni:

2.3.1.   Riżultati tat-test waqt aċċelerazzjoni libera

Varjant/Verżjoni:

Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent ta’ assorbiment (m-1)

L-ispid normali tal-waqfien tal-magna

L-ispid massimu tal-magna

It-temperatura taż-żejt (min./mas.)

3.   Riżultati tal-emissjoni tas-CO2, konsum tal-enerġija elettrika/tal-fjuwil, u testijiet tal-firxa elettrika.

Numru tal-att regolatorju u l-att regolatorju ta’ emenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni:

3.1.   Magni ta’ kombustjoni interna, inkluż vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC) (2)  (6)

Varjant/Verżjoni:

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (kundizzjonijiet urbani) (g/km)

Emissjonijiet ta’ massa ta’ CO2 (kundizzjonijiet extra-urbani) (g/km)

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (magħquda) (g/km)

Konsum ta’ fjuwil (kundizzjonijiet urbani) (l/100 km) (7)

Konsum ta’ fjuwil (kundizzjonijiet extra-urbani) (l/100 km) (7)

Konsum ta’ fjuwil (magħqud) (l/100 km) (7)

3.2.   Vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC) (2)

Varjant/Verżjoni:

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (Kundizzjoni A, magħquda) (g/km)

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (Kundizzjoni B, magħquda) (g/km)

Emissjoni ta’ massa ta’ CO2 (miżuna, magħquda) (g/km)

Konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni A, magħqud) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ fjuwil (Kundizzjoni B, magħqud) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ fjuwil (miżun, magħqud) (l/100 km) (g)

Konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni A, magħqud) (Wh/km)

Konsum ta’ enerġija elettrika (Kundizzjoni B, magħqud) (Wh/km)

Konsum ta’ enerġija elettrika (miżun u magħqud) (Wh/km)

Il-firxa purament elettrika (km)

3.3.   Vetturi purament elettriċi (2)

Varjant/Verżjoni:

Konsum ta’ enerġija elettrika (Wh/km)

Firxa (km)

3.4.   Vetturi biċ-ċellola tal-fjuwil tal-idroġinu (2)

Varjant/Verżjoni:

Konsum ta’ fjuwil (kg/100 km)

4.   Riżultati tat-testijiet għal vetturi mgħammra b’ekoinnovazzjoni(jiet) (1)  (2)  (3)

Varjant/Verżjoni …

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (4)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (5)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi (g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni (g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (6)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

Formula

xxxx/201x

Total ta’ ffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (7)

4.1.   Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (8)

Noti ta’ spjegazzjoni

(h)

Ekoinnovazzjonijiet.


(1)  Meta restrizzjonijiet għall-fjuwil huma applikabbli, indika dawn ir-restrizzjonijiet (eż: għall-gass naturali indika jekk hux il-firxa L jew il-firxa H).

(2)  Għall-vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella trid tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils li huma.

(3)  Għal vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-test ikun se jsir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għall-vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, bifjuwil jew mono-fjuwil, it-tabella trid tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali trid turi l-agħar riżultati miksuba. Meta applikabbli, skont is-sezzjonijiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din trid tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk applikabbli.

(4)  Għall-Euro VI, l-ESC irid jinftiehem bħala WHSC u l-ETC bħala WHTC.

(5)  Għall-Euro VI, jekk il-magni li joperaw bis-CNG u l-LPG huma ttestjati fuq fjuwils differenti ta’ referenza, it-tabella trid issir mill-ġdid għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(6)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(7)  L-unità ‘l/100 km’ tinbidel bi ‘m3/100 km’ għal vetturi li joperaw bl-NG u l-H2NG, u bi ‘kg/100 km’ għal vetturi li joperaw bl-idroġenu.

(1)  

(h1)

Irrepeti t-tabella għal kull Varjant/Verżjoni.

(2)  

(h2)

Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat.

(3)  

(h3)

Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, uża ringiela żejda għal kull innovazzjoni.

(4)  

(h4)

Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(5)  

(h5)

Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(6)  

(h6)

Jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(7)  

(h7)

Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.

(8)  

(h8)

(Il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) għandu jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull waħda separata bi spazju vojt:

Kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni kif definit fl-Anness VII għal din id-Direttiva;

Kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li l-vettura hi mgħammra biha, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.”

Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.


ANNESS III

L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħlu l-punti 4.3.5, 4.3.5.1 u 4.3.5.2 li ġejjin:

“4.3.5.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet

4.3.5.1.   Fil-każ ta’ tip ta’ vettura li hi mgħammra b’ekoinnovazzjoni waħda jew iżjed, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, il-konformità tal-produzzjoni għandha tintwera skont l-ekoinnovazzjonijiet, billi jsiru t-testijiet stipulati fid-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni li japprovaw l-ekoinnovazzjoni(jiet) in kwistjoni.

4.3.5.2.   Il-punti 4.3.1, 4.3.2 u 4.3.4 għandhom japplikaw.”;

(b)

Fl-Appendiċi 3, jiddaħħlu l-punti 3.5.3, 3.5.3.1, 3.5.3.2 u 3.5.3.3 li ġejjin:

3.5.3.   Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011: iva/le (*)

3.5.3.1.   Tip/Varjant/Verżjoni tal-vettura ta’ xenarju bażi kif defenit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (**)

3.5.3.2.   Interazzjonijiet li jeżistu bejn ekoinnovazzjonijiet differenti: iva/le (*)

3.5.3.3.   Dejta ta’ emissjonijiet relatati mal-użu ta’ ekoinnovazzjonijiet (***)  (****)

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (1)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (2)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi

(g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni

(g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (3)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1

(= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

FOR-L_2013055MT.01001801.notes.0001.xml.jpg

xxxx/201x (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (4)

 

(*)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(**)  Jekk applikabbli."

(*)  Ħassar fejn mhux applikabbli."

(***)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

(****)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, biex ikollok ringiela waħda għal kull innovazzjoni.”"

(c)

L-Addendum għall-Appendiċi 4 hi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 2.1, it-tabella li tikkorrispondi għat-Tip ta’ ttestjar 6 hi mibdula b’dan li ġej:

“Tip ta’ ttestjar 6

CO (g/km)

THC (g/km)

Valur imkejjel”

 

 

(ii)

Il-Punt 2.1.1 hu mibdul b’dan li ġej:

2.1.1.   Għal vetturi ta’ bifjuwils, it-tabella ta’ Tip ta’ ttestjar 1 trid tkun ripetuta għaż-żewġ fjuwils li huma. Għal vetturi ta’ fjuwil flessibbli, meta t-Tip ta’ ttestjar 1 irid isir fuq iż-żewġ fjuwils, skont il-Figura I.2.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u għal vetturi li jużaw l-LPG jew l-NG/Bijometan, monofjuwil jew bifjuwil, it-tabella trid tkun ripetuta għall-gassijiet differenti ta’ referenza użati fit-test, u tabella addizzjonali trid turi l-agħar riżultati miksuba. Meta hu applikabbli, skont is-sezzjonijiet 1.1.2.4 u 1.1.2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, din trid tintwera jekk ir-riżultati jitkejlu jew jiġu kkalkolati.”;

(iii)

Jiddaħħlu l-punti 2.6 u 2.6.1 li ġejjin:

“2.6.   Riżultati tat-test tal-ekoinnovazzjoni (*****)  (******)

Deċiżjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni (5)

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni (6)

1.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi

(g/km)

2.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni

(g/km)

3.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta’ xenarju bażi fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1 (7)

4.

Emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tal-ekoinnovazzjoni fiċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1

(= 3.5.1.3)

5.

Fattur tal-użu (UF), i.e. sehem temporali tal-użu teknoloġiku f’kundizzjonijiet operattivi normali

Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2

FOR-L_2013055MT.01001801.notes.0002.xml.jpg

xxxx/201x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (g/km) (8)

 

2.6.1   Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (*******)

(*****)  Irrepeti t-tabella għal kull fjuwil ta’ referenza ttestjat."

(******)  Espandi t-tabella jekk hu meħtieġ, uża ringiela iżjed għal kull innovazzjoni."

(*******)

Il-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li hi mgħammra fil-vettura, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.

(*******)  Il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) għandu jikkonsisti minn dawn l-elementi li ġejjin, kull waħda separata bi spazju vojt:

Il-kodiċi tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip kif definit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE;

Il-kodiċi individwali ta’ kull ekoinnovazzjoni li hi mgħammra fil-vettura, indikat fl-ordni kronoloġika tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(Eż: il-kodiċi ġenerali ta’ tliet ekoinnovazzjonijiet approvati kronoloġikament bħala 10, 15 u 16 u li huma mgħammra f’vetturi ċċertifikati mill-awtorità Ġermaniża tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun: ‘e1 10 15 16’.)”.

"

(2)

Fl-Anness XII jiżdied il-punt 4:

“4.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURI MGĦAMMRA B’EKOINNOVAZZJONIJIET

4.1.   Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 manifattur li jrid jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji ta’ CO2 speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar minn ekoinnovazzjoni waħda jew iżjed mgħammra ġo vettura, għandu japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura mgħammra bl-ekoinnovazzjonijiet.

4.2.   L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura mgħammra b’ekoinnovazzjonijiet għandu, għal finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, ikun determinat bil-proċedura u l-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

4.3.   Il-prestazzjoni tat-testijiet meħtieġa biex ikun determinat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 miksub bl-ekoinnovazzjonijiet, għandha tinftiehem bla ħsara għad-dimostrazzjoni ta’ konformità tal-ekoinnovazzjonijiet mal-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, jekk applikabbli.

4.4.   L-approvazzjoni tat-tip m’għandhiex tingħata jekk il-vettura tal-ekoinnovazzjoni ma turix minimu ta’ 1 gCO2/km ta’ tnaqqis fl-emissjoni fir-rigward ta’ vettura ta’ xenarju bażi, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.”.


(1)  Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(2)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(3)  Skont il-ftehim tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, il-metodoloġija għandha tagħti dan il-valur.

(4)  Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.

(5)  Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(6)  Assenjat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni.

(7)  Jekk metodoloġija tal-immudellar hi applikata flok iċ-ċiklu ta’ ttestjar ta’ tip 1, dan il-valur għandu jkun dak mogħti mill-metodoloġija tal-immudellar.

(8)  Somma tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ kull ekoinnovazzjoni individwali.


Top