Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0145

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 145/2013 tad- 19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 47, 20.2.2013, pp. 63–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/145/oj

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 145/2013

tad-19 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 314/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li ġew mogħtija lilhom funzjonjiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tar-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe, tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa.

(3)

Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi ċerti annotazzjonijiet mil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(4)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi aġġornat fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test indikat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness III huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 55, 24.2.2004, p.1.

(2)   ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6-23.


ANNESS I

"ANNESS II

Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- Artikoli 4, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu"


ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin jitneħħew minn taħt l-intestatura ‧Persuni‧:

 

Isem

(u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

(1)

Chapfika, David

Ex-Viċi Ministru għall-Agrikoltura (Ex-Viċi Ministru għall-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957;

Passaport:ZL037165.

ID: 63-052161G48

President nazzjonali tal-Kumitat tal-ġbir ta' fondi taż-ZANU-PF, sponsorja lill-milizzji fl-2008 billi pprovda appoġġ għall-bażijiet tal-milizzja fiż-żona ta' Hoyuyu f'Mutoko.

(2)

Chigudu, Tinaye Elisha Nzirasha

Ex-Gvernatur Provinċjali: ta' Manicaland. Imwieled 13.08.42.

Passaport AD000013.

ID 63-022247R42.

Ex-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri fiż-Żimbabwe u Ex-Gvernatur Provinċjali ta' Manicaland. Assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 ordna r-ripressjoni tal-partitarji tal-MDC

(3)

Chipanga, Tongesai Shadreck

Ex-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1940 alt 10.10.1946.

Ex-membru tal-Gvern u ex-direttur tal-pulizija sigrieta taż-Żimbabwe, assoċjat ma' qtil b'motivi politiċi.

(4)

Kwenda, R.

Maġġur, Zaka tal-Lvant.

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Kap tal-vjolenza f’Zaka fl-2008.

(5)

Mahofa, Shuvai Ben

Ex-Viċi Ministru tal-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-4.4.1941.

Passaport AD000369.

ID 27-031942V27

Sponsorja lil dawk li stabbilixxew bażijiet ta' tortura f'Masvingo. Persuni minn dawn il-bażijiet qatlu lil Mapurisa Zvidzai fl-24 ta' April 2008 u lil Tiziro Moyo fil-11 ta' Ġunju 2008.

(6)

Mashava, G.

Kurunell, Chiredzi Ċentrali.

Mexxa vjolenza b'motivi politiċi f'Chirendzi fl-2008.

(7)

Moyo, Gilbert

“Veteran tal-Gwerra”, mexxej tal-milizzja taż-ZANU-PF.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 fil-Punent ta’ Mashonaland (Chegutu); involut fl-akkwist vjolenti ta' azjendi agrikoli.

(8)

Mpabanga, S.

Logutenent Kurunell, Lvant ta’ Mwenezi

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza b'motivi politiċi fi Mwenezi.

(9)

Msipa, Cephas George

Ex-Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931.

Ex-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(10)

Muchono, C.

Logutenent Kurunell, Punent ta' Mwenezi.

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, billi mexxa kampanja ta' terrur fi Mwenezi fl-2008.

(11)

Mudenge, Isack Stanislaus Gorerazvo

Ministru tal-Edukazzjoni Superjuri u tal-Edukazzjoni Terzjarja (Ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941, alt 17.12.1948

Passaport AD000964.

ID 63-645385Q22

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(12)

Mudonhi, Columbus

Assistent Spettur tal-Pulizija tar-Repubblika taż-Żimbabwe (ZRP).

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet, billi mexxa l-vjolenza f'Buhera fl-2008.

(13)

Mugariri, Bothwell

Ex-Assistent Superjuri tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Ex-membru tal-forzi tas-sigurtà u jġorr responsabbiltà estensiva għal vjolazzjonijiet gravi tad-dritt għall-ħelsien ta’ għaqda paċifika. Bħala Uffiċjal inkarigat f'Harare, konness ma' operazzjonijiet vjolenti f'Marzu 2007.

(14)

Mumba, Isaac

Supretendent.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet tal-2008. Kien jagħmel parti mil-linja ta' kmand li organizzat il-vjolenza fir-raħal ta' Soka f'Muzarabani.

(15)

Mutsvunguma, S.

Kurunell, Headlands.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008 f'Mutare u fil-Highlands.

(16)

Nkomo, John Landa

Viċi President. Ex-Speaker tal-Parlament (ex-Ministru għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), president nazzjonali taż-ZANU-PF, imwieled fit-22.8.1934.

Passaport AD000477.

ID 63-358161Q73

L-aktar li ilu membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(17)

Nyambuya, Michael Reuben

Ex-Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija (ex-Logutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali: Manicaland), imwieled fit-23.7.1955.

Passaport AN045019.

ID 50-013758E50

Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fil-vjolenza f'Manicaland u uża persunal tal-armata biex jiġu akkwistati azjendi agrikoli.

(18)

Parirenyatwa, David Pagwese

Ex-Ministru tas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal (Ex-Viċi Ministru), imwieled fit-2.8.1950.

Passaport AD000899.

ID 63-320762P47

Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet ta' tortura fit-Tramuntana ta’ Murehwa u ta appoġġ lill-klikek li qatlu lil Edward Pfukwa fis-17 ta' Ġunju 2008 u lil Alloys Chandisareva Sanyangore f'Novembru 2008.

(19)

Rangwani, Dani

Spettur Investigattiv tal-Pulizija. Imwieled fil-11.2.1962.

ID 70-006039V70

Membru tal-forzi tas-sigurtà. Involut fi grupp ta' 50 persuna mħallsa direttament miż-ZANU-PF biex isibu u jittorturaw lill-partitarji tal-MDC f'April 2007.

(20)

Ruwodo, Richard

Direttur tal-Affarijiet tal-Veterani tal-Gwerra fil-Ministeru tad-Difiża. Brigadier Ġeneral, promoss fit-12 ta’ Awwissu 2008 għall-grad ta’ Maġġur Ġeneral (irtirat); ex-Aġent Sottosegretarju Permanenti (PUS) għall-Ministeru tad-Difiża, imwieled fl-14.3.1954.

ID 63-327604B50

Uffiċjal superjuri tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet. Jissorvelja lill-veterani tal-gwerra, li bħala grupp ġew użati biex iwettqu l-politiki ripressivi tal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(21)

Zhuwao, Patrick

Ex-Viċi Ministru tax-Xjenza u tat-Teknoloġija. Imwieled fit-23.5.1967.

ID 63-621736K70

Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sfratta l-Konferenza dwar il-Kostituzzjoni f’Lulju 2009. Itterrorizza lis-sostenituri tal-MDC viċin Norton, akkumpanjat minn aġenti tas-CIO.

(2)

L-annotazzjoni li ġejja titneħħa minn taħt l-intestatura "II. Entitajiet":

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

(1)

Divine Homes (PVT) Ltd

6 Hillside Shopping Centre, Harare, Zimbabwe; 31 Kensington Highlands, Harare, Zimbabwe; 12 Meredith Drive, Eastlea, Harare, Zimbabwe.

Ippreseduta minn David Chapfika.


Top