Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0143

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2013 tad- 19 ta’ Frar 2013 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO 2 minn vetturi ppreżentati għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 47, 20.2.2013, p. 51–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/143/oj

    20.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 47/51


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 143/2013

    tad-19 ta’ Frar 2013

    li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ppreżentati għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet għat-tibdil fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistabbilixxi regoli għal konformità waqt is-servizz, id-durabbiltà tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD), il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u l-aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-kontroll tal-konformità tal-vetturi fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 u jistipula r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ tali vetturi.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (4), jistabbilixxi l-obbligu li titwaqqaf proċedura biex jinkisbu valuri rappreżentattivi tal-emissjonijiet ta’ CO2, l-effiċjenza tal-fjuwil u l-massa ta’ vetturi kkompletati filwaqt li jiġi żgurat li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.

    (4)

    Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kkompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi. Meta tiġi stabbilita proċedura ta’ monitoraġġ biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2, l-effiċjenza tal-fjuwil u l-massa tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, il-metodu għad-determinazzjoni tal-massa u tal-valuri ta’ CO2 għandu jiġi stabbilit, jekk xieraq, abbażi ta’ tabella ta’ valuri ta’ CO2 li jikkorrispondu għal klassijiet differenti ta’ piż tal-inerzja finali jew abbażi ta’ valur ta’ CO2 wieħed biss derivat minn massa tal-vettura ta’ bażi u massa speċifika miżjuda differenzjata mill-klassi N1.

    (5)

    Fuq il-bażi ta’ dawk il-metodi alternattivi, indikati fil-punt 7 tal-Parti B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011, ġew ikkunsidrati alternattivi differenti u vvalutati f’termini ta’ eżattezza, rappreżentattività u fattibilità. L-alternattiva bbażata fuq l-ittestjar tal-vettura ta’ bażi b’valur stmat u uniku tal-massa, fejn il-komponent li jikkorrispondi għall-karozzerija jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni ta’ formula polinomjali dipendenti mill-massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, tippreżenta l-aħjar bilanċ bejn l-eżattezza f’termini ta’ determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vettura kkompletata, l-ispejjeż involuti, u l-ħeffa tal-implimentazzjoni.

    (6)

    Sabiex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-manifatturi tal-vetturi fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tkun immonitorjata b’mod adegwat u effiċjenti, jeħtieġ li tiġi inkluża l-informazzjoni rilevanti fiċ-ċertifikat tal-konformità.

    (7)

    Għandu jingħata żmien biżżejjed sabiex il-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-regoli l-ġodda.

    (8)

    Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tal-proċedura biex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kkompletati u l-monitoraġġ ta’ dawk l-emissjonijiet, huwa xieraq li tiġi riveduta l-proċedura u li tiġi evalwata r-rappreżentanza tal-emissjonijiet ta’ CO2 kif ukoll l-effikaċja u l-eżattezza tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016.

    (9)

    Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tiġi riveduta l-proċedura stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.7 tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendat b’dan ir-Regolament.

    Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposti adegwati.

    Artikolu 4

    1.   Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2014, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi ta’ bażi tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li nħarġu skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 qabel l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi.

    2.   Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2014, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi kkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li nħarġu skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 qabel l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi.

    3.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu bħala validi ċ-ċertifikati ta’ konformità li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 minbarra l-Artikolu 4(3) li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (3)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

    (4)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.


    ANNESS I

    L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, qed jiżdiedu l-punti 2.17, 2.17.1 u 2.17.2 li ġejjin:

    2.17.   Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji (fil-każ biss ta’ vetturi mhux kompluti jew ikkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007): iva/le (1)

    2.17.1.   Il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem: …kg.

    2.17.2.   Massa speċifika miżjuda, ikkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008: …kg.”

    (2)

    L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Parti I, Vetturi kompluti u kkompletati, hija emendata kif ġej:

    (i)

    Fil-Mudell B – Naħa 1, Vetturi kkompletati, iċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE, qed jiddaħħal il-punt 0.2.2. li ġej:

    “0.2.2.

    L-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura ta’ bażi (q):

    Tip: …

    Varjant (a): …

    Verżjoni (a): …

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż in-numru tal-estensjoni …”

    (ii)

    Fil-Mudell B – Naħa 1, Vetturi kkompletati, iċ-ċertifikat ta’ konformità tal-KE, qed jiddaħħal il-punt 0.5.1. li ġej:

    “0.5.1.

    In-numru u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura ta’ bażi (q) …”

    (iii)

    Fin-Naħa 2 – Kategorija tal-vetturi N1 (vetturi kompluti u kkompletati), qed jiddaħħal il-punt 14. li ġej:

    “14.

    Il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem: …kg (1)(q).”

    (b)

    Fin-“Noti ta’ spjegazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Anness IX”, qed tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni (q) li ġejja:

    “(q)

    Fil-każ ta’ vetturi kkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007”.


    ANNESS II

    L-Annessi I u XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Appendiċi 3 tal-Anness I, qed jiddaħħlu l-punti 2.17, 2.17.1 u 2.17.2 li ġejjin:

    2.17.   Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji (fil-każ biss ta’ vetturi mhux kompluti jew ikkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007: iva/le (1)

    2.17.1.   Il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem: … kg

    2.17.2.   Massa speċifika miżjuda, ikkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 692/2008: … kg”.

    (2)

    Fl-Anness XII, qed tiddaħħal it-Taqsima 5 li ġejja:

    “5.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL MINN VETTURI N1 PPREŻENTATI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP F’DIVERSI STADJI

    5.1.   Sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, kif definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura ta’ bażi, kif definita fl-Artikolu 3(18) ta’ dik id-Direttiva, għandha tiġi ttestjata skont il-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness.

    5.2.   Il-massa ta’ referenza li trid tintuża għall-ittestjar għandha tkun dik li tirriżulta mill-formula li ġejja:

    Formula

    F’din il-formula:

    RM

    =

    massa ta’ referenza li trid tintuża għall-ittestjar f’kg.

    RM Vettura ta’ bażi

    =

    massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, f’kg.

    DAM

    =

    massa speċifika miżjuda, ikkalkolata skont il-formula stabbilita fil-punt 5.3, li tikkorrispondi għal stima tal-piż tal-karrozzerija mwaħħla mal-vettura ta’ bażi, f’kg.

    5.3.   Il-massa speċifika miżjuda għandha tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:

    DAM: Formula

    F’din il-formula:

    DAM

    =

    massa speċifika miżjuda f’kg

    a

    =

    fattur multiplikanti, ikkalkolat skont il-formula stabbilita fil-punt 5.4

    TPMLM

    =

    massa mgħobbija massima teknikament permissibbli, kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura ta’ bażi, f’kg

    RM Vettura ta’ bażi

    =

    massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, f’kg.

    5.4.   Il-fattur multiplikanti għandu jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

    Formula

    F’din il-formula:

    a

    =

    fattur multiplikanti

    RM Vettura ta’ bażi

    =

    massa ta’ referenza tal-vettura ta’ bażi, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, f’kg.

    5.5.   Il-manifattur tal-vettura ta’ bażi huwa responsabbli għall-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti stipulati fil-punti minn 5.1 sa 5.4.

    5.6.   Il-manifattur tal-vettura kkompletata għandu jinkludi, fiċ-ċertifikat tal-konformità, l-informazzjoni dwar il-vettura ta’ bażi, skont l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE.

    5.7.   Fil-każ ta’ vetturi ppreżentati għal approvazzjoni ta’ vettura individwali, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla skont il-metodoloġija stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.4;

    (b)

    il-massa tal-vettura kkompletata lesta biex taħdem;

    (c)

    il-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondi mat-tip, il-varjant u l-verżjoni tal-vettura ta’ bażi;

    (d)

    in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura ta’ bażi, inkluż in-numru tal-estensjoni;

    (e)

    in-numru u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura ta’ bażi;

    (f)

    il-massa tal-vettura ta’ bażi lesta biex taħdem.

    5.8.   Il-proċedura stabbilita fil-punti minn 5.1 sa 5.7 għandha tapplika għall-vetturi ta’ bażi tal-kategorija N1, kif definit fil-punt 1.2.1. tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”


    Top