Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0085

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 85/2013 tal- 31 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

ĠU L 32, 1.2.2013, pp. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/85/oj

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 85/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/812/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) 1483(2003), l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (2), jiffriża b’mod partikolari l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ Saddam Hussein u ta’ uffiċjali anzjani oħrajn tar-reġim Iraqi l-antik.

(2)

Skont il-paragrafu 23 tar-Riżoluzzjoni UNSC 1483(2003), l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu tali fondi u riżorsi ekonomiċi disponibbli mill-ġdid għall-fini tat-trasferiment tagħhom lejn il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq.

(3)

Fil-15 ta’ Diċembru 2010, il-UNSC adotta r-Riżoluzzjoni 1956(2010) li permezz tagħha ddeċieda, taħt il-paragrafu 5, li d-dħul kollu mill-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq għandu jiġi ttrasferit lejn il-kont jew kontijiet tal-arranġamenti li se jistabbilixxi minfloku l-Gvern tal-Iraq u li l-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq għandu jispiċċa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 biex jippermetti t-trasferiment ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji oħrajn jew riżorsi ekonomiċi lejn l-arranġamenti li stabbilixxa l-Gvern tal-Iraq minflok il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq skont il-kundizzjonijiet imniżlin fir-Riżoluzzjonijiet UNSC 1483(2003) u 1956(2010).

(5)

Huwa wkoll xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi aġġornat b’tagħrif riċenti pprovdut mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fiċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha, il-fondi, ir-riżorsi ekonomiċi u d-dħul mir-riżorsi ekonomiċi ffriżati skont l-Artikolu 4 għandhom jerġgħu jsiru disponibbli biss biex jiġu ttrasferiti lejn l-arranġamenti li l-Gvern tal-Iraq stabbilixxa minflok il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet UNSC 1483(2003) u 1956(2010).”;

(2)

L-Anness V huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 352, 21.12.2012, p. 54.

(2)   ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Edizzjoni Speċjali tal-ĠU bil-Malti: Kapitolu 10, Volum 03, p. 260.


ANNESS

“ANNESS V

Siti elettroniċi li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 6, 7 u 8 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.   Awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru:

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/MT/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:

Kummissjoni Ewropea

Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu”.


Top