Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0016

Direttiva tal-Kunsill 2013/16/UE tat- 13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

ĠU L 158, 10.6.2013, pp. 184–192 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/04/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/16/oj

10.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/184


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/16/UE

tat-13 ta’ Mejju 2013

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma kienx adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati kif meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 2004/17/KE (1), 2004/18/KE (2) u 2009/81/KE (3) għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 07 p. 19).

(2)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 07 p. 132).

(3)  Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.).


ANNESS

1.

Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:

(a)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness I wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ gass u enerġija termali u l-provvista ta' gass jew enerġija termali lil netwerks fissi, bħall-entitajiet involuti fl-attivitajiet imsemmija ibbażati fuq il-Liċenzja għat-twettiq ta' attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12).”;

(b)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness II wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u l-provvista tal-elettriku lil netwerks fissi, bħall-entitajiet involuti fl-attivitajiet imsemmija ibbażati fuq il-Liċenzja għat-twettiq ta' attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12).”;

(c)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness III wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u l-provvista tal-ilma tax-xorb lil netwerks fissi, bħall-entitajiet stabbiliti mill-unitajiet tal-gvern lokali li jaġixxu bħala l-fornitur pubbliku tas-servizzi tal-ilma jew servizzi tad-dranaġġ skont l-Att dwar l-Ilma (il-Gazzetta Uffiċjali 153/09 u 130/11).”;

(d)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IV wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività tal-provvista jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lil pubbliku fil-qasam ta' trasport bil-ferrovija.”;

(e)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness V wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività tal-provvista jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tal-ferrovija urbana, sistemi awtomatizzati, linji tat-tramm, trolleybus, karozzi tal-linja u tal-funikular, bħall-entitajiet li jaħdmu fl-attivitajiet imsemmija bħala servizz pubbliku skont l-Att dwar l-Utilitajiet (il-Gazzetta Uffiċjali 36/95, 70/97, 128/99, 57/00, 129/00, 59/01, 26/03, 82/04, 110/04, 178/04, 38/09, 79/09, 153/09, 49/11, 84/11, 90/11).”;

(f)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VI wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, f'konformità ma' regolamenti speċjali, jipprovdu servizzi postali u servizzi oħrajn li mhumiex ikkunsidrati bħala servizzi postali taħt l-Artikolu 112, il-paragrafu 4 tal-Att.”;

(g)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jesploraw jew iħaffru għaż-żejt u l-gass, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att tal-Minjieri (il-Gazzetta Uffiċjali 75/09 u 49/11).”;

(h)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VIII wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jesploraw jew iħaffru għall-faħam u fjuwils solidi oħra, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att tal-Minjieri (il-Gazzetta Uffiċjali 75/09 u 49/11).”;

(i)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jingaġġaw fl-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jagħmlu disponibbli portijiet tal-baħar, portijiet tax-xmajjar u terminals oħra tat-trasport għal operaturi tat-trasport fuq il-baħar jew fuq ix-xmajjar, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att dwar il-Portijiet tal-Baħar u l-Qasam Marittimu (il-Gazzetta Uffiċjali 158/03, 100/04, 141/06 u 38/09).”;

(j)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness X wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jagħmlu disponibbli ajruporti u tagħmir tat-terminals ieħor lil operaturi tat-trasport bl-ajru, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att dwar l-Ajruporti (il-Gazzetta Uffiċjali 19/98 u 14/11).”.

2.

Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:

(a)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness III wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

L-awtoritajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 5, paragrafu 1, punt 3 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11), jiġifieri persuni ġuridiċi stabbiliti għall-fini speċifiku li jissodisfaw ħtiġijiet fl-interess pubbliku, li m'għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali u li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

huma ffinanzjati mill-Baġit Statali jew mill-baġit ta' unita ta’ awtogovernanza lokali jew reġjonali jew mill-baġits ta' entitajiet ġuridiċi oħra bħal dawn f'iktar minn 50 %, jew

huma soġġetti għas-superviżjoni tal-ġestjoni minn korpi statali, unitajiet ta' awtogovernanza lokali u reġjonali jew entitajiet ġuridiċi oħra bħal dawn, jew

għandhom bord ta’ sorveljanza, bord amministrattiv jew maniġerjali, li aktar minn nofs il-membri tiegħu huma appuntati minn korpi tal-istat, ta' awtogovernanza lokali u reġjonali jew entitajiet ġuridiċi oħra bħal dawn.

Pereżempju:

Agency Alan d.o.o.,

APIS IT d.o.o. — Aġenzija tal-Appoġġ għas-Sistemi tal-Informazzjoni u għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni,

Grupp taż-Żfin Folkloristiku Nazzjonali tal-Kroazja ‘Lado’,

Autocesta Rijeka — Zagreb d.d. (awtostrada Rijeka — Zagreb),

CARnet (Netwerk Akkademiku u ta' Riċerka Kroat),

Ċentri ta’ għajnuna u kura,

Ċentri ta’ benessri soċjali,

Djar ta’ kura soċjali,

Ċentri ta’ kura tas-saħħa,

L-arkivji tal-Istat,

L-Istitut Statali għall-Ħarsien tan-Natura,

Fondi għall-Finanzjament tad-Dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Krško u għar-Rimi tal-Iskart Radjoattiv ta' NEK u Fjuwil Nukleari Użat,

Il-Fond għall-Imdemnifikazzjoni ta' Proprjetà Maqbuda,

Il-Fond għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta' Vukovar,

Fond għar-Riabilitazzjoni Professjonali u l-Impjieg ta' Nies b'Diżabilità,

Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza tal-Enerġija,

L-Akkademja tax-Xjenza u l-Arti Kroata,

Il-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp,

Hrvatska kontrola zračne plovidbe d.o.o. (Kontroll Kroat Ltd.),

Hrvatska lutrija d.o.o. (Lotterija Kroata),

Fondazzjoni tal-Wirt Kroat,

Kamra tal-Agrikoltura Kroata,

Radju Televixin Kroati,

Assoċjazzjoni Kroata tal-Kultura Teknoloġika,

Hrvatske autoceste d.o.o. (Awtostradi Kroati Ltd.),

Hrvatske ceste d.o.o. (Toroq Kroati Ltd.),

Hrvatske šume d.o.o. (Foresti Kroati),

Hrvatske vode (Kumpannija Kroata għall-Ġestjoni tal-Ilma),

Ċentru Awdjoviżiv Kroat,

Iċ-Ċentru Kroati għat-tgħammir taż-żwiemel — Irziezet tal-Istat taż-żwiemel ta' Đakovo u Lipik,

Iċ-Ċentru Kroat għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali,

Ċentru Kroat għall-Azzjoni fil-Minjieri,

Ċentru Kroat għad-Dokumentazzjoni tal-Memorji tal-Gwerra Interna,

Il-Kumitat Olimpiku Kroat,

L-Operatur tas-Suq tal-Enerġija Kroat,

Il-Kumitat Paraolimpiku Kroat,

Ir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat,

L-Istitut Kroat għall-Konservazzjoni,

Il-Federazzjoni Sportiva Kroata għall-Persuni neqsin mis-Smigħ,

L-Istitut Kroat għall-Mediċina ta' Emerġenza,

L-Istitut Nazzjonali Kroat għas-Saħħa Pubblika,

L-Istitut Kroat għas-Saħħa Mentali,

L-Istitut Kroat tal-Assigurazzjoni tal-Pensjoni,

L-Istitut Kroat għall-Istandards,

L-Istitut Kroat għat-Telemediċina,

L-Istitut Kroat għat-Tossikoloġija u għal kontra d-Doping,

L-Istitut Nazzjonali Kroat għall-Mediċini tat-Trasfużjoni,

Is-Servizz Kroat għall-Impjiegi,

L-Istitut Kroat għall-Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,

L-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa,

L-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Jadrolinija (kumpanija tat-tbaħħir),

Istituzzjoni Pubblika Kroata taċ-Ċentru Olimpiku,

Istituzzjonijiet pubbliċi għall-edukazzjoni għolja,

L-istituzzjonijiet tal-parks nazzjonali pubbliċi,

L-istituzzjonijiet tal-parks nazzjonali naturali,

L-Istituti xjentifiċi pubbliċi,

Teatri, mużewijiet, galleriji, libreriji u istituzzjonijiet oħra fil-qasam tal-kultura imwaqqfa mir-Repubblika tal-Kroazja jew unitajiet tal-awtogovernanza lokali u reġjonali,

Penitenzjarji,

Sptarijiet kliniċi,

Ċentri ta' sptarijiet kliniċi,

Kliniċi,

‘Miroslav Krleža’ Istitut tal-Lessikografija,

Awtoritajiet tal-Port,

Sanatorji,

Spiżeriji mwaqqfa mill-unitajiet tal-awtogovernanza reġjonali,

Matica hrvatska (Matriċi Kroat),

Ċentru Internazzjonali għall-Arkeoloġija taħt l-Ilma,

Il-Librerija Nazzjonali u tal-Università,

Il-Fondazzjoni Nazzjonali għall-Appoġġ tal-Istandard tal-Għixien għall-Istudenti u t-Tfal tal-Iskola,

Fondazzjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili,

Fondazzjoni Nazzjonali għax-Xjenza, l-Edukazzjoni Ogħla u l-Iżvilupp Teknoloġiku tar-Repubblika tal-Kroazja,

Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Evalwazzjoni Esterna tal-Edukazzjoni,

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla,

Il-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza,

Il-Gazzetta Uffiċjali — (Narodne novine d.d.),

L-istituti edukattivi/korrettivi,

L-Istituzzjonijiet edukattivi imwaqqfa mir-Repubblika tal-Kroazja jew unitajiet ta' awtogovernanza lokali u reġjonali,

Sptarijiet ġenerali,

Plovput d.o.o. (kumpanija tal-Istat inkarigata mis-sikurezza tan-navigazzjoni),

Polikliniċi,

Sptarijiet speċjali,

Ir-Reġistru Ċentrali ta’ Persuni Assigurati,

Iċ-Ċentru tal-Università għall-Kompjuters,

Assoċjazzjonijiet sportivi,

Federazzjonijiet sportivi,

Istituzzjonijiet tat-trattament mediku ta' emerġenza,

Istituzzjonijiet tal-kura palljattiva,

Istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa,

Il-Fondazzjoni ta' Solidarjetà tal-Pulizija,

Ħabsijiet,

Istitut għar-Restawr ta' Dubrovnik,

Istitut għaż-Żerriegħa u Nebbieta,

Istituti tas-saħħa pubblika,

Iċ-Ċentru Tekniku tal-Ajrunawtika (Zrakoplovno — tehnički centar d.d.),

L-amministrazzjonijiet tat-toroq tal-kampanja.”,

(b)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IV wara l-entrata għal Franza:

Il-Kroazja

1)

Korpi statali tar-Repubblika tal-Kroazja:

Il-Parlament Kroat,

Il-President tar-Repubblika tal-Kroazja,

L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja,

L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja wara l-iskadenza tat-terminu tal-uffiċċju,

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja,

Uffiċċji tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja,

Il-Ministeri,

L-Uffiċċji tal-istat,

L-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-Istat,

L-Uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea,

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja,

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja,

Qrati,

Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat,

L-Uffiċċji tal-avukat tal-Istat,

Il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat,

L-uffiċċji tal-Ombudsman,

Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni ta' Proċeduri ta' Akkwist Pubbliku,

Il-Bank Nazzjonali Kroat,

L-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat,

2)

Aġenziji u uffiċċji tal-istat:

L-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili Kroata,

L-Aġenzija tal-Midja Elettronika,

L-Aġenzija għall-Investigazzjoni tal-Aċċidenti u l-Inċidenti tal-Inġenji tal-Ajru,

L-Aġenzija għal Sħubija Pubblika-Privata,

L-Aġenzija għall-Kwalità u l-Akkreditazzjoni fil-Kura tas-Saħħa,

L-Aġenzija għal Prodotti Mediċinali u Apparati Mediċi,

L-Aġenzija għall-Mobilità u l-Programmi tal-UE,

L-Aġenzija tal-Linji Kostali u t-Traffiku Marittimu,

L-Aġenzija għar-Rikostruzzjoni tal-Forti Tvrđa f'Osijek,

L-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-Għalliema,

L-Aġenzija għat-Tagħmir ta' Pressjoni,

L-Aġenzija għall-Assigurazzjoni tal-Pretensjonijiet tal-Ħaddiema f'Każ ta' Falliment ta' Min Iħaddimhom,

L-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali,

L-Aġenzija tal-Art Agrikola,

L-Aġenzija għat-Tranżazzjonijiet u l-Medjazzjoni fi Propjetajiet Immobbli,

L-Aġenzija għal Żoni ta' Perikolu ta' Atmosfera Esplożiva,

L-Aġenzija għall-Iżvilupp Reġjonali tar-Repubblika tal-Kroazja,

L-Aġenzija Regolatorja tas-Suq Ferrovjarju,

L-Aġenzija għall-Awditjar tas-Sistema ta' Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea,

L-Aġenzija tas-Sigurtà tat-Trasport bil-Ferrovija,

L-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u l-Edukazzjoni għall-Adulti,

L-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Propjetà tal-Istat,

L-Aġenzija għall-Passaġġi tal-Ilma Interni,

L-Aġenzija Ambjentali Kroata,

L-Aġenzija dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali,

L-Aġenzija Kroata għall-Kompetizzjoni,

L-Aġenzija għax-Xjenza u l-Edukazzjoni Ogħla,

L-Aġenzija Statali għall-Assigurazzjoni tad-Depożiti u r-Rijabilitazzjoni tal-Banek,

L-Aġenzija Finanzjarja,

L-Aġenzija Kroata għall-Ikel,

L-Aġenzija Kroata għan-Negozji Żgħar,

L-Aġenzija Superviżorja Kroata tas-Servizzi Finanzjarji,

L-Aġenzija Kroata għall-Ħażniet taż-Żejt Obbligatorji,

L-Aġenzija Kroata tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u tal-Posta,

L-Aġenzija ta' Akkreditazzjoni Kroata,

L-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata,

L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kroata,

L-Aġenzija Agrikola Kroata,

L-Aġenzija Ċentrali tal-Finanzi u tal-Kuntratti.”,

(c)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX A wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, ‘Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj’ jew ‘Obrtni registar Republike Hrvatske’,”;

(d)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX B wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, ‘Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj’ jew ‘Obrtni registar Republike Hrvatske’,”;

(e)

dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX C wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, ‘Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj’ jew ‘Obrtni registar Republike Hrvatske’,”.

3.

L-Anness VII għad-Direttiva 2009/81/KE hija emendata kif ġej:

(a)

dan li ġej jiddaħħal fil-Parti A wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, ‘Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj’ jew ‘Obrtni registar Republike Hrvatske’,”;

(b)

dan li ġej jiddaħħal fil-Parti B wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, ‘Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj’ jew ‘Obrtni registar Republike Hrvatske’,”;

(c)

dan li ġej jiddaħħal fil-Parti C wara l-entrata għal Franza:

“—

fil-Kroazja, ‘Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj’ jew ‘Obrtni registar Republike Hrvatske’,”.


Top