This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0810
2013/810/EU: Council Decision of 16 December 2013 appointing three Belgian members of the Committee of the Regions
2013/810/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2013 li taħtar tliet membri Belġjani fil-Kumitat tar-Reġjuni
2013/810/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2013 li taħtar tliet membri Belġjani fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 355, 31.12.2013, p. 90–90
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
|
31.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2013
li taħtar tliet membri Belġjani fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/810/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015 (1). |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Xavier DESGAIN, is-Sur Jean-François ISTASSE u s-Sur Michel LEBRUN saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b'dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur Xavier DESGAIN, Conseiller communal à Charleroi |
|
— |
Is-Sur Jean-François ISTASSE, Conseiller communal à Verviers |
|
— |
Is-Sur Michel LEBRUN, Conseiller communal à Viroinval. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.